Official Journal L 198 , 06/08/2003 P. 0015 - 0016
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 2003 dwar l-emenda tal-Parti I ta' l-Anness III ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Parti I ta' l-Anness 5a tal-Manwal Komuni dwar iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi bla ħsara għall-ħtiġiet tal-viża fl-ajruporti. (2003/586/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra r-Regolament (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddetaljati u proċeduri prattiċi fl-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal viża [1], Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001/KE ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kummisjoni l-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jitwettqu l-kontrolli u s-sorveljanza fuq il-fruntieri [2], Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Taljana, Billi: (1) Il-Parti I ta' l-Anness 3 ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Parti I ta' l-Anness 5a tal-Manwal Komuni fihom lista konġunta tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma bla ħsara għall-ħtiġiet tal-viża fl-ajruporti(ATV) mill-Istati Membri kollha. (2) Ir-Repubblika Taljana tixtieq tillimita l-ħtieġa ta' viża tat-transitu bl-ajru liċ-ċittadini Eritreani li ma jkollhomx viża valida jew permess tar-residenza maħruġ mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jew għal Stat parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta' Mejju 1992, il-Kanada, l-Isvizzera jew l-Istati Uniti ta' l-Amerika. L-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Manwal Komuni għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq. (3) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimaka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u marbuta biha u lanqas bla ħsara għall-applikazzjoni tagħha. Mogħti li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi f'perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni jekk timplimentahiex fil-liġijiet nazzjonali tagħha. (4) Rigward l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jirrigwarda l-assoċjazjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [3], li jidħlu fiż-żona riferita fil-punt A ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE [4] tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti sabiex jiġi applikat dan il-Ftehim. (5) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jeħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-19 ta' Mejju 2000 li tirrigwarda t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [5]; ir-Renju Unit għalhekk ma jeħux sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. (6) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma teħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2000 li tirrigwarda t-talba ta' l-Irlanda biex tieħu sehem f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [6]; l-Irlanda għalhekk ma teħux sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. (7) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew inkella għandu x'jaqsam miegħu fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 In-Nota (4) fil-qiegħ tal-paġna li għandha x'taqsam ma' l-Eritrea fil-Parti I fl-Anness 3 ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Parti I ta' l-Anness 5a tal-Manwal Komuni għandha tinqara kif ġej: "(4) Għall-Ġermanja u l-Italja Biss meta ċ-ċittadini ma jkunux fil-pussess ta' viża valida jew permess tar-residenza għal Stat Membru fl-Unjoni Ewropea jew għal Stat parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta' Mejju 1992, il-Kanada, l-Isvizzera jew l-Istati Uniti ta' l-Amerika." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Settembru 2003. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 2003. Għall-Kunsill Il-President F. Frattini [1] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 2. [2] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 2. [3] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 36. [4] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31. [5] ĠU L 131, ta' l-1.6.2000, p. 43. [6] ĠU L 64, tas-7.3.2002, p. 20. --------------------------------------------------