European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2421

16.4.2025

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2025/2421)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Chiroubles”

PDO-FR-A0911-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 9.1.2025

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona ġeografika

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, in-numru “2019” ġie sostitwit bin-numru “2022”.

Din l-emenda editorjali tippermetti li ssir referenza għaż-żona ġeografika b’rabta mal-verżjoni fis-seħħ fl-2022 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-Insee, u b’hekk li d-demarkazzjoni taż-żona ġeografika tingħata ċertezza legali.

Il-punt 6 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

2.   Żona fil-viċinanza immedjata

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV, il-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, in-numru “2019” ġie sostitwit bin-numru “2022”.

Din l-emenda editorjali tippermetti li ssir referenza għaż-żona fil-viċinanza immedjata b’rabta mal-verżjoni fis-seħħ fl-2022 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-Insee.

Iż-żieda ta’ din ir-referenza tipprovdi ċertezza legali għad-demarkazzjoni taż-żona fil-viċinanza immedjata.

Il-lista tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona fil-viċinanza immedjata u l-ismijiet tagħhom ġew aġġornati mingħajr ma nbidel il-perimetru taż-żona, sabiex jitqiesu l-bidliet amministrattivi li saru.

It-taqsima “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku ġiet emendata.

3.   Densità tat-tħawwil

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew miżjuda dispożizzjonijiet speċifiċi għad-dwieli mtarrġa taħt l-intestatura “Dispożizzjonijiet speċjali”:

Sabiex tiġi ffaċilitata l-mekkanizzazzjoni tal-irqajja’ art fuq għoljiet weqfin ħafna, il-vitikulturi jixtiequ jitħallew joħolqu vinji mtarrġa. Peress li r-regoli ġenerali dwar id-densità mhumiex xierqa għal dan il-metodu ta’ kultivazzjoni tad-dwieli, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew miżjuda dispożizzjonijiet speċifiċi, approvati mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO.

Id-Dokument Uniku ġie emendat taħt l-intestatura “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”.

4.   Regoli dwar l-għoli tal-weraq

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedu regoli speċifiċi dwar l-għoli tal-weraq għad-dwieli mtarrġa, li ma għandhomx spazju definit bejn ir-ringieli.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

5.   Projbizzjoni fuq il-provvista ta’ art esoġena

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew miżjuda l-emendi li ġejjin:

—

Ġie miżjud paragrafu (a) ġdid li jipprojbixxi ż-żieda ta’ ħamrija eżoġena fl-irqajja’ art tad-denominazzjoni.

Ġie speċifikat li l-art esoġena ma tiġix miż-żona tal-irqajja’ art demarkati tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Chiroubles”.

—

il-paragrafu (a) eżistenti għandu jsir il-paragrafu (b).

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi.

6.   Trattament bl-ilma sħun

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew miżjuda l-emendi li ġejjin:

—

il-paragrafu (b) eżistenti għandu jsir il-paragrafu (c).

—

il-paragrafu (c) huwa emendat kif ġej: “It-trattament bl-ilma sħun tal-pjanti u tal-pjanti standard ġejjin minn mixtliet privati huwa obbligatorju.”

Din id-dispożizzjoni tikkorrispondi għar-regola l-ġdida definita mill-Kumitat nazzjonali kompetenti tal-INAO għall-ġlieda kontra l-iżvilupp tal-“flavescence dorée”. L-għan tagħha huwa li tillimita l-possibbiltajiet ta’ trattamenti għat-trattament bl-ilma sħun biss, u b’hekk jiġu pprojbiti trattamenti alternattivi li ma joffrux l-istess garanziji f’termini ta’ effettività.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi.

7.   Rendiment u rendiment immirat

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, saru l-emendi li ġejjin:

—

Id-dispożizzjonijiet eżistenti huma stabbiliti fil-paragrafu msemmi (a);

—

Ġie miżjud il-paragrafu (b) li jistabbilixxi r-regola għall-kalkolu tar-rendiment awtorizzat għad-dwieli fil-vinji mtarrġa. Ir-rendiment massimu ta’ dawn il-vinji mħawla fl-irqajja’ art imtarrġin jikkorrispondi għal dak tad-denominazzjoni definita fil-paragrafu (a).

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi.

8.   Miżuri tranżizzjonali

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI, il-punt 1(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li jikkorrispondi għall-miżura tranżizzjonali dwar id-densità minima tat-tħawwil, ġie emendat.

L-awtorizzazzjoni għall-qlugħ parzjali tad-dwieli li kienu fis-seħħ fit-28 ta’ Novembru 2004 ġiet estiża mill-2015 sal-2031. Japplika koeffiċjent ta’ tnaqqis speċifiku għad-dwieli li se jerġgħu jinqalgħu. L-għan huwa li jitħaffef ir-ristrutturar tal-vinji f’kuntest ekonomiku diffiċli li ma jippermettix it-tħawwil mill-ġdid fuq skala kbira u li tiġi ffaċilitata l-mekkanizzazzjoni tal-vinji u b’hekk jitnaqqas l-użu tal-glifosat.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi.

9.   Rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni

Fil-Kapitolu II, it-Taqsima I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata kif ġej:

—

Fil-punti 2, 3, 5, 6, id-dispożizzjonijiet dwar l-iskadenzi għall-obbligi ta’ rapportar ġew emendati biex ikun aktar faċli li jitwettqu l-kontrolli.

—

Fil-punt 2, ġie ddikjarat li l-irtirar tal-prodotti jista’ jseħħ biss wara li tkun waslet tweġiba favorevoli mill-korp ta’ spezzjoni approvat.

