<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0300232301.case.xml"><NO.CASE>C-440/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008J0440</NO.CELEX><NO.SEQ>0021.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-2345</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-2360</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100318">18.3.2010</DATE> — KAWŻA C-440/08</LEFT><RIGHT>GIELEN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-440/08,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080912">12 ta’ Settembru 2008</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20081006">6 ta’ Ottubru 2008</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">F. Gielen</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President ta’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, E. Levits, A. Borg Barthet, M. Ilešič (Relatur) u J.-J. Kasel, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-2346"?><P>Avukat Ġenerali: D. Ruiz-Jarabo Colomer,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal F. Gielen, minn F. A. Engelen u S. C. W. Douma, belastingadviseurs,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels, C. ten Dam u M. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u C. Blaschke, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn L. Uibo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn C. Guerra Santos kif ukoll minn L. Inez Fernandes u J. Menezes Leitão, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-2347"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn R. Lyal u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn F. Gielen u Staatssecretaris van Financiën dwar it-taxxa fuq id-dħul għas-sena 2001.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Liġi tal-2001 dwar it-taxxa fuq id-dħul (Wet op de Inkomstenbelastingen 2001, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>liġi tal-2001<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) tipprevedi fl-Artikolu 2.1(b) tagħha, li l-persuni fiżiċi mhux residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi iżda li jirċievu dħul Olandiż huma suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2348"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3.2 tal-liġi tal-2001, il-profitt taxxabbli huwa l-profitt magħmul mill-persuna taxxabbli bħala imprenditur ta’ impriża waħda jew iktar, imnaqqas bit-tnaqqis favur il-persuni li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3.76(2) tal-liġi tal-2001, l-ammont tal-imsemmi tnaqqis jiddependi mill-ammont tal-profitt skont skala digressiva li tinsab f’din id-dispożizzjoni. Hija titla’ sa EUR <FT TYPE="NUMBER">6084</FT> għal profitt ta’ inqas minn EUR <FT TYPE="NUMBER">11745</FT> u tinżel fi stadji sa EUR <FT TYPE="NUMBER">2984</FT> għal profitt ta’ iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">50065</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3.76(1), id-dritt għat-tnaqqis favur il-persuni li jaħdmu għal rashom huwa suġġett, b’mod partikolari, għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>kriterju tas-sigħat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Dan jikkorrispondi, skont l-Artikolu 3.6 tal-liġi tal-2001, għall-prestazzjoni, matul is-sena kalendarja, ta’ mill-inqas <FT TYPE="NUMBER">1225</FT> siegħa xogħol ma’ impriża waħda jew iktar li minnha l-persuna taxxabbli ddaħħal profitt bħala imprenditur.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk persuna taxxabbli mhux residenti tissodisfax dan il-kriterju, is-sigħat biss li huma relatati mal-attivitajiet ta’ parti ta’ impriża operata minn stabbiliment permanenti fil-Pajjiżi l-Baxxi jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Madankollu, persuna taxxabbli mhux residenti li hija suġġetta għas-sistema ta’ tassazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fejn hija tirrisjedi tista’ tagħżel, skont l-Artikolu 2.59(1) tal-liġi tal-2001, is-sistema applikabbli għall-persuni taxxabbli<?PAGE NO="I-2349"?> residenti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>possibbiltà li persuna titqies li hija persuna taxxabbli residenti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). L-imsemmija dispożizzjoni ma teħtieġx li d-dħul tal-persuna taxxabbli mhux residenti jkun kompletament jew kważi kompletament iġġenerat fil-Pajjiżi l-Baxxi. Hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kull persuna taxxabbli nazzjonali li tirrisjedi biss fil-Pajjiżi l-Baxxi matul parti mis-sena kalendarja u kull persuna taxxabbli barranija li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat terz indikat permezz ta’ digriet ministerjali, li miegħu [ir-Renju tal-]Pajjiżi l-Baxxi ffirma ftehim dwar il-ħelsien minn taxxa doppja li jipprevedi l-iskambju ta’ informazzjoni, u li tiġi ntaxxata fl-imsemmi Stat Ewropew jew Stat terz, jistgħu jagħżlu li jkunu suġġetti għall-sistema fiskali li din il-liġi tipprevedi għall-persuni taxxabbli nazzjonali [...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 2 sa 10 tad-digriet ta’ eżekuzzjoni tal-liġi tal-2001 (Het Uitvoeringsbesluit inkomenstbelasting 2001), tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul jingħata lil dak li jagħżel li jiġi assimilat bħala persuna taxxabbli residenti għat-taxxa relatata mal-elementi tad-dħul li ma humiex suġġetti għat-taxxa fil-Pajjiżi l-Baxxi jew li huma taxxabli biss b’rata limitata.