|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3628 |
3.7.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12031 — INVESTCORP / PSP / CROSSCOUNTRY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/3628)
1.
Fl-24 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Investcorp North American Private Equity Limited (“Investcorp”, il-Gżejjer Cayman) |
|
— |
Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada) |
|
— |
Victors CCC Topco LP (“CrossCountry”, l-Istati Uniti). CrossCountry bħalissa hija kkontrollata biss minn Investcorp. |
Investcorp u PSP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ CrossCountry.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Investcorp hija maniġer tal-investiment fil-livell globali, u tispeċjalizza f’investimenti alternattivi f’diversi klassijiet ta’ assi, |
|
— |
PSP tamministra l-ammonti ttrasferiti lilha mill-Gvern tal-Kanada għall-finanzjament tal-benefiċċji miksuba mill-1 ta’ April 2000 mill-membri tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, il-Canadian Forces u r-Royal Canadian Mounted Police u, mill-1 ta’ Marzu 2007, ir-Reserve Force. Hija timmaniġġja portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u investimenti ta’ kreditu. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ CrossCountry huma li ġejjin: il-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ trasformazzjoni fir-rigward tal-kontabbiltà, tal-finanzi, tar-riskji, tal-operazzjonijiet, iffaċilitati miċ-ċibernetika u mit-teknoloġija, lil klijenti privati u pubbliċi. Hija attiva primarjament fl-Istati Uniti.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12031 — INVESTCORP / PSP / CROSSCOUNTRY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3628/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)