31995R1964



Official Journal L 189 , 10/08/1995 P. 0023 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/95

tad-9 ta’ Awissu 1995

li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1439/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1265/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 12 (4) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [3], jiffissa, b’mod partikolari, ir-rata ta’ dazju għal ċerti importazzjonijiet u l-lista ta’ awtoritajiet fil-pajjiżi esportaturi li għandhom is-setgħa li joħorġu dokumenti ta’ orġini; billi, minħabba żbalji materjali, ir-rata ta’ dazju għall-importazzjoni ta’ xi wħud minn dawn il-prodotti u l-awtoritajiet ta’ ċerti pajjiżi esportaturi kienu ffissati ħażin;

Billi sabiex jiġi żgurat illi r-rata ta’ dazju korretta titħallas fuq l-importazzjoni fil-Komunità u biex jiġu rispettati l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, dawn l-iżbalji materjali għandhom jiġu korretti b’effett mid-data li fiha r-Regolament (KE) Nru 1439/95 sar japplika;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tan-Nagħaġ u l-Laħam tal-Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1439/95 qiegħed jiġi modifikat kif ġej:

1. L-Artikolu 17(4) qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4. Liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa dwar il-kawantitajiet li għalihom jirreferi l-Anness IV, Taqsima A, li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1440/95 u fir-regolamenti sussegwenti ta’ kull sena tal-kwoti tat-tariffi għandu jkollhom, fil-Kaxxa 24, ta’ l-inqas waħda mid-dħul li ġejjin:

- Derecho limitado a 10 % (aplicación de la parte A del Anexo IV del Reglamento (CE) n!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί 1440/95 y de posteriores Reglamentos por los que se establecen contingentes arancelarios anuales)

- Told nedsat til 10 % (jf. bilag IV, litra A, til forordning (EF) nr. 1440/95 og efterfoelgende forordninger om aarlige toldkontingenter)

- Beschraenkung des Zollsatzes auf 10 % (Anwendung von Anhang IV Teil A der Verordnung (EG) Nr. 1440/95 und der spaeteren jaehrlichen Verordnungen ueber die Zollkontingente)

- Δασμός περιοριζόμενος στο 10 % ġεφαρμογή του παραρτήματος ΙV σημείο A του κανονισμού (EK) αριθ. 1440/95 και των μεταγενέστερων κανονισμών σχετικά με την ετήσια δασμολογική ποσόστωση]

- Duty limited to 10 % (application of Annex IV Part A of Regulation (EC) No 1440/95 and subsequent annual tariff quota regulations)

- Droit de douane de 10 % (application de la partie A de l’anness IV du règlement (CE) n° 1440/95)

- Dazio limitato a 10 % (applicazione dell’allegato IV A del regolamento (CE) n. 1440/95 e dei successivi regolamenti relativi ai contingenti tariffari annuali)

- Invoerrecht beperkt tot 10 % (toepassing van bijlage IV, deel A, bij Verordening (EG) nr. 1440/95)

- Direito limitado a 10 % (aplicação do anexo IV, ponto A, do Regulamento (CE) n° 1440/95 e regulamentos subsequentes relativos aos contingentes pautais anuais)

- Tulli rajoitettu 10 prosenttiin (asetuksen (EY) N:o 1440/95 liitteen IV kohta A ja sen jaelkeen annettujen vuotuisia tariffikiintioeitae koskevien asetusten soveltaminen)

- Tull begraensad till 10 % (tillaempning av bilaga IV, punkt A, i foerordning (EG) nr 1440/95).".

2. Fl-Anness I:

- il-punt 4 qiegħed jiġi sostitwit bi:"il-Bulgarija: Ministeru tal-Kummerċ u Kooperazzjoni Ekonomika Barranija",

- il-punt 7 qiegħed jiġi sostitwit bi:"l-Ungerija: Ministère de l’Industrie et du Commerce",

- il-punt 12 qiegħed jiġi sostitwit bi:"ir-Rumanija: Ministère du Commerce".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Awissu 1995.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1.

[2] ĠU L 123, tat-3.6.1995, p. 1.

[3] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 7.

--------------------------------------------------