52006PC0172

Proposta għal regolament (KE, EURATOM) tal-Kunsill li jaddatta l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej /* KUMM/2006/0172 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.4.2006

KUMM(2006) 172 finali

Proposta għal

REGOLAMENT (KE, EURATOM) TAL-KUNSILL

li jaddatta l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Il-motivazzjonijiet u l-għanijiet tal-proposta Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Anness XI ta’ l-Istatut, l-addattamenti intermedji tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 65 ta’ l-Istatut jiġu deċiżi, skond l-informazzjoni pprovduta mill-Eurostat, fil-każ li jkun hemm varjazzjoni sinifikanti fl-għoli tal-ħajja bejn Ġunju u Diċembru filwaqt li titqies il-previżjoni ta’ l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ akkwist matul il-perjodu ta’ referenza annwali attwali, b’effett mill-1 ta’ Jannar. Jekk ikun meħtieġ, il-proposta tal-Kummissjoni tiġi mgħoddija lill-Kunsill sa mhux iżjed tard mit-tieni nofs tax-xahar ta’ April. |

Il-kuntest ġenerali Skond l-Artikolu 6 ta’ l-Anness XI, l-addattamenti jiġu deċiżi għall-postijiet kollha (inkluż Brussell) jekk jintlaħaq limitu sinifikanti fi Brussell. Jekk dan il-limitu ma jintlaħaqx, jiġu deċiżi biss l-addattamenti għall-postijiet fejn jinqabeż il-limitu. Skond l-Artikolu 7 ta’ l-Anness XI ta’ l-Istatut, il-valur ta’ l-addattament ikun daqs l-indiċi internazzjonali ta’ Brussell li, jekk ikun il-każ, jiġi mmultiplikat bin-nofs tal-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku jekk dan ikun negattiv. L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjonijiet netti tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku nazzjonali ta’ l-amministrazzjonijiet ċentrali ta’ l-Istati Membri. L-Eurostat iddetermina dan l-indikatur fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mit-8 Stati Membri msemmija fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 1 ta’ l-Anness XI. L-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikejjel l-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-ħaddiema fis-servizz pubbliku tal-Komunitajiet Ewropej. L-Eurostat iddetermint dan l-indiċi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. Il-koeffiċjenti korrettorji huma ugwali għall-proporzjon bejn il-parità ekonomika u r-rata tal-kambju korrispondenti msemmija fl-Artikolu 63 ta’ l-Istatut u jekk il-limitu ta’ l-addattament ma jintlaħaqx għal Brussell, dan jiġi mmultiplikat bil-valur ta’ l-addattament. Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell, il-belt ta’ referenza, u l-postijiet l-oħra kkonċernati. L-Eurostat ikkalkola dawn il-paritajiet bi qbil ma’ l-istituti ta’ l-istatistika nazzjonali. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju, il-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. L-Eurostat ikkalkola dawn il-paritajiet bi qbil ma’ l-istituti ta’ l-istatistika nazzjonali. |

Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Din il-proposta tiżdied mal-proposta ppreżentata kull sena biex jiġu addattati r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet. |

Il-koerenza mal-politika u l-għanijiet ta’ l-Unjoni Ma tapplikax. |

IL-KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTÉRESSATI U TA’ L-ANALIżI TA’ L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali maħsuba u l-profil ġenerali tal-persuni li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu s-suġġett ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta’ l-impjegati skond il-proċeduri fis-seħħ. |

Sintesi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif tqiesu Il-proposta tqis l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

Il-kisba u l-użu ta’ għarfien mill-esperti |

Ma kienx meħtieġ l-għarfien ta’ espert estern. |

L-analiżi ta’ l-impatt - Il-proposta għandha l-għan li taddatta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

