7.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/295


P9_TA(2022)0294

L-invażjoni Russa fl-Ukrajna: Miżuri temporanji fir-rigward tad-dokumenti tas-sewwieqa maħruġa mill-Ukrajna ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji, fid-dawl tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, fir-rigward tad-dokumenti tas-sewwieqa maħruġa mill-Ukrajna f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha (COM(2022)0313 – C9-0201/2022 – 2022/0204(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)

(2023/C 47/31)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0313),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0201/2022),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

—

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2022)0204

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Lulju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji, fid-dawl tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, fir-rigward tad-dokumenti tas-sewwieqa maħruġa mill-Ukrajna f'konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/1280.)