|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2766 |
20.5.2025 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Mejju 2025
dwar soluzzjoni innovattiva skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 għall-applikazzjoni tal-profil tar-rota tal-EPS għal veloċitajiet ogħla minn 230 km fis-siegħa u sa 250 km fis-siegħa
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(C/2025/2766)
Il-ħtieġa għall-opinjoni
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (“TSI”, technical specifications for interoperability) dwar il-vetturi ferrovjarji u s-sinjalar relatati mas-sistema ferrovjarja Ewropea, jipprevedu reġimi ta’ awtorizzazzjoni speċifiċi biex jibqgħu aġġornati mal-evoluzzjoni teknika fis-settur ferrovjarju, eż. fir-rigward ta’ teknoloġiji jew materjali ġodda kif ukoll metodi moderni ta’ valutazzjoni. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi innovattivi jaf tkun possibbli minkejja li jiddevjaw mir-rekwiżiti attwali tat-TSI, dment li jiġu ppruvati l-interoperabbiltà u s-sikurezza tagħhom.
Il-Kummissjoni tista’ titlob opinjoni mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (1) dwar is-soluzzjoni innovattiva proposta qabel ma tagħti l-opinjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 10(4) ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ ta’ opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni dwar is-soluzzjoni innovattiva proposta, u sakemm isir ir-rieżami tat-TSI, l-opinjoni pożittiva għandha titqies bħala mezz aċċettabbli ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva (UE) 2016/797 (2) li jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tal-konformità tal-proġetti.
Kuntest
Fit-2 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand Alstom Transportation Germany GmbH (“Alstom”), f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 biex il-Kummissjoni tagħti opinjoni dwar soluzzjoni innovattiva għall-applikazzjoni tal-profili tar-rota tal-EPS, għal veloċitajiet ogħla minn 230 km fis-siegħa u sa 250 km fis-siegħa, f’networks b’gauge tal-binarji ta’ 1 435 mm, b’inklinazzjoni tal-binarju ta’ “1/20”.
Il-proposta ta’ Alstom hi li jkun hemm devjazzjoni kemm mill-valuri ta’ limitu tal-koniċità ekwivalenti stabbiliti għall-profil tar-rota tal-EPS kif ukoll mill-metodi ta’ valutazzjoni għall-ittestjar u l-validazzjoni tal-profili tar-rota stabbiliti fil-punt 6.2.3.6. tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014. Alstom iġġustifikat it-talba tagħha peress li l-valuri ta’ limitu ma jistgħux jintlaħqu bl-applikazzjoni tal-metodi ta’ valutazzjoni disponibbli bħalissa.
Alstom iddikjarat id-devjazzjoni rispettiva mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 6.2.3.6. tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 u pproponiet metodi ta’ valutazzjoni alternattivi proposti f’konformità mal-istandard EN 14363:2016+A2:2022 il-ġdid li għadu kif ġie żviluppat.
Il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija tfassal opinjoni teknika dwar is-soluzzjoni innovattiva proposta skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014.
Valutazzjoni tal-każ
Skont l-opinjoni tal-Aġenzija ERA/OPI/2024-6, il-profil tal-EPS huwa profil tar-rota użat ħafna fl-Ewropa. Permezz tiegħu l-passiġġieri jkunu komdi ħafna rigward il-veloċitajiet u l-kurvi kbar meta mqabbel ma’ profili tar-rota oħrajn. Barra minn hekk, reħi mill-kuntatt tad-dawrien hu inqas meta mqabbel ma’ profili tar-rota oħrajn, u għalhekk hu possibbli tnaqqis fil-kostijiet tal-manutenzjoni kemm għall-impriża ferrovjarja kif ukoll għall-maniġer tal-infrastruttura.
Għal veloċitajiet ogħla minn 230 km fis-siegħa u sa 250 km fis-siegħa, il-profil tar-rota tal-EPS ma jissodisfax il-valuri ta’ limitu tal-bidu għall-koniċità ekwivalenti għal inklinazzjoni tal-binarju ta’ “1/20”, kif stabbilit fil-punt 6.2.3.6. tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014.
