31971R1634



Official Journal L 170 , 29/07/1971 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0003
Danish special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0544
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0003
English special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0606
Greek special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0042
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 5 P. 0042


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1634/71

tas-27 ta’ Lulju 1971

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 821/68 tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar id-definizzjoni, applikabbli għar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni, ta’ qmuħ imfesdqa u qmuħ perlati taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 120/67 KEE [1] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1528/71 [2], u partikolarment l-Artikolu 16(6) tiegħu;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 821/68 [3] tat-28 ta’ Ġunju 1968 adotta definizzjoni, applikabbli għall-għoti ta’ rifużjoniji ta’ esportazzjoni, ta’ qmuħ imfesdqa u qmuħ perlati taċ-ċereali;

Billi jeżistu fis-suq qmuħ perlati ta’ kwalita tajba li, madankollu, ma jilħqux il-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mar-regolarità tal-qmuħ preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 821/68 u li, billi ma jikkorrespondux mad-definizzjoni preskritta għal dak il-għan, ma jistgħux jikkwalifikaw għar-rifużjoni ta’ esportazzjoni fuq dawn il-prodotti; billi, sabiex din il-klassi ta’ prodotti tkun tista’ tikkwalifika għar-rifużjoni, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 821/68 għandhom jiġu adottati;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali:

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-parti B tad-Definizzjoni ta’ "qmuħ imfesdqa" (mingħajr qoxra jew bil-qoxra) u "qmuħ perlati" imniżżla fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 821/68 għandha tiġi emendata skond l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ 1971

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1971.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Franco M. Malfatti

[1] ĠU Ċ 117, 19.6.1967, p. 2269/67.

[2] ĠU L 162, 20.7.1971, p. 1.

[3] ĠU L 149, 29.6.1968, p. 46.

--------------------------------------------------

ANNESS

B. "Qmuħ perlati" jinkludu:

I. Qmuħ tal-prima klassi:

1. qmuħ li jikkorrespondu mad-definizzjoni li ġejja:

qmuħ perlati taċ-ċereali, prinċipalment ix-xgħir, li għandhom t-tegument sħiħ, il-perikarpu, ir-raħs u l-parti maġġura tas-saff ta’ barra u s-saff aleuronic imneħħija, u li huma ta’ daqs uniformi u ta’ forma ttundjata;

2. u li b’ żieda ma’ dan jilħqu l-ħtiġiet li ġejjin:

ir-regolarità tal-qmuħ:

(a) il-75 % tal-qmuħ ma jridux jaqbżu l-20 % tad-dm;

(b) l-94 % tal-qmuħ miżjuda progressivament bejn it-3 % u s-97 % ma jridux jaqbżu it-30 % tad-dm;

(ċ) il-100 % tal-qmuħ ma jridux jaqbżu l-50 % tad-dm;

Determinazzjoni tar-regolarità permezz ta’ analiżi ta’ għarbiel permezz ta’ għeriebel b’ toqob tondi.

dm : il-valur tan-nofs miksub mill-grafika tar-risultati ta’ l-analiżi ta’ l-għarbiel fil-punt li fih 50 % tal-prodotti jkunu għaddew mill-għarbiel.

II. Qmuħ tat-tieni klassi:

qmuħ li jikkorrespondu mad-definizzjoni taħt B I (1).

--------------------------------------------------