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmi digriet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-tnaqqis minħabba l-preżenza ta’ elementi mhux taxxabli fil-Pajjiżi l-Baxxi […] fid-dħul li ġej minn xogħol jew proprjetà għandu jkun ugwali għall-ammont li jippreżenta mat-taxxa li, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 sa 10, tkun dovuta skont il-liġi fuq id-dħul taxxabbli li ġej minn xogħol jew proprjetà, l-istess rapport ma’<?PAGE NO="I-2350"?> bħal dak li l-ammont akkumulat tal-elementi mhux taxxabbli fil-Pajjiżi l-Baxxi […] tad-dħul li jidher fid-denominatur jippreżenta mad-dħul li jidher fid-denominatur.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>dħul li jidher fid-denominatur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> ifisser id-dħul li ġej minn xogħol jew proprejtà […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-istess digriet dwar il-ħelsien minn taxxa doppja (Besluit voorkoming dubbele belasting 2001) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1. Id-dħul barrani li ġej minn xogħol jew proprjetà provenjenti minn Stat ieħor huwa kkostitwit mill-ammont akkumulat tal-elementi tad-dħul li l-persuna taxxabbli tibbenefika minnu li ġej minn xogħol jew proprjetà f’dan l-Istat bħala:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>profitt magħmul minn impriża barranija, jiġifieri impriża jew parti minn impriża li hija operata bl-għajnuna ta’ stabbiliment permanenti jew rappreżentant permantenti fit-terrtorju tal-Istat l-ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2351"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F. Gielen huwa resident Ġermaniż li jopera fil-Ġermanja impriża ta’ koltivazzjoni fis-serer flimkien ma’ żewġ persuni oħra. Huwa stabbilixxa fil-Pajjiżi l-Baxxi stabbiliment permanenti fejn jiġu kkoltivati pjanti ornamentali abbażi ta’ kuntratti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul is-sena 2001, huwa wettaq għall-imsemmija impriża iktar minn <FT TYPE="NUMBER">1225</FT> siegħa xogħol fil-Ġermanja, filwaqt li fil-Pajjiżi l-Baxxi, huwa wettaq għall-imsemmi stabbiliment inqas minn <FT TYPE="NUMBER">1225</FT> siegħa xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Għalhekk, l-awtorità fiskali Olandiża qieset li F. Gielen ma kienx issodisfa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>kriterju tas-sigħat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Ir-Rechtbank Breda (Tribunal ta’ Breda) ikkonferma din l-interpretazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Gerechtshof te ‘s-Hertogenbosch (Qorti tal-Appell ta’ Bois-le-Duc) qieset li tali applikazzjoni tal-imsemmi kriterju twassal għal diskriminazzjoni pprojbita mill-Artikolu 43 KE, peress li dan joħloq distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u l-persuni taxxabbli mhux residenti. Fil-fatt, skont il-Gerechtshof te ‘s-Hertogenbosch, meta jiġi applikat dan il-kriterju, il-persuni taxxabbli residenti jistgħu jiġu ntaxxati skont il-profitt tagħhom, indipendentement mill-pajjiż li fih dan ġie ġġenerat.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Gerechtshof te ‘s-Hertogenbosch qieset li din id-distinzjoni u dan l-ostakolu ma humiex iġġustifikati minn differenza ta’ sitwazzjoni oġġettiva bejn il-persuni taxxabbli mhux residenti u l-persuni taxxabbli residenti, b’mod partikolari peress li t-tnaqqis favur il-persuni li jaħdmu għal rashom huwa direttament marbut mal-attivitajiet tal-persuni taxxabbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2352"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F. Gielen ippreżenta appell fuq punt ta’ liġi mid-deċiżjoni tal-Gerechtshof te ‘s-Hertogenbosch quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden. F. Gielen iqis li l-fatt li ġie rrifjutat, bħala persuna taxxabbli mhux residenti, id-dritt għal tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom, jikkostitwixxi diskriminazzjoni li hija pprojbita mill-Artikolu 43 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden tosserva li d-diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 43 KE tirriżulta mill-fatt li, bħala persuna taxxabbli mhux residenti, ma tittieħidx kont tas-sigħat kollha li huwa ddedika lill-impriża tiegħu, inklużi s-sigħat imwettqa fuq attivitajiet għal impriża jew stabbiliment li jinsab fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, hija tistaqsi fuq il-kwistjoni dwar jekk tali diskriminazzjoni tistax tiġi evitata permezz tal-possibbiltà li persuna titqies li hija persuna taxxabbli residenti. Skont din, l-iskala li skontha l-persuna taxxabbli mhux residenti huwa ntaxxat fil-Pajjiżi l-Baxxi fil-każ fejn huwa jagħżel it-tassazzjoni ta’ persuni taxxabbli residenti timplika l-applikazzjoni tal-progressività.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru fuq il-profitt li ċittadin ta’ Stat Membru ieħor (persuna taxxabbli barranija) għamel minn parti tal-impriża tiegħu stabbilita fl-ewwel Stat Membru jekk, meta tiġi interpretata b’ċertu mod, din id-dispożizzjoni toħloq effettivament diskriminazzjoni kuntrarja fiha nfisha għall-Artikolu 43 KE bejn il-persuni taxxabbli nazzjonali u l-persuni taxxabbli barranin, iżda l-persuna taxxabbli barranija kellha l-possibbiltà tagħżel bejn li tiġi ttrattata bħala persuna taxxabbli nazzjonali u, minħabba raġunjiet personali, ma użatx din il-possibbiltà?