8.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10476 — Schwarz Group/Cespa)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 406/07)

1.   

Fit-30 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PreZero International GmbH, il-Ġermanja (“PreZero”, il-Ġermanja), li tappartjeni lil Schwarz Group (il-Ġermanja),

—

Compañia Española de Servicios Públicos Auxiliares S.A.U. (“Cespa”, Spanja), ikkontrollata minn Ferrovial International SE, Spanja (“Ferrovial”, Spanja).

PreZero takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Cespa.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PreZero hija attiva fil-ġbir, is-separazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-iskart. PreZero hija parti minn Schwarz Group li huwa prinċipalment attiv fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel permezz tal-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut tiegħu Lidl u Kaufland,

—

CESPA tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-iskart fi Spanja kif ukoll servizzi ta’ ġestjoni tal-iskart u ġestjoni tal-faċilitajiet fil-Portugall.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10476 — Schwarz Group/Cespa

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.