<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-641/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0641</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:847">EU:C:2017:847</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20171109">9.11.2017</DATE> – Kawża C-641/16</P><P>Tünkers France u Tünkers Maschinenbau</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1346/2000</KEYWORD><KEYWORD>Qorti kompetenti</KEYWORD><KEYWORD>Kawża minħabba kompetizzjoni żleali mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Kawża mressqa minn kumpannija li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, kontra ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività tal-kumpannija suġġetta għall-proċedura ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Kawża li ma għandha ebda relazzjoni mal-proċedura ta’ insolvenza jew azzjoni li toriġina direttament minn din il-proċedura u li hija marbuta mill-qrib magħha</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-641/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Tünkers France,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Tünkers Maschinenbau GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Expert France,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, C. G. Fernlund, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Tünkers Maschinenbau GmbH u Tünkers Franza, minn J.- J. Gatineau u C. Fattaccini, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas kif ukoll minn E. de Moustier u E. Armoet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Tünkers France (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>TF<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Tünkers Maschinenbau GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>TM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) kontra Expert France, dwar azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali mressqa minn din l-aħħar kumpannija kontra TM u TF.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1346/2000</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 6 u 7 tar-Regolament Nru 1346/2000 jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(4)</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ għal funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu evitati inċentivi għal partijiet li jittrasferixxu assi jew proċedimenti ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor, biex b’hekk ifittxu sitwazzjoni legali aktar favorevoli (forum shopping).</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw ġurisdizzjoni għal ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment u ġudizzji li jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet rigward l-għarfien ta’ dawk il-ġudizzji u rigward il-liġi applikabbli li tissodisfa wkoll dak il-prinċipju.”</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Proċedimenti ta’ falliment li huma marbuta ma’ l-egħluq ta’ kumpannija jew ta’ persuni ġuridiċi oħrajn falluti, arranġamenti ġudizzjarji, komposizzjonijiet u proċedimenti analogi huma esklużi mill-iskop tal-Konvenzjoni ta’ Brussel 1968 dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Infurzar ta’ Ġudizzji f’Materji Ċivili u Kummerċjali [3], kif emendata bil-Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni ma’ din il-Konvenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għand[hom] jkoll[hom] l-ġurisdizzjoni biex jif[tħu] il-proċedimenti ta’ falliment [proċedura ta’ insolvenza]. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), jgħidu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(7)</NO.P><TXT>L-iskop ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri il-materji prinċipali ċivili u kummerċjali apparti minn ċerti materji li jkunu ġew definiti.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni ta’ Brussel u dan ir-Regolament, u għandhom jintalbu għal dan il-għan disposizzjonijiet transitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussel mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Protokolli tal-1971 għandhom jibqgħu japplikaw ukoll f’każijiet diġa pendenti meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika f’materji ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. M’għandux jestendi b’mod partikolari, għal introjtu minn taxxi, dwana jew materji amministrattivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni naturali, drittijiet ta’ propjetà li joriġinaw minn relazzjonijiet matrimonjali, testmenti u suċċessjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>sigurtà soċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>arbitraġġ.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Expert Maschinenbau GmbH, kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż, kienet teżerċita attività ta’ produzzjoni ta’ materjali għall-industrija tal-karozzi, li d-distribuzzjoni tagħhom fi Franza kienet attribwita b’mod esklużiv lil Expert France.