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2353"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż u l-Gvern Portugiż jesprimu dubji fir-rigward tal-possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq id-domanda magħmula mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Ġermaniż, is-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tinvolvi, essenzjalment, l-ebda diskriminazzjoni pprojbita fis-sens tal-Artikolu 43 KE, b’mod li ma hemmx lok li wieħed jistaqsi jekk id-diskriminazzjoni tistax tiġi eskluża permezz tal-possibbiltà li persuna titqies li hija persuna taxxabbli residenti. Konsegwentement, ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda preliminari hija nieqsa minn kull utilità għall-eżitu tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż isostni essenzjalment li d-domanda prinċipali tiddependi fuq ċerta interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Artikolu 3.6 tal-Liġi tal-2001 jista’ wkoll jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tat-tnaqqis inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għal persuna taxxabbli mhux residenti s-sigħat imwettqa għal stabbiliment li jinsab fil-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll dawk imwettqa għal stabbiliment li jinsab fi Stat Membru ieħor, u dan irendi din id-dispożizzjoni kompatibbli mal-Artikolu 43 KE u r-risposta għad-domanda preliminari superfluwa.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju għandha l-possibbiltà li tinterpreta s-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali bħala li ma fiha ebda diskriminazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 43 KE, il-Gvern Portugiż iqis li d-domanda preliminari hija ipotetika u li,<?PAGE NO="I-2354"?> konsegwentement, ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex vinkolanti għall-qorti tal-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar f’dan ir-rigward li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li hija adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, bħala regola, tagħti deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, Rüffler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-544/07" PAGE.ECR="I-3389" YEAR="2009">C-544/07, Ġabra p. I-3389</REF.DOC.ECR>, punt 36 u tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, Filipiak, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-314/08" PAGE.ECR="I-11049" YEAR="2009">C-314/08, Ġabra p. I-11049</REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, hija għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom tressqet kawża quddiemha mill-qorti nazzjonali sabiex tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19811216">16 ta’ Diċembru 1981</DATE>, Foglia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="244/80" PAGE.ECR="3045" YEAR="1981">244/80, Ġabra p. 3045</REF.DOC.ECR>, punt 21; Rüffler, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37 u Filipak, iċċiatat iktar ’il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rifjut li tingħata deċiżjoni fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Rüffler, punt 38 u Filipak, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat f’dan ir-rigward li jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-kawża prinċpali kif ukoll id-domanda preliminari jikkonċernaw essenzjalment l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha effetti potenzjalment diskriminatorji fir-rigward ta’ persuni taxxabbli mhux<?PAGE NO="I-2355"?> residenti għal dak li jikkonċerna vantaġġ fiskali, bħat-tnaqqis miftuħ għal persuni li jaħdmu għal rashom, anki jekk l-imsemmija persuni taxxabbli jistgħu, fir-rigward tal-imsemmi vantaġġ, jirrikorru, skont l-imsemmija leġiżlazzjoni, għall-possibbiltà li jitqiesu bħala persuni taxxabbli residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex tingħata risposta għall-imsemmija domanda, għandu jiġi ddeterminat jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipproduċix effetti diskriminatorji fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE, u dan jikkostitwixxi kwistjoni ta’ dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħha taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn il-konstatazzjonijiet, ma jidhirx b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba m’għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, b’mod li l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Gvern Ġermaniż u l-Gvern Portugiż għandhom jiġu esklużi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata f’żewġ partijiet, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-għoti ta’ vantaġġ fiskali, bħat-tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom, għandha effetti potenzjalment diskriminatorji fir-rigward ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, anki jekk dawn il-persuni taxxabbli jistgħu, fir-rigward ta’ dan il-vantaġġ, jirrikorru, skont l-imsemmija