European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5989

5.11.2025

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(C/2025/5989)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Andrei Sergeevich MANDEL (Nru 26), Gordon Koang BIEL (Nru 34), Toe UI (Nru 35), Sergei Gennadievich PODOPRIGOROV (Nru 43), Dmitriy Viktorovich KOMNOV (Nru 44), Abdul Hakim HAQQANI (Nru 58), James Mark NANDO (Nru. 60), Kirill Sergeevich NIKIFOROV (Nru 84), Neria BEN PAZI (Nru 106), Meir Mordechai ETTINGER (Nru 108), Elisha YERED (Nru 109), Moshe SHARVIT (Nru 110), Zvi BAR YOSEF (Nru 111), Baruch MARZEL (Nru 113), Ben-Zion “Bentzi” GOPSTEIN (Nru 114), Abdel Karim Mahmoud IBRAHIM (Nru 115), Ali Mahmoud ABBAS (Nru 116), Hilltop Youth (Nru 28), Moshe's Farm (Nru 29), Tzav 9 (Nru 31), il-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (2).

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma tal-miżuri restrittivi, qabel it-12 ta' Novembru 2025, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(2)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5989/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)