European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2260

10.4.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11812 — METHANEX / OCI METHANOL BUSINESS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2260)

1.   

Fl-1 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Methanex Corporation (“Methanex”, il-Kanada),

—

OCI USA Inc. (l-Istati Uniti), Firewater Holding LLC (l-Istati Uniti), u BioMethanol Chemie Holding II B.V. (in-Netherlands) (flimkien l-“OCI Methanol Business”), kollha kkontrollati minn OCI N.V. (in-Netherlands).

Methanex se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OCI Methanol Business kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Methanex hija produttur u fornitur globali tal-metanol. B’faċilitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu fil-Kanada, fiċ-Ċilì, fl-Eġittu, fi New Zealand, fi Trinidad u Tobago, u fl-Istati Uniti, Methanex tforni lill-klijenti fuq skala globali, inkluż fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Asja-Paċifiku, fl-Ewropa u fl-Amerka t’Isfel,

—

OCI Methanol Business hija produttur u fornitur tal-metanol u tal-ammonijaka. Mill-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħha fl-Istati Uniti, hija tforni lill-klijenti fuq skala globali, primarjament fl-Istati Uniti, fl-Ewropa, fir-Renju Unit u fl-Asja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11812 — METHANEX / OCI METHANOL BUSINESS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2260/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)