leġiżlazzjoni, għall-possibbiltà li jitqiesu bħala persuni taxxabbli residenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2356"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-effetti diskriminatorji tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, hemm lok li jiġi vverifikat l-ewwel nett, hekk kif jirriżulta wkoll mill-punt 36 ta’ din is-sentenza, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinvolvix effettivament diskriminazzjoni kontra l-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li għalkemm it-tassazzjoni diretta taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, dawn xorta għandhom jeżerċitaw din il-kompetenza inkonformità mad-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Manninen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/02" PAGE.ECR="I-7477" YEAR="2004">C-319-02, Ġabra p. I-7477</REF.DOC.ECR>, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li r-regoli tat-trattament ugwali jipprojbixxu mhux biss id-diskriminazzjonijiet ċari bbażati fuq iċ-ċittadinanza iżda wkoll kull forma moħbija ta’ diskriminazzjoni li, permezz tal-użu ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, Schumacker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/93" PAGE.ECR="I-225" YEAR="1995">C-279/93, Ġabra p. I-225</REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, diskriminazzjoni tista’ tikkonsisti biss fl-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjonijiet paragunabbli jew inkella fl-applikazzjoni tal-istess regola għal sitwazzjonijiet differenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Schumacker, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30, u tal-<DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, Gschwind, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-391/97" PAGE.ECR="I-5451" YEAR="1999">C-391/97, Ġabra p. I-5451</REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jirriżulta qabel kollox mill-proċess li, matul is-sena 2001, F. Gielen, li jirrisjedi fil-Ġermanja, wettaq fir-rigward tal-istabbiliment tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi inqas minn <FT TYPE="NUMBER">1225</FT> siegħa xogħol, filwaqt li huwa wettaq iktar minn <FT TYPE="NUMBER">1225</FT> siegħa xogħol fir-rigward tal-istabbiliment tiegħu fil-Ġermanja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2357"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imprenditur taxxabbli residenti jista’ jinkludi, għall-finijiet tal-kalkolu tal-kriterju tas-sigħat li jagħti d-dritt għat-tnaqqis favur il-persuni li jaħdmu għal rashom, kemm is-sigħat ta’ xogħol imwettqa fi Stat Membru ieħor kif ukoll dawk imwettqa fil-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt li imprenditur taxxabbli mhux residenti jista’ jinkludi biss, għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, is-sigħat ta’ xogħol imwettqa fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Olandiż jirrikonoxxi, fin-nota ta’ osservazzjonijiet tiegħu, li l-kwistjoni tikkonċerna, f’dan ir-rigward, diskriminazzjoni minħabba l-post ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ meta jiġi sodisfatt il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kriterju tas-sigħat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> għall-finijiet tat-tnaqqis favur il-persuni li jaħdmu għal rashom, tittratta b’mod differenti l-persuni taxxabbli skont jekk dawn humiex residenti jew le fil-Pajjiżi l-Baxxi. Tali trattament differenti jirriskja li jolqot ħażin prinċipalment iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra peress li l-persuni mhux residenti huma spiss persuni li ma humiex ċittadini.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Ċertament, għal dak li jikkonċerna, b’mod iktar partikolari, il-kawżi relatati mat-tassazzjoni tad-dħul ta’ persuni fiżiċi, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li s-sitwazzjoni tar-residenti u dik ta’ dawk mhux residenti fi Stat Membru partikolari ma hijiex, bħala regola ġenerali, paragunabblii, minħabba li fihom differenzi oġġettivi kemm mill-perspettiva tas-sors tad-dħul kif ukoll minn dik tal-kapaċità kontributtiva personali tal-persuna taxxabbli jew tat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070322">22 ta’ Marzu 2007</DATE>, Talotta, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-383/05" PAGE.ECR="I-2555" YEAR="2007">C-383/05, Ġabra p. I-2555</REF.DOC.ECR>, punt 19 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata u tas-<DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Renneberg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-527/06" PAGE.ECR="I-7735" YEAR="2008">C-527-06, Ġabra p. I-7735</REF.DOC.ECR>, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat madankollu li, fil-każ ta’ vantaġġ fiskali li l-benefiċċju tiegħu huwa rrifjutat lil dawk mhux residenti, din id-differenza fit-trattament bejn iż-żewġ kategoriji tista’ tiġi kkwalifikata bħala diskriminazzjoni fis-sens tat-Trattat<?PAGE NO="I-2358"?