Dawk il-valuri tal-bidu għall-koniċitajiet ekwivalenti ġew introdotti għall-ewwel darba fl-2008 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE (3) u baqgħu l-istess minn dak iż-żmien ’l hawn. Il-valuri jirreferu għar-rota mhux imkagħbra bl-użu u ma jqisu l-ebda żieda fil-koniċità ekwivalenti waqt li tkun qed titħaddem ir-rota.
Fl-aħħar 16-il sena ġew żviluppati metodi ta’ valutazzjoni li jqisu aktar it-tkagħbir bl-użu tar-rota waqt li tkun qed titħaddem. Filwaqt li jqis it-tkagħbir bl-użu tar-rota maż-żmien, l-istandard EN 14363:2016+A1:2018 jiddeskrivi l-metodi ta’ valutazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar li huma aktar stretti u preċiżi mil-limiti previsti s’issa fil-punt 6.2.3.6. tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014.
Wara li kkunsidrat ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4.2.3.4.3.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 dwar il-valuri fis-servizz tal-koniċità ekwivalenti tas-sett tar-roti, fl-opinjoni tagħha l-Aġenzija tikkonkludi li hu aktar importanti li tiġi ttestjata l-firxa rilevanti tal-operat tal-vettura kif stabbilit fl-istandard EN 14363:2016+A1:2018 milli jiġu stabbiliti l-valuri tal-bidu ta’ rota mhux imkagħbra bl-użu, kif stabbilit fil-punt 6.2.3.6. tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014.
L-opinjoni tal-Aġenzija hi li l-profil tar-rota tal-EPS jista’ jintuża f’network ta’ 1 435 mm b’inklinazzjoni tal-binarji ta’ “1/20”, “1/30” u “1/40” għall-veloċità sa 250 km fis-siegħa b’xi kundizzjonijiet addizzjonali. L-Aġenzija tqis li dan l-approċċ hu validu għal reviżjoni tal-punt 6.2.3.6. tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014.
Sakemm issir ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, l-Aġenzija ħarġet id-dispożizzjonijiet alternattivi li ġejjin għall-użu tal-profil tar-rota tal-EPS fin-network b’guage tal-binarji ta’ 1 435 mm jew 1 437 mm b’inklinazzjonijiet tal-binarji ta’ “1/20”, “1/30” u “1/40” u veloċitajiet operattivi massimi tal-vetturi ogħla minn 230 km fis-siegħa u sa 250 km fis-siegħa.
Mezzi aċċettabbli ta’ konformità (AMOC, Acceptable means of compliance) għall-applikazzjoni tas-soluzzjoni innovattiva:
|
Rekwiżiti fir-Regolament (UE) Nru 1302/2014 |
Mezzi aċċettabbli ta’ konformità sakemm issir ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 |
|||||||||||||||
|
4.2.3.4.3.1.(2) Profil tar-rota ġdid u d-distanza bejn l-uċuħ attivi tar-roti għandhom jiġu vverifikati fir-rigward tal-koniċitajiet ekwivalenti fil-mira bl-użu tax-xenarji ta’ kalkolu previsti fil-punt 6.2.3.6 ta’ din it-TSI sabiex tiġi stabbiliti l-adattabbiltà tal-profil tar-rota l-ġdid propost għall-infrastruttura f’konformità mat-TSI INF. |
Għall-użu tal-profil tar-rota tal-EPS fin-network b’guage tal-binarji ta’ 1 435 mm jew 1 437 mm b’inklinazzjonijiet tal-binarji ta’ “1/20”, “1/30” u “1/40” u veloċitajiet operattivi massimi tal-vetturi ogħla minn 230 km fis-siegħa u sa 250 km fis-siegħa, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|||||||||||||||
|
