|
24.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1024
tat-18 ta’ Ġunju 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi,
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2009/908/UE (2) l-Kunsill stabbilixxa miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE. Il-korpi preparatorji li mhumiex ippreseduti mill-Presidenza ta’ sitt xhur huma elenkati fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2009/908/UE, kif previst fl-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE. |
|
(2) |
Skont l-Anness III għad-Deċiżjoni 2009/908/UE, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika huwa elenkat fost il-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-esperjenza tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika u t-tipi ta’ kompitu mwettqa minnu, dak il-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun ippresedut mill-Presidenza ta’ sitt xhur. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/908/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE, it-test “Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika” jitħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2021.
Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. LEÃO
(1) ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28).