<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-194/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0194</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:436">EU:C:2021:436</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20210603">3.6.2021</DATE> – Kawża C‑194/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Stadt Duisburg (Tagħlim u dritt ta’ residenza)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE‑Turkija</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Nru 1/80</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 6 u 7</KEYWORD><KEYWORD>Impjieg regolari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għat‑tagħlim tat-tfal ta’ ħaddiem Tork</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑194/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Qorti Amministrattiva ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20200508">8 ta’ Mejju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BY,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">CX,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">FU,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">DW,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">EV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Duisburg,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal‑Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatriċi), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, u C. Toader, Imħallef,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann‑Lindegren, M. Jespersen u M. Wolff, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u A. M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE>, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-deċiżjoni. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni twaqqaf permezz tal-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat f’Ankara fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE tat-<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="217" PAGE.FIRST="3685" DATE.PUB="1964">ĠU 1964, 217, p. 3685</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn BY, CX, FU, DW u EV, ċittadini Torok, u l-iStadt Duisburg (il-belt ta’ Duisburg, il-Ġermanja) dwar iċ-ċaħda minn din tal-aħħar tat-talba tagħhom intiża għall-kisba ta’ permess ta’ residenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-tielet premessa tad-Deċiżjoni Nru 1/80:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Billi, fil-qasam soċjali, il-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq iwasslu sabiex tittejjeb, fil-kuntest ta’ l-impenji internazzjonali ta’ kull waħda mill-Partijiet, is-sistema li jgawdu minnha l-ħaddiema u l-membri tal-familja tagħhom meta mqabbla mas-sistema stabbilita mid-Deċiżjoni Nru 2/76 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni [, tal-<DATE ISO="19761220">20 ta’ Diċembru 1976</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni]; billi barra minn hekk, għandhom jiġu implementati d-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali kif ukoll dawk li jirrigwardaw l-iskambju ta’ ħaddiema żgħażagħ.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikoli 6, 7 u 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 jinsabu fit-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kwistjonijiet dwar l-impjieg u l-moviment liberu tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tal-Kapitolu II ta’ din id-deċiżjoni, iddedikat għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[d]ispożizzjonijiet [s]oċjali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 dwar l-aċċess liberu għall-impjieg għall-membri tal-familja tiegħu, il-ħaddiem Tork, li jappartjeni għas-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għandu dritt, f’dan l-Istat Membru, wara sena ta’ impjieg regolari, għat-tiġdid tal-permess ta’ xogħol tiegħu mal-istess persuna li timpjega, jekk din ikollha impjieg x’joffri;</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>għandu dritt, f’dan l-Istat Membru, wara tliet snin ta’ impjieg regolari u suġġett għall-prijorità li għandha tingħata lill-ħaddiema tal-Istati Membri tal-Komunità, li jwieġeb għal offerta oħra ta’ impjieg fl-istess professjoni ma’ persuna oħra li timpjega tal-għażla tiegħu, magħmula taħt kundizzjonijiet normali u rreġistrata mad-dipartimenti tax-xogħol ta’ dan l-Istat Membru;</P></ITEM><ITEM><P>għandu jgawdi, f’dan l-Istat Membru, wara erba’ snin ta’ impjieg legali, minn aċċess liberu għal kull attività mħallsa tal-għażla tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 ta’ din id-deċiżjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jappartjeni għas-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru, li ġew awtorizzati jingħaqdu miegħu:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għandhom id-dritt, ‐mingħajr preġudizzju għall-prijorità li għandha tingħata lill-ħaddiema tal-Istati Membri tal-Komunità‐, li jwieġbu għal kull offerta ta’ xogħol meta jkunu ilhom legalment residenti f’dan l-Istat Membru għal mill-inqas tliet snin;</P></ITEM><ITEM><P>għandhom igawdu hemmhekk minn aċċess liberu għal kwalunkwe attività mħallsa tal-għażla tagħhom kemm‑il darba jkun ilhom legalment residenti hemmhekk għal mill-inqas ħames snin.