L-ELEMENTI ĠURIDIċI TAL-PROPOSTA |

Il-miżuri proposti fil-qosor Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Anness XI ta’ l-Istatut, il-miżuri proposti għandhom l-għan li jaddattaw ir-remunerazzjonijiet għall-postijiet li jippreżentaw varjazzjoni sinifikanti fl-għoli tal-ħajja. L-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja għal Brussell, li hu mkejjel bl-indiċi internazzjonali ta’ Brussell fuq il-perjodu bejn Ġunju u Diċembru tas-sena ta’ qabel, huwa ta’ 0,6%. L-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja barra l-Belġju u l-Lussemburgu matul il-perjodu ta’ referenza jitkejjel permezz ta’ l-indiċi impliċiti kkalkolati mill-Eurostat. Dawn l-indiċi jikkorrispondu mal-prodott ta’ l-indiċi internazzjonali ta’ Brussell u tal-varjazzjoni tal-parità ekonomika. Il-limitu sinifikanti huwa l-persentaġġ ta’ 7% għal perjodu ta’ 12-il xahar (3,5% għal perjodu ta’ 6 xhur). L-indiċi impliċitu li japplika għar-remunerazzjonijiet jaqbeż il-limitu għall-pajjiżi jew il-postijiet li ġejjin : - il-Litwanja 3,9% L-indiċi impliċitu li japplika għall-pensjonijiet ma jaqbeż il-limitu għall-ebda pajjiż. L-addattament intermedju huwa daqs l-indiċi internazzjonali ta’ Brussell li, jekk ikun il-każ, jiġi mmultiplikat bin-nofs tal-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku jekk dan ikun negattiv. Il-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku hija ta’ 0,5% u dan ifisser li l-addattament intermedju huwa ta’ 0,6%. Il-koeffiċjenti korrettorji huma ugwali għall-proporzjon bejn il-parità ekonomika kkonċernata u r-rata tal-kambju korrispondenti u jekk il-limitu ta’ l-addattament ma jintlaħaqx għal Brussell, dan jiġi mmultiplikat bil-valur ta’ l-addattament intermedju. Id-data tad-dħul fis-seħħ hija l-1 ta’ Jannar. Madankollu, għall-pajjiżi jew il-postijiet li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 6,3%, id-data tad-dħul fis-seħħ hija l-16 ta’ Novembru. Għall-pajjiżi jew il-postijiet li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 12,6%, id-data tad-dħul fis-seħħ hija l-1 ta’ Novembru. Għalhekk, b’effett mill-1/1/2006, il-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjonijiet għall-pajjiżi jew il-postijiet li jaqbżu l-limitu huma dawn li ġejjin: - il-Litwanja 80,1 Il-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti m’humiex emendati. |

Il-bażi ġuridika Il-bażi ġuridika hija l-Istatut u b’mod speċjali l-Anness XI imsemmi fih. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta taqbel mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

- L-Anness XI ta’ l-Istatut jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill. |

- L-ispiża finanzjarja tirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ l-addattament stabbilit fl-Istatut. |

L-għażla ta’ l-atti |

Att(i) propost(i): Regolament. |

Atti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin. - L-Anness XI ta’ l-Istatut jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill. |

L-IMPATT FUQ IL-BAĠIT |

L-impatt ta’ l-addattament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet fuq l-ispejjeż amministrattivi u fuq ir-riċevuti huwa ttrattat fid-dettal fir-rapport finanzjarju anness. |

1. Proposta għal

REGOLAMENT (KE, EURATOM) TAL-KUNSILL

li jaddatta l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod speċjali l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-ħaddiema l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68[1], u b’mod speċjali l-Artikoli 63, 64, 65, 82 u l-Annessi VII, XI u XIII ta’ l- Istatut imsemmi kif ukoll l-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 20, l-Artikolu 64 u l-Artikolu 92 tar-reġim imsemmi,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Kien hemm żieda sinifikanti fl-għoli tal-ħajja fil-Litwanja matul il-perjodu bejn Ġunju u Diċembru u għalhekk jaqbel li jiġu addattati l-koeffiċjenti korrettorji li jaffettwaw ir-remunerazzjonijiet tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku u ta’ ħaddiema oħra

