22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 296/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1809

tat-22 ta' Novembru 2018

li jemenda għall-293 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“HAJJI 'ABD AL-NASIR (psewdonimi Hajji Abdelnasser; Hajji Abd al-Nasr; Taha al-Khuwayt). Data tat-twelid: Bejn l-1965 u l-1969. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Post tat-twelid: Tall 'Afar, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 19.11.2018.”