European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1315

15.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1315

tat-22 ta’ April 2024

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea matul it-58 sessjoni tal-Kumitat ta’ Esperti dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija fir-rigward tal-emena għall-Appendiċi C tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni ssieħbet fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (“COTIF”) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 6 tal-COTIF, it-traffiku ferrovjarju internazzjonali u l-ammissjoni ta’ materjal ferrovjarju għall-użu fit-traffiku internazzjonali,għandhom jiġu rregolati mir-regoli li huma elenkati f’dak l-Artikolu, b’mod partikolari r-“Regolament dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID)”, li jifforma l-Appendiċi C tal-COTIF.

(3)

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi r-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni fl-Istati Membri jew bejniethom, b’referenza għall-RID.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 18 tal-COTIF il-Kumitat ta’ Esperti dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija msemmi fl-Artikolu 13(1), il-punt (d), tal-COTIF (“il-Kumitat ta’ Esperti tal-RID”) jista’ jadotta emendi, inter alia, għall-Anness tal-RID.

(5)

Il-Kumitat ta’ Esperti tal-RID, fit-58 sessjoni tiegħu fit-23 ta’ Mejju 2024, huwa mistenni jadotta emendi biex jadatta l-Anness tal-RID skont il-progress xjentifiku u tekniku.

(6)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottataf’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat ta’ Esperti tal-RID, peress li l-emendi tal-RID se jkunu vinkolanti għall-Unjoni.

(7)

L-emendi previsti għandhom l-għan li jiżguraw it-trasport sikur u effiċjenti ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija filwaqt li jitqies il-progress xjentifiku u tekniku fis-settur, kif ukoll l-iżvilupp ta’ sustanzi u oġġetti ġodda li jistgħu joħolqu periklu matul it-trasport tagħhom.

(8)

L-emendi previsti jitqiesu xierqa għat-trasport sikur ta’ oġġetti perikolużi b’mod kosteffettiv, u għalhekk jistgħu jiġu appoġġati.

(9)

Jista’ jintlaħaq qbil dwar tibdiliet minuri fid-dokumenti msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni f’livell tekniku waqt is-17-il sessjoni tal-grupp ta’ ħidma permanenti tal-Kumitat ta’ Esperti tal-RID tat-22 ta’ Mejju 2024, inkluż abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Laqgħa Konġunta tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Kumitat ta’ Esperti tal-RID u l-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni waqt it-58 sessjoni tal-Kumitat ta’ Esperti dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tal-Organizzazzjoni għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (“il-Kumitat ta’ Esperti tal-RID”), fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999, għandha tkun kif stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Jistgħu jiġu miftiehma bidliet minuri għad-dokumenti msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat ta’ Esperti tal-RID mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Esperti tal-RID għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’indikazzjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).


ANNESS

Proposta

Dokument ta' referenza

Kwistjoni

Kummenti

Pożizzjoni tal-UE

1.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/3

Emenda tal-Kapitolu 1.4.2.2.7 tal-RID dwar ir-referenza għall-Fuljett UIC 472 (obbligu tat-trasportatur li jinforma lis-sewwieq dwar il-pożizzjoni ta' oġġetti perikolużi fil-ferrovija)

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

2.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/4

Emenda tal-Kapitolu 5.3.4.1 tal-RID dwar id-dispożizzjonijiet għall-marki tax-shunting

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

3.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/5

Emenda tal-RID biex jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet għall-ġarr tal-aluminju mdewweb tan-numru NU 3257

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

4.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/7

Emenda tal-Kapitolu 1.11 tal-RID biex tiġi introdotta referenza għall-aħħar edizzjoni tal-UIC IRS 20201

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

5.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/8 u OTIF/RID/CE/GTP/2023/INF.10

Identifikazzjoni fid-dokument tat-trasport tal-vagun u, fejn xieraq, tal-kontejner il-kbir, tal-kontejner tank jew tat-tank li jista' jinġarr

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

6.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/9

Emenda tal-Kapitolu 3.2.2 tal-RID biex tiġi introdotta referenza għall-UIC IRS 20221 minflok għall-fuljett tal-UIC 221

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

7.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/10

Testi konsolidati adottati mil-Laqgħa Konġunta tal-2021 u tal-2022 u mill-grupp ta' ħidma permanenti tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID f'Novembru 2022

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

8.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/11

Siltiet mill-abbozz ta' rapport tal-114-il sessjoni tan-NUKEE WP.15 (Ġinevra, bejn is-6 u l-10 ta' Novembru 2023) (id-dokumenti ECE/TRANS/WP.15/2023/R.3 u Add. kif ukoll ECE/TRANS/WP.15/ 2023/R.4 u Add.)

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

9.

OTIF/RID/CE/GTP/2023/INF.4

Emenda tal-RID biex tiġi introdotta referenza għat-tielet edizzjoni tal-UIC IRS 50592

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

10.

ECE-TRANS-WP15-114-GE-inf7e

Proposta dwar kif għandu jiġi mmodifikat l-RID CW38 biex ikun permess il-ġarr bl-ingrossa ta' kategoriji speċifiċi ta' skart li fih l-asbestos (UN Nri 2590 u 2212)

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

11.

ECE-TRANS-WP15-114-GE-inf14e

Proposti dwar kif jiġu aġġustati l-Kapitoli 4.1 u 5.4 tal-RID biex ikun permess it-trasport tal-iskart fl-imballaġġi interni ppakkjati flimkien f'imballaġġ esterni

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

12.

ECE-TRANS-WP15-114-GE-inf19e

Emenda tal-RID 1.8.3.11 (b), it-tieni inċiż, biex jiġu speċifikati s-suġġetti għall-eżami għall-konsulenti tas-sikurezza

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Taqbel

Id-dokumenti kollha ta' hawn fuq huma disponibbli fuq is-sit web tal-OTIF (http://otif.org/en/?page_id=7321 and http://otif.org/en/?page_id=7322) jew fuq is-sit web tan-NUKEE (https://unece.org/info/Transport/Dangerous-Goods/events/377548 u għandhom jinftiehmu bħala li jinkludu l-emendi diskussi fil-grupp ta' ħidma permanenti tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID ta' Novembru 2023 u riflessi fl-Anness I tad-Dokument OTIF/RID/CE/GTP/2023-A (Ir-Rapport finali tas-16-il sessjoni tal-grupp ta' ħidma permanenti tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID — Londra, bejn l-20 u t-23 ta' Novembru 2023), disponibbli wkoll fuq is-sit web tal-OTIF (http://otif.org/en/?page_id=254).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1315/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)