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060714">14 ta’ Lulju 2006</DATE>, l-Amtsgericht Darmstadt (qorti distrettwali ta’ Darmstadt, il-Ġermanja) fetħet proċedura ta’ insolvenza fil-konfront ta’ Expert Maschinenbau u ħatret stralċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060913">13 ta’ Settembru 2006</DATE>, l-istralċjarju kkonkluda ftehim provviżorju ta’ ċessjoni ma’ TM li jipprevedi l-irkupru minn din tal-aħħar ta’ fergħa ta’ attività ta’ Expert Maschinenbau. Fit-<DATE ISO="20060922">22 ta’ Settembru 2006</DATE>, l-istralċjarju ttrasferixxa l-imsemmi settur ta’ attività lil Wetzel Fahrzeugbau GmbH, kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż u sussidjarja ta’ TM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tad-<DATE ISO="20060919">19 ta’ Settembru 2006</DATE> kif ukoll tal-24 u tas-<DATE ISO="20061027">27 ta’ Ottubru 2006</DATE>, TM stiednet lill-klijenti ta’ Expert France, li lilhom hija introduċiet ruħha li hija ċ-ċessjonarju ta’ Expert Maschinenbau, sabiex jikkuntattjaw lilha sabiex jagħmlu l-ordnijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li qieset li dan l-approċċ jikkostitwixxi kompetizzjoni żleali, fil-<DATE ISO="20130225">25 ta’ Frar 2013</DATE>, Expert France ressqet azzjoni għad-danni kontra TM u TF quddiem it-tribunal de commerce de Paris (Franza) għat-twettiq tal-atti li jikkostitwixxu kompetizzjoni żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>TM u TF irrifjutaw il-ġuriżdizzjoni ta’ din il-qorti fuq il-bażi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, u sostnew li t-tilwima hija ta’ kompetenza tal-Amtsgericht Darmstadt (qorti distrettwali ta’ Darmstadt) bħala qorti li fetħet il-proċedura ta’ insolvenza fil-konfront ta’ Expert Maschinenbau.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tribunal de commerce de Paris (qorti kummerċjali ta’ Pariġi) ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20131108">8 ta’ Novembru 2013</DATE>, ikkonfermata minn sentenza tal-cour d’appel de Paris (qorti tal-appell ta’ Pariġi) (Franza) tad-<DATE ISO="20140619">19 ta’ Ġunju 2014</DATE>. TM u TF ippreżentaw appell ta’ kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju kontra din is-sentenza. Huma jsostnu li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali, sa fejn tali azzjoni toriġina direttament mill-proċedura ta’ insolvenza, hija l-qorti li fetħet din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward tal-portata tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti li fetħet il-proċedura ta’ insolvenza, kif prevista fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, u tistaqsi b’mod partikolari dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-azzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni żleali mressqa mis-sussidjarja ta’ kumpannija fi stralċ tistax titqies li hija azzjoni li toriġina direttament mill-proċedura ta’ insolvenza u li hija marbuta mill-qrib magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni) (Franza) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Artikolu 3 tar-Regolament [Nru 1346/2000] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għad-danni li permezz tagħha iċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ din il-proċedura huwa akkużat li ppreżenta ruħu b’mod żbaljat bħala li jiżgura d-distribuzzjoni esklużiva ta’ oġġetti prodotti mid-debitur taqa’ esklużivament taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-risposta għad-domanda preliminari teżiġi li tiġi ddeterminata l-portata tal-ġurisdizzjoni tal-qorti li fetħet il-proċedura ta’ insolvenza fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, sa fejn l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, li japplika fil-qasam ċivili u kummerċjali, jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, abbażi b’mod partikolari tax-xogħlijiet storiċi marbuta mal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), liema test ġie ssostitwit bir-Regolament Nru 44/2001, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan l-aħħar regolament u r-Regolament Nru 1346/2000 għandhom jiġu interpretati b’mod li tiġi evitata kull sovrappożizzjoni bejn ir-regoli tad-dritt stabbiliti minn dawn it-testi u kull lakuna legali. Għalhekk, l-azzjonijiet esklużi, abbażi tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, sa fejn dawn jaqgħu taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000. B’mod simmetriku, l-azzjonijiet li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni<?PAGE NO="5"?> tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nickel &amp; Goeldner Spedition</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-157/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat ukoll li, kif tindika b’mod partikolari l-premessa 7 tar-Regolament Nru 44/2001, l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jagħti kunċett wiesa’ tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li jinsab fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament u, konsegwentement, kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ta’ dan tal-aħħar. Għall-kuntrarju, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000, konformement mal-premessa 6 tiegħu, ma għandux jiġi suġġett għal interpretazzjoni wiesgħa (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nickel &amp; Goeldner Spedition</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-157/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huma biss l-azzjonijiet li joriġinaw direttament minn proċeduri ta’ insolvenza u li huma marbuta mill-qrib magħhom li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001. Konsegwentement, dawn l-azzjonijiet biss jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nickel &amp; Goeldner Spedition</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-157/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Issa, huwa