6.2.3.6. Għall-unitajiet imfassla biex joperaw f’sistema b’gauge tal-binarji ta’ 1 435 mm, il-profil tar-rota u d-distanza bejn l-uċuħ attivi tar-roti (Dimensjoni SR fl-Illustrazzjoni 1, il-punt 4.2.3.5.2.1) għandhom jintgħażlu biex jiġi żgurat li l-limitu ta’ koniċità ekwivalenti stabbilit fit-Tabella 11 hawn taħt ma jinqabiżx meta s-sett tar-roti mfassal jiġi kkombinat ma’ kull wieħed mill-kampjun tal-parametri tal-binarji kif speċifikat fit-Tabella 12 hawn taħt. L-evalwazzjoni tal-koniċità ekwivalenti hija stabbilita fl-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi J-1, indiċi [9]. It-Tabella 11 “Valuri ta’ limitu tat-tfassil tal-koniċità ekwivalenti”, il-linja 4: |
|
|||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||
|
|
Veloċità massima tal-operat tal-vettura (km fis-siegħa) |
Valuri ta’ limitu tal-koniċità ekwivalenti |
Kundizzjonijiet tal-ittestjar (ara t-Tabella 12) |
|
||||||||||||
|
>230 u ≤ 280 |
0,20 |
1, 2, 3, 4, 5 u 6 |
||||||||||||||
|
It-Tabella 12 “Kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-binarji għall-koniċità ekwivalenti rappreżentattiva tan-network. Is-sezzjonijiet ferrovjarji kollha ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi J-1, l-indiċi [44]”, il-linji 1 sa 6 |
||||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||
|
|
Nru tal-kundizzjoni tal-ittestjar |
Profil tat-terminus ferrovjarju |
Inklinazzjoni tal-binarju |
Gauge tal-binarji (mm) |
|
|||||||||||
|
|
1 |
Sezzjoni ferrovjarja 60 E 1 |
1/20 |
1 435 |
|
|||||||||||
|
|
2 |
Sezzjoni ferrovjarja 60 E 1 |
1/40 |
1 435 |
|
|||||||||||
|
|
3 |
Sezzjoni ferrovjarja 60 E 1 |
1/20 |
1 437 |
|
|||||||||||
|
|
4 |
Sezzjoni ferrovjarja 60 E 1 |
1/40 |
1 437 |
|
|||||||||||
|
|
5 |
Sezzjoni ferrovjarja 60 E 2 |
1/40 |
1 435 |
|
|||||||||||
|
|
6 |
Sezzjoni ferrovjarja 60 E 2 |
1/40 |
1 437 |
|
|||||||||||
Valutazzjoni tal-impatt
L-opinjoni tal-Aġenzija hi li l-benefiċċji jibbilanċjaw il-kost tal-konformità mar-rekwiżiti introdotti hawn fuq peress li l-firxa wiesgħa tal-operat tal-vettura mgħammra bil-profili tar-rota tal-EPS tippermetti veloċitajiet ogħla u tiggarantixxi aktar kumdità lill-passiġġieri kif ukoll kost tal-manutenzjoni aktar baxx.
Il-partijiet ikkonċernati potenzjalment milquta huma l-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura, il-manifatturi kif ukoll l-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali, u l-Aġenzija fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi.
Konklużjoni
Abbażi tal-opinjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni hi tal-idea li s-soluzzjoni teknika proposta minn Alstom għall-applikazzjoni tal-profil tar-rota tal-EPS tippermetti l-operat tal-ferroviji f’networks b’guage tal-binarji ta’ 1 435 mm b’inklinazzjoni tal-binarji ta’ “1/20” f’veloċitajiet ogħla minn 230 km fis-siegħa u sa 250 km fis-siegħa f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797.
Bħala konklużjoni, l-opinjoni tal-Kummissjoni hi li l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni innovattiva msemmija hawn fuq tikkostitwixxi mezz aċċettabbli ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva (UE) 2016/797 u għalhekk tista’ tintuża għall-valutazzjoni tas-subsistema sakemm issir ir-reviżjoni rispettiva tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Apostolos TZITZIKOSTAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1302/oj).
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-subsistema vetturi ferrovjarji tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (ĠU L 84, 26.3.2008, p. 132, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/232/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2766/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)