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmija deċiżjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>It-tfal Torok, legalment residenti fi Stat Membru tal-Komunità flimkien mal-ġenituri tagħhom, li huma jew li kienu impjegati legalment hemmhekk, għandhom jiġu ammessi f’dan l-Istat Membru għall-korsijiet ta’ tagħlim ġenerali, ta’ apprendistat u ta’ taħriġ professjonali fuq il-bażi tal-istess kwalifiki għall-ammissjoni, għat-taħriġ rikjest, bħat-tfal taċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru. Huma jistgħu jibbenefikaw, f’dan l-Istat Membru, mill-vantaġġi previsti f’dan il-qasam mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-Gesetz über den Aufenthalt, die Erwerbstätigkeit und die Integration von Ausländern im Bundesgebiet (il-Liġi dwar ir-Residenza, ix-Xogħol u l-Integrazzjoni tal-Barranin fit-Territorju Federali), tat-<DATE ISO="20040730">30 ta’ Lulju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 1950), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Barrani li, b’applikazzjoni tal-[Ftehim ta’ Assoċjazzjoni], għandu dritt ta’ residenza huwa obbligat li jipprova l-eżistenza ta’ dan id-dritt billi jressaq il-prova li huwa għandu permess ta’ residenza jekk la jkollu awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment u lanqas permess ta’ residenza permanenti UE. Il-permess ta’ residenza jinħareġ fuq talba.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 50(1) ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Barrani għandu jitlaq mit-territorju meta ma jkollux jew ma jkollux iktar permess ta’ residenza neċessarju u meta ma jgawdix jew ma jgawdix iktar minn dritt ta’ residenza skont il-[Ftehim ta’ Assoċjazzjoni].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>BY, CX, DW, EV u FU huma ċittadini Torok. CX hija l-konjuġi ta’ BY u dawn huma l-ġenituri ta’ DW, ta’ EV u ta’ FU.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>BY daħal fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-<DATE ISO="20150905">5 ta’ Settembru 2015</DATE> b’viża. Fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-belt ta’ Duisburg ħarġitlu permess ta’ residenza għall-eżerċizzju ta’ attività indipendenti, validu sas-<DATE ISO="20170327">27 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160219">19 ta’ Frar 2016</DATE>, CX, DW, EV u FU ġew awtorizzati jingħaqdu ma’ BY fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja u kisbu, fl-<DATE ISO="20160420">20 ta’ April 2016</DATE>, permessi ta’ residenza abbażi tad-dritt nazzjonali validi sas-<DATE ISO="20170327">27 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>CX eżerċitat attivitajiet imħallsa, fl-ewwel lok, mill-1 ta’ Frar sat-<DATE ISO="20160430">30 ta’ April 2016</DATE>, fit-tieni lok, mill-15 ta’ Novembru sal-<DATE ISO="20171231">31 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fit-tielet lok, mill-1 ta’ Jannar sal-<DATE ISO="20180115">15 ta’ Jannar 2018</DATE> u, finalment, fir-raba’ lok, mill-1 ta’ Awwissu sal-<DATE ISO="20181231">31 ta’ Diċembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-iskadenza tal-perijodu ta’ validità tal-permess ta’ residenza tagħhom, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw quddiem il-belt ta’ Duisburg talba intiża għall-estensjoni tal-validità ta’ dawn il-permessi jew għall-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza ġodda. Permezz ta’ digrieti tat-<DATE ISO="20190318">18 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-belt ta’ Duisburg ċaħdet din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20190322">22 ta’ Marzu 2019</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Qorti Amministrattiva ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), billi sostnew, essenzjalment, li huma setgħu jinvokaw dritt ta’ residenza bbażat fuq l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80. Fil-fehma tagħhom, din id-dispożizzjoni tagħti lit-tfal Torok mhux biss dritt ta’ aċċess għat-tagħlim u għat-taħriġ professjonali, iżda wkoll dritt ta’ residenza. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat l-effett utli ta’ dawn id-drittijiet, il-ġenituri li għandhom id-dritt ta’ kustodja tat-tfal ikkonċernati għandhom neċessarjament jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Filwaqt li tikkonstata li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma kisbu ebda dritt taħt l-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt ta’ aċċess għat-tagħlim u għat-taħriġ professjonali previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tal-imsemmija deċiżjoni jimplikax dritt ta’ residenza awtonomu tat-tfal Torok kif ukoll, b’mod korollarju, dritt ta’ residenza għal ġenituri li effettivament jiżguraw il-kustodja ta’ dawn it-tfal. Fl-affermattiv, dik il-qorti tixtieq tkun taf liema huma l-kundizzjonijiet li jissuġġettaw l-għoti ta’ dritt ta’ residenza skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Qorti Amministrattiva ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt tat-tfal Torok skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-[Deċiżjoni Nru 1/80] jinkludi wkoll dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti mingħajr il-bżonn li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet ulterjuri?</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Dritt ta’ residenza skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-[Deċiżjoni Nru 1/80] jippresupponi li l-ġenituri tat-tfal Torok li jgawdu minn dik id-dispożizzjoni jkunu diġà kisbu drittijiet skont l-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 7 [ta’ dik id-deċiżjoni]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>impjieg legali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>] fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-[Deċiżjoni Nru 1/80] għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal fl-Artikolu 6(1) [ta’ dik id-deċiżjoni]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): id-dritt ta’ residenza tat-tfal Torok skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-[Deċiżjoni Nru 1/80] jista’ diġà jiġi invokat f’każ li wieħed mill-ġenituri jkun ilu impjegat legalment fl-Istat Membru ospitanti għal perijodu ta’ tliet xhur (biss)?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): id-dritt ta’ residenza tat-tfal Torok jinkludi wkoll dritt ta’ residenza għall-ġenitur jew għaż-żewġ ġenituri bil-kustodja, mingħajr il-bżonn li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet ulterjuri?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tista’ tiġi invokata minn ulied Torok li l-ġenituri tagħhom ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-deċiżjoni u li jimplika, jekk ikun il-każ, l-eżistenza ta’ dritt ta’ residenza awtonomu għall-benefiċċju ta’ dawn it-tfal fl-Istat Membru ospitanti kif ukoll, b’mod korollarju, għall-benefiċċju tal-ġenituri li effettivament jiżguraw il-kustodja tagħhom. Fl-affermattiv, dik il-qorti tixtieq tkun taf liema huma l-kundizzjonijiet li jissuġġettaw l-għoti ta’ dritt ta’ residenza bbażat fuq l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tistabbilixxi d-dritt, għat-tfal Torok li jirrisjedu legalment fi Stat Membru mal-ġenituri tagħhom li huma jew li kienu legalment impjegati fih, li jiġu ammessi f’dan l-Istat Membru għall-korsijiet ta’ tagħlim ġenerali, ta’ apprendistat u ta’ taħriġ professjonali abbażi tal-istess kwalifiki għall-ammissjoni, fir-rigward tat-taħriġ meħtieġ, bħall-ulied taċ-ċittadini tal-imsemmi Stat Membru (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Gürol</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑374/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:435">EU:C:2005:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tinkludi obbligu ta’ trattament ugwali bejn it-tfal Torok u dawk taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti f’dak li jirrigwarda l-aċċess għall-korsijiet ta’ tagħlim u ta’ taħriġ professjonali f’dan l-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Gürol</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑374/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:435">EU:C:2005:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, mill-formulazzjoni stess tal-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta li l-kisba tad-drittijiet previsti minnha hija suġġetta għal żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri, minn naħa, li t-tfal Torok jirrisjedu legalment fl-Istat Membru ospitanti mal-ġenituri tagħhom u, min-naħa l-oħra, li dawn tal-aħħar huma jew kienu legalment impjegati f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk tfal Torok ta’ ċittadini Torok li ma jeżerċitawx jew ma kinux eżerċitaw attività mħallsa fl-Istat Membru ospitanti