dan l-istess kriterju indikat fil-premessa 6 tar-Regolament Nru 1346/2000 li jintuża sabiex jiġi ddeterminat s-suġġett ta’ dan tal-aħħar. Fil-fatt, skont din il-premessa, l-imsemmi regolament għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġurisdizzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza u t-teħid ta’ deċiżjonijiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi ddeterminat, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jekk azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tissodisfax dan il-kriterju doppju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kriterju, għandu jitfakkar li, sabiex jiġi ddeterminat jekk azzjoni toriġinax direttament minn proċeduri ta’ insolvenza, l-element determinanti adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tidentifika l-qasam li fih taqa’ azzjoni ma huwiex il-kuntest proċedurali li fih taqa’ din l-azzjoni, iżda l-bażi legali ta’ din tal-aħħar. Skont dan l-approċċ, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk id-dritt jew l-obbligu li fuqu tkun ibbażata l-azzjoni joriġinax mir-regoli komuni tad-dritt ċivili u kummerċjali jew minn regoli derogatorji, speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nickel &amp; Goeldner Spedition</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-157/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-azzjoni fil-kawża prinċipali hija intiża li żżomm responsabbli lil TM u TF, peress li l-ewwel waħda minn dawn il-kumpanniji hija ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, minħabba li allegatament wettqu atti ta’ kompetizzjoni żleali għad-dannu ta’ Expert France. Fil-kuntest ta’ din l-azzjoni, Expert France ma tikkontestax il-validità taċ-ċessjoni mwettqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza li nfetħet mill-Amtsgericht Darmstadt (qorti distrettwali ta’ Darmstadt), iżda l-fatt li TM, peress li kkuntattjat lill-klijenti ta’ Expert France u stidnithom jikkuntattjaw lilha direttament sabiex jagħmlu l-ordnijiet tagħhom, ipprovat tieħu l-klijenti tagħha, għad-dannu tal-interessi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ċertament, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>SCT Industri</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-111/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:419">EU:C:2009:419</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li azzjoni intiża sabiex tikkontesta ċessjoni ta’ ishma f’kumpannija mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, b’differenza għall-kawża li wasslet għal din is-sentenza, li fiha l-istralċjarju li ttrasferixxa l-ishma f’kumpannija ġie akkużat li ma użax prerogattiva li huwa jislet speċifikatament mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirregolaw l-proċeduri kollettivi, il-kawża prinċipali tirrigwarda l-aġir adottat miċ-ċessjonarju biss.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Expert France aġixxiet esklużivament għad-difiża tal-interessi tagħha u mhux għad-difiża tal-interessi tal-kredituri f’din il-proċedura ta’ insolvenza. Fl-aħħar nett, din l-azzjoni hija intiża kontra TM u TF li l-aġir tagħhom huwa rregolat minn regoli differenti minn dawk applikabbli fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza. Għalhekk, l-eventwali konsegwenzi ta’ tali azzjoni ma jistgħu jaffettwaw bl-ebda mod il-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-eżerċizzju ta’ azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija distinta u ma hijiex ibbażata fuq regoli speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kriterju, imsemmi fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li hija l-intensità tar-rabta li teżisti bejn azzjoni ġudizzjarja u l-proċedura ta’ insolvenza li hija determinati sabiex jiġi deċiż jekk l-esklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għandhiex tiġi applikata (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>SCT Industri</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-111/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:419">EU:C:2009:419</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ċertament, fil-kawża prinċipali, l-azzjoni għad-dannu hija intiża kontra TM, ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza. Madankollu, id-dritt miksub, ladarba jkun daħal fil-patrimonju taċ-ċessjonarju, ma jistax iżomm rabta diretta mal-insolvenza tad-debitur fi kwalunkwe ċirkustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, minkejja li ma tistax tiġi kkontestata l-eżistenza ta’ rabta bejn l-azzjoni prinċipali u l-proċedura ta’ insolvenza li tagħha kien is-suġġett Expert Maschinenbau, din ir-rabta ma tidher li hija la suffiċjentement diretta u lanqas suffiċjentement stretta sabiex ir-Regolament Nru 44/2001 jiġi eskluż u, konsegwentement, sabiex ikun applikabbli r-Regolament Nru 1346/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali li permezz tagħha ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza huwa akkużat li ppreżenta ruħu b’mod żbaljat bħala li jiżgura d-distribuzzjoni esklużiva ta’ oġġetti prodotti mid-debitur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali li permezz tagħha ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza huwa akkużat li ppreżenta ruħu b’mod żbaljat bħala li jiżgura d-distribuzzjoni esklużiva ta’ oġġetti prodotti mid-debitur.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>