> sakemm ma jkunx hemm xi differenza oġġettiva fis-sitwazzjoni ta’ natura tali li tiġġustifika differenza fit-trattament fuq dan il-punt bejn l-imsemmija kategoriji (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Talotta, punt 19 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata,u Renneberg, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju tindika li t-tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom huwa marbut mhux mal-kapaċità personali tal-persuni taxxabbli, iżda pjuttost man-natura tal-attività tagħhom. Fil-fatt, dan it-tnaqqis jingħata lill-imprendituri li l-attività ta’ imprendituri tagħhom tikkostitwixxi l-attività prinċipali, u dan jidher, b’mod partikolari, meta jiġi sodisfatt il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kriterju tas-sigħat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Sakemm l-imsemmi tnaqqis jingħata lill-imprendituri taxxabbli kollha li jissodisfaw, b’mod partikolari, l-imsemmi kriterju, hemm lok li jiġi kkonstatat li huwa irrilevanti f’dan ir-rigward li ssir distinzjoni dwar jekk l-imsemmija persuni taxxabbli wettqux is-sigħat ta’ xogħol fil-Pajjiżi l-Baxxi jew fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Min dan isegwi, hekk kif l-Avukat Ġenerali jirrileva fil-punt 39 fil-konklużjonijiet tiegħu, li l-persuni taxxabbli residenti u l-persuni taxxabbli mhux residenti jinsabu, għall-finijiet tat-tnaqqis favur il-persuni li jaħdmu għal rashom, f’sitwazzjoni paragunabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Gerritse, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-234/01" PAGE.ECR="I-5933" YEAR="2003">C-234/01, Ġabra p. I-5933</REF.DOC.ECR>, punt 27, u tas-<DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, Conijn, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/04" PAGE.ECR="I-6137" YEAR="2006">C-346/04, Ġabra p. I-6137</REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċikrustanzi, għandu jiġi konkluż li leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-finijiet ta’ vantaġġ fiskali, bħat-tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom fil-kawża prinċipali, tuża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kriterju tas-sigħat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> b’mod li timpedixxi lill-persuni taxxabbli mhux residenti li jgħoddu s-sigħat ta’ xogħol imwettqa fi Stat Membru ieħor, tirriskja li tolqot b’mod ħażin prinċipalment lil dawn il-persuni taxxabbli. Għaldaqstant, tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta minħabba ċittadinanza fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2359"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-possibbiltà li persuna titqies il hija persuna taxxabbli residenti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata mill-argument li l-possibbiltà li persuna titqies li hija persuna taxxabbli residenti tista’ teskludi d-diskriminazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi rrelevat li l-possibbiltà li persuna titqies li hija persuna taxxabbli residenti tippermetti lil persuna taxxabbli mhux residenti, bħal F. Gielen, għażla bejn sistema fiskali diskriminatorja u oħra li allegatament ma hijiex hekk.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, huwa importanti, f’dan ir-rigward, li jiġi enfasizzat li tali għażla ma tistax, f’dan il-każ, teskludi l-effetti diskriminatorji tal-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ sistemi fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk jiġi rrikonoxxut tali effett tal-imsemmija għażla, dan ikollu bħala konsegwenza, hekk kif ikkonstata, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jivvalida sistema fiskali li tibqa’ fiha nnifisha, kuntrarja għall-Atikolu 49 TFUE minħabba n-natura diskriminatorja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tippreċiża, sistema nazzjonali restrittiva fir-rigward tal-libertà ta’ stabbiliment xorta tibqa’ inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni anki meta l-applikazzjoni tagħha ma hijiex obbligatorja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" PAGE.ECR="I-11753">C-446/04, Ġabra p. I-11753</REF.DOC.ECR>, punti 161 u 162).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-għażla miftuħa, fil-kawża prinċipali, għall-persuna taxxabbli mhux residenti permezz tal-possibbiltà li persuna titqies li hjia persuna taxxabbli residenti hija nieqsa minn effett newtralizzanti fir-rigward tad-diskriminazzjoni kkonstatata fil-punt 53 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2360"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan kollu li jippreċedi, jirriżulta li l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-għoti ta’ vantaġġ fiskali, bħat-tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha effetti diskriminatorji fir-rigward ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, anki jekk dawn il-persuni taxxabbli jistgħu, fir-rigward ta’ dan il-vantaġġ, jagħżlu s-sistema applikabbli għall-persuni taxxabbli residenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla), taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-għoti ta’ vantaġġ fiskali, bħat-tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha effetti diskriminatorji fir-rigward ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, anki jekk dawn il-persuni taxxabbli jistgħu, fir-rigward ta’ dan il-vantaġġ, jagħżlu s-sistema applikabbli għall-persuni taxxabbli residenti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>