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1/1/2006, il-koeffiċjenti korrettorji li, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 64 ta’ l-Istatut, japplikaw għar-remunerazzjoni tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku u ta’ ħaddiema oħra kkonċernati f’wieħed mill-pajjiżi jew mill-postijiet imsemmija hawn taħt huma stabbiliti kif ġej:

- il-Litwanja 80,1

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

STQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Dan id-dokument hu maħsub biex jakkompanja u jikkompleta l-memorandum ta’ spjegazzjoni. Għalhekk, waqt l-użu ta’ dan ir-rapport finanzjarju leġiżlattiv u mingħajr preġudizzju għal-leġġibilità tagħha, jaqbel li tiġi evitata, safejn ikun possibbli, ir-repetizzjoni ta’ l-informazzjoni li tidher fil-memorandum ta’ spjegazzjoni. Qabel ma timla l-formola, irreferi għall-parametri li ġew stabbiliti b’mod speċifiku bil-għan li jagħtu għajnuna u preċiżazzjonijiet fir-rigward tal-punti msemmija hawn taħt.

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

IR-REGOLAMENT (KE, EURATOM) TAL-KUNSILL li jaddatta l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

2. IL-QAFAS ABM / ABB (ĠESTJONI/TWAQQIF TAL-BAĠIT SKOND L-ATTIVITAJIET)

Il-qasam politiku/l-oqsma politiċi kkonċernat(i) u l-attività relatata/l-attivitajiet relatati:

Potenzjalment, l-oqsma u l-attivitajiet kollha huma kkonċernati.

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit (titoli operazzjonali u titoli konnessi ta’ assistenza teknika u amministrattiva (titoli antiki BA)), inklużi l-linji tagħhom:

Spejjeż: XX.01.01.01 Kummissjoni u Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra

Riċevuti: 400 – Taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet, 404 – Tnaqqis speċjali, 410 – Kontribuzzjoni ta’ l-impjegati għall-finanzjar tar-reġim tal-pensjonijiet

3.2. It-terminu ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Indefinit

3.3. Il-karatteristiċi tal-baġit (żid il-linji jekk meħtieġ):

Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ nfiq | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 u Kapitolu 11 | DNO | CND[2] | LE | LE | LE | Nru. [5] |

4. IT-TAQSIRA TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1. Taqsira ta’ l-approprjazzjonijiet tar-rabtiet (CA) u l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (PA)

miljuni ta’ euro (sat-3 deċimali)

It-tipi ta’ nfiq | It-taqsimaNru | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n+5 u eż. segw. | Total |

L-infiq operattiv [3] |

L-approprjazzjonijiet tar –rabtiet (CA) | 8.1 | a |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas (PA) | b |

L-infiq amministrattiv fl-ammont ta’ referenza[4] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprjazzjonijiet tar-rabtiet | a+c |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c |

L-infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[5] |

Ir-riżorsi umani u l-infiq relatat (NDA) | 8.2.5 | d | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | n.d. |

L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e |

Spejjeż finanzjarji indikattivi totali ta’ l-azzjoni

CA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | n.d. |

PA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | 0,022 | n.d. |

Id-dettalji dwar il-finanzjar konġunt

Jekk il-proposta tinvolvi l-finanzjar konġunt mill-Istati Membri, jew korpi oħra (speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-finanzjar konġunt fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji jekk ikunu previsti aktar organizzazzjonijiet għall-forniment tal-finanzjar konġunt):

Mljuni ta’ euro (sa 3 ċifri deċimali)

L-organizzazzjoni tal-finanzjar konġunt | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n+5 u segw. | Total |

…………………… | f |

CA TOTALI inkluż finanzjar konġunt | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibilità ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestaturi rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[6] (jiġifieri l-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

X Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih jiġi kkalkolat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

Miljuni ta’ euro (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel l- azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

Id-dettalji dwar il-kuntest tal-proposta huma mitluba fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din it-taqsima tal-Prospett Finanzjarju Leġiżlattiv għandha tinkludi din l-informazzjoni komplementari speċifika:

5.1. Implimentazzjoni meħtieġa fi żmien qasir jew fuq tul ta’ żmien

Obbligu statutarju

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

n.a.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM

n.a.

