17.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1240/2009

tas-16 ta’ Diċembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2008 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Estonja u r-Rumanija ppreżentaw talbiet għall-emendi ta’ ċerti ċentri tal-intervent li jidhru fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 (2) biex titjieb il-lokalizzazzjoni ta’ dawn iċ-ċentri jew biex il-kundizzjonijiet mitluba jiġu ssodisfati aħjar. It-talbiet tagħhom għandhom jintlaqgħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 428/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni għas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 129, 17.5.2008, p. 8.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tabella bit-titolu “ESTONJA” għandha tinbidel bit-tabella li ġejja:

Ċentri tal-intervent

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Sorgu

“L-ESTONJA

Tartu

+

+

-

-

Viljandi

+

+

-

-

Tamsalu

+

+

-

-

Keila

+

+

-

-”

(2)

it-tabella bl-isem “RUMANIJA” għandha tiġi modifikata kif ġej:

(a)

Il-linja li tikkorrispondi għaċ-ċentru ta' “Brăila” għandha tinbidel bit-test li jsegwi:

Ċentri tal-intervent

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Sorgu

“Brăila

+

+

+

-”

(b)

Il-linja li jmiss għandha tiġi miżjuda wara dik li tikkorrispondi għaċ-ċentru ta' “Brăila”

Ċentri tal-intervent

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Sorgu

“Ianca

-

+

-

-”

(c)

Il-linja li tikkorrispondi għaċ-ċentru ta' “Roman” għandha tinbidel bit-test li ġej:

Ċentri tal-intervent

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Sorgu

“Roman

+

+

-

-”