|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10270 — SMO PSA/CDC/Swissterminal/Euro Rhein Ports JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 193/06)
1.
Fil-11 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Syndicat Mixte pour la Gestion des Ports du Sud Alsace (“SMO PSA”, Franza), |
|
— |
Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza), |
|
— |
Swissterminal AG (“Swissterminal”, l-Isvizzera), |
|
— |
Ports ta’ Huningue-Village-Neuf, ta’ Ottmarsheim u ta’ Ile Napoléon (“Ports de Mulhouse-Rhin”, Franza). |
SMO PSA, CDC u Swissterminal jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ports de Mulhouse-Rhin permezz ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) ġdida magħrufa bħala Euro Rhein Ports, Franza.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SMO PSA: stabbiliment pubbliku li jiġbor flimkien l-awtoritajiet lokali Franċiżi u l-entitajiet pubbliċi b’awtorità fuq Ports de Mulhouse-Rhin, |
|
— |
CDC: stabbiliment pubbliku ta’ status speċjali Franċiż attiv f’attivitajiet ta’ servizz pubbliku u ta’ negozju fis-suq miftuħ b’appoġġ għall-interess ġenerali u l-iżvilupp ekonomiku ta’ Franza, |
|
— |
Swissterminal: fornitur ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-containers u servizzi tal-merkanzija minn terminals li jinsabu fiż-żona ta’ Basel u Zürich, l-Isvizzera, |
|
— |
Euro Rhein Ports: it-tħaddim tal-Ports de Mulhouse-Rhin permezz ta’ delegazzjoni ta’ 30 sena minn SMO PSA. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10270 — SMO PSA/CDC/Swissterminal/Euro Rhein Ports JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).