5.4. Il-Metodu ta’ l-Implimentazzjoni (indikattiv)

Indika il-metodu/i [8] magħżul biex l-azzjoni tiġi implimentata.

( Il-Ġestjoni Ċċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni: PMO

- ( indirettament permezz ta’ delega lil:

- ( aġenziji eżekuttivi,

- ( korpi maħtura mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju,

- ( korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni fis-servizz pubbliku.

( L-amministrazzjoni konġunta jew deċentralizzata

- ( ma’ l-Istati Membri

- ( ma’ pajjiżi terzi

( L-amministrazzjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Rimarki : Metodu tal-kalkolu: Addattament = Eżekuzzjoni 2006 x 3,9%. Il-miżura tikkonċerna 15-il persuna fil-Litwanja .

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1. Is-sistema tal-monitoraġġ

Mhux applikabbli.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ ex-post (it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004

7. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI

Mhux applikabbli.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Krediti għal xi rbit f’miljuni ta’ euro (sat-3 deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew impjegati temporanj[10] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Impjegati finanzjati[11] mill-Art. XX 01 02 |

Impjegati oħrajn finanzjati[12] mill-Art. XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

(Fejn ikun dikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors).

- ( Karigi attwalment allokati għall-amministrazzjoni tal-programm li ser ikun mibdul jew estiż

- ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n

- ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/APB li jmiss

- ( Karigi li ser jerġgħu jintużaw bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ l-amministrazzjoni (użu mill-ġdid li jsir internament)

- ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB tas-sena konċernata

8.2.4. Infiq ieħor Amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – L-infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

Il-linja tal-baġit (l-isem u l-intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u segw. | TOTAL |

1. L-għajnuna teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati ma’ l-impjegati) |

L-aġenziji eżekuttivi[13] |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

L-għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

It-tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u segw. |

Uffiċjali u impjegati temporanji (XX 01 01) |

Impjegati finanzjati mill-Art XX 01 02 (awżiljarji, END, impjegati bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Uffiċjali u impjegati temporanji

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

Kalkolu – Impjegati finanzjati mill-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

8.2.6. Infiq ieħor amministrattiv mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u segw. | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[14] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2. It-Total ta’ Infiq ieħor ta’ l-immaniġġjar (XX 01 02 11) |

3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Infiq amministrattiv totali, minbarra riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

[1] ĠU L 56 ta’ l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 2104/2005 (ĠU L 337 tat-22.12.2005, p. 7).

[2] Krediti mhux dissoċjati

[3] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx kkonċernat.

[4] Infiq li jaqa’ taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[5] Infiq li jaqa’ taħt il-Kapitolu xx 01, minbarra l-Artikoli xx 01 04 u xx 01 05.

[6] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[7] Għandhom jiżdiedu aktar kolonni jekk dan ikun meħtieġ, jiġifieri jekk it-terminu ta’ l-azzjoni jkun ta’ aktar minn 6 snin.

[8] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettallji addizzjonali fit-taqsima “Kummenti Rilevanti” ta’ dan il-punt.

[9] Hekk kif deskritt fil-parti 5.3.

[10] Li l-ispiża tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[11] Li l-ispiża tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[12] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[13] Għandha ssir referenza għall-prospett finanzjarju leġiżlattiv speċifiku għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i .

[14] Ippreċiża t-tip ta’ Kumitat kif ukoll il-grupp li dan jagħmel parti minnu.