jew li eżerċitaw impjieg legali għal perijodu ta’ inqas minn sena f’dan l-Istat Membru jistgħux jinvokaw id-dritt ta’ aċċess għall-edukazzjoni u għat-taħriġ professjonali skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel waħda mill-imsemmija kundizzjonijiet teħtieġ li t-tfal Torok inkwistjoni jirrisjedu legalment fl-Istat Membru ospitanti mal-ġenituri tagħhom sabiex ikunu jistgħu jaċċedu għat-tagħlim u għat-taħriġ professjonali f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tieni kundizzjoni, din għandha tinftiehem fis-sens li teżiġi li wieħed mill-ġenituri jeżerċita jew kien eżerċita attività mħallsa fl-Istat Membru ospitanti b’osservanza tad-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju ta’ impjieg li jinsabu fid-Deċiżjoni Nru 1/80, jiġifieri l-Artikoli 6 u 7 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-Deċiżjoni Nru 1/80 hija intiża b’mod partikolari, skont it-tielet premessa tagħha, sabiex ittejjeb, fil-qasam soċjali, is-sistema li jibbenefikaw minnha l-ħaddiema Torok u l-membri tal-familja tagħhom. B’mod partikolari, l-Artikoli 6, 7 u 9 ta’ din id-deċiżjoni jagħmlu parti mit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Dispożizzjonijiet Soċjali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li tikkonċerna l-kwistjonijiet dwar l-impjieg u l-moviment liberu tal-ħaddiema Torok.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, dan jelenka l-kundizzjonijiet prinċipali li huwa suġġett għalihom l-eżerċizzju ta’ attività mħallsa miċ-ċittadini Torok li jifformaw parti mis-suq legali tax-xogħol ta’ Stat Membru għall-għoti u għall-estensjoni tal-permess tax-xogħol. Din id-dispożizzjoni tippreżupponi li l-persuna kkonċernata tkun ħaddiem Tork fit-territorju ta’ Stat Membru, li hija tkun parti mis-suq legali tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti u li hija tkun eżerċitat impjieg legali hemmhekk għal ċertu perijodu ta’ żmien (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Güzeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑4/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:670">EU:C:2006:670</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’mod partikolari, kif jirriżulta mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, il-ħaddiem jikseb dritt li jikseb it-tiġdid tal-permess tax-xogħol tiegħu sabiex ikompli jeżerċita attività mħallsa fis-servizz tal-istess persuna li timpjega wara perijodu ta’ sena ta’ impjieg legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Gülbahce</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:695">EU:C:2012:695</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-kundizzjoni li l-ħaddiem Tork inkwistjoni għandu jifforma parti mis-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>suq legali tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tippreżupponi sitwazzjoni stabbli u mhux prekarja fis-suq tax-xogħol tal-imsemmi Stat Membru u timplika, f’dan ir-rigward, dritt ta’ residenza mhux ikkontestat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Gülbahce</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:695">EU:C:2012:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, il-kisba ta’ dritt proprju ta’ aċċess għas-suq tal-impjieg taħt din id-dispożizzjoni hija suġġetta għal tliet kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri, l-ewwel nett, li l-persuna kkonċernata titqies bħala membru tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jifforma parti mis-suq tax-xogħol legali tal-Istat Membru ospitanti, it-tieni nett, li din il-persuna tkun ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru sabiex tingħaqad mal-imsemmi ħaddiem u, it-tielet nett, li hija tkun ilha tirrisjedi legalment għal ċertu tul ta’ żmien fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dülger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:504">EU:C:2012:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li tfal Torok li ebda wieħed mill-ġenituri tagħhom ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, imfakkra fil-punti 26 sa 29 ta’ din is-sentenza, ma humiex f’pożizzjoni li jinvokaw id-dritt ta’ aċċess għall-edukazzjoni ġenerali u għat-taħriġ professjonali stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tistax tiġi invokata minn ulied Torok li l-ġenituri tagħhom ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE>, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tistax tiġi invokata minn ulied Torok li l-ġenituri tagħhom ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-deċiżjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="7"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>