|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1158 |
29.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1158
tat-28 ta’ Mejju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/60 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-aċidu linolejku konjugat (t10, c12)-metilester bħala addittiv tal-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-aċidu linolejku konjugat (t10, c12)-metilester ġie awtorizzat bħala addittiv tal-għalf (“addittiv tal-għalf inkwistjoni”) bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/60 (2). |
|
(2) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittiv tal-għalf inkwistjoni, BASF SE, ippreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-proposta li isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittiv tal-għalf ikkonċernat jinbidel għal “Louis Dreyfus Company Ingredients GmbH”. |
|
(3) |
Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjoni hija ta’ natura purament amministrattiva u ma tirrikjedix valutazzjoni ġdida tal-addittiv tal-għalf inkwistjoni. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni. |
|
(4) |
Biex Louis Dreyfus Company Ingredients GmbH titħalla tisfrutta d-drittijiet biex tintroduċi dak l-addittiv fis-suq, huwa għaldaqstant xieraq li jkun hemm bidla fit-termini tal-awtorizzazzjoni inkwistjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/60 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li jagħmel dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-addittiv tal-għalf inkwistjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/60
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/60 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, l-isem “BASF SE” huwa sostitwit b’“Louis Dreyfus Company Ingredients GmbH”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem “BASF SE” huwa sostitwit b’“Louis Dreyfus Company Ingredients GmbH”. |
Artikolu 2
Miżura tranżizzjonali
L-addittiv tal-għalf inkwistjoni, prodott u ttikkettat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli applikabbli qabel dik id-data, jista’ jibqa’ jiġi introdott fis-suq u jintuża sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/60 tal-5 ta’ Jannar 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu linolejku konjugat (t10, c12)-metilester bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer għat-tismin u għall-baqar tal-ħalib (detentur tal-awtorizzazzjoni: BASF SE) (ĠU L 5, 6.1.2023, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/60/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1158/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)