|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6363 |
21.11.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2369 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2368 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
(C/2025/6363)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2369 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2368 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/2368, jirrikjedi li l-persuna trid tirrapporta fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilha, li huma proprjetà tagħha, jew miżmuma jew ikkontrollati minnha, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi. Dik il-persuna trid tikkoopera mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/2368.
(1) ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.
(2) ĠU L, 2025/2369, 20.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2369/oj.
(3) ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.
(4) ĠU L, 2025/2368, 20.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2368/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6363/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)