—

Fil-punt 4, is-sistema ta’ dikjarazzjonijiet sommarji trimestrali għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti 3 u 6 issa hija disponibbli irrispettivament mill-volum jew mill-għadd ta’ tranżazzjonijiet imwettqa mill-operaturi. Dawn id-dikjarazzjonijiet sommarji għandhom jintbagħtu lill-korp ta’ spezzjoni mhux aktar tard minn 10 jum wara t-tmiem tat-trimestru.

—

Fil-punt 5, ġie speċifikat li kunsinni ta’ nbid mhux imballat intenzjonati biex jintbagħtu ’l barra mit-territorju nazzjonali ma jistgħux isiru disponibbli qabel ma tkun waslet tweġiba favorevoli għad-dikjarazzjoni dwar id-dispaċċ ’il barra mit-territorju nazzjonali mill-korp ta’ spezzjoni approvat.

—

Fil-punt 6, ġew miżjuda dettalji dwar id-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni mill-ġdid.

—

Fil-punt 9, saru emendi biex jiġu speċifikati l-operazzjonijiet awtorizzati b’rabta mar-riorganizzazzjoni tal-irqajja’ art.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi.

10.   Referenzi għall-korp ta’ kontroll

Il-korp ta’ spezzjoni msemmi fil-Kapitolu III, it-Taqsima II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie sostitwit.

L-ewwel paragrafu ġie emendat u t-tieni paragrafu tħassar biex jissodisfa r-regoli editorjali l-ġodda.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni

“Chiroubles”

2.   Tip ta’ Indikazzjoni Ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

—

22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

DESKRIZZJONI QASIRA

Dawn huma nbejjed mhux frizzanti, ħomor xotti. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %. Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed ma tridx taqbeż it-13 %. Fil-mument tal-imballaġġ, l-inbejjed għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru. L-inbejjed finali, lesti biex jiġu kkunsmati, ikollhom l-istandards analitiċi li ġejjin: Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju): 3 grammi għal kull litru. Il-kriterji analitiċi l-oħra huma konformi mal-valuri stabbiliti mir-regolamenti Ewropej. L-inbejjed għandhom lewn aħmar rubin ħafif sabiħ. Bħala riħa, spiss ikollhom noti ta’ fjuri u noti ta’ frott. L-istruttura fil-ħalq ġeneralment hija ftit tannika, tenera u fina ħafna b’bilanċ bejn il-frott u l-eleganza. Dawn jistgħu jinxtorbu qabel jitqaddmu iżda sena jew tnejn ta’ preżervazzjoni jikxfu l-finezza kollha tagħhom.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) –

—

Aċidità totali minima: —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 14,17

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

1.   Prattika enoloġika speċifika

—

L-użu tal-biċċiet tal-injam huwa pprojbit.

—

L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.

—

It-tekniki sottrattivi ta’ arrikiment (TSE, techniques soustractives d’enrichissement) huma permessi sa rata ta’ konċentrazzjoni ta’ 10 %.

—

L-inbejjed għandhom jiġu mmaturati mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi li jikkonċernaw dawn l-inbejjed iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

2.   Metodu tal-kultivazzjoni

—

Densità tat-tħawwil

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru.

Id-distanza ta’ dawn id-dwieli bejn ir-ringieli hija ta’ 2,10 metri jew inqas, u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela hija ta’ 0,80 metri jew aktar.

Sakemm tinżamm id-densità minima ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru, għall-finijiet tal-mekkanizzazzjoni, l-ispazji bejn ringieli jistgħu jkunu ta’ massimu ta’ 3 metri.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għad-dwieli mħawla fl-irqajja’ art imtarraġin. Bil-frażi “dwieli mħawla fuq irqajja’ art imtarrġin” nifhmu roqgħa art li tibbenefika minn organizzazzjoni speċifika tal-pajsaġġ minħabba l-inklinazzjoni eżistenti qabel ma jitħawlu d-dwieli. Dan il-pajsaġġ imtarraġ iwassal biex ma ir-regoli tad-densità tat-tħawwil ma jiġux applikati filwaqt li l-użu tal-magni tal-ħsad mekkanizzati bejn livell u ieħor huwa impossibbli.

Għall-irqajja’ art tad-dwieli mħawla f’art imtarrġa il-wisa’, bejn il-bażi fuq l-istess ringiela hija ta’ 0,80 metri jew iktar.

3.   Metodu tal-kultivazzjoni

—

Regoli taż-żbir

—

Iż-żbir jitlesta fil-15 ta’ Mejju;

—

L-inbejjed jiġu minn dwieli miżbura b’żabra qasira (imħarrġa f’forma Gobelet, ta’ mrewħa jew bis-sistema Cordon de Royat singolu, doppju jew “charmet”) b’massimu ta’ 10 għejun għal kull pjanta;

—

kull dielja jkollha minn 3 sa 5 idfra b’massimu ta’ 2 għejun kull waħda; — f’każ ta’ tixtil, kull pjanta jista’ jkollha wkoll fergħa b’massimu 2 għejun miżbura fuq żarġun li jkun kiber miz-zokk qadim;

—

Waqt iż-żabra inizjali jew waqt il-bdil fil-metodu ta’ żbir, id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull dielja.

It-tisqija hija pprojbita.

—

Dispożizzjonijiet dwar il-ħsad bil-magni

—

Fil-kontenituri għat-trasport mir-roqgħa art għall-kantina tal-inbid, l-għeneb tal-vendemmja ma jistax ikun ogħla minn 0,50 metru;

—

Il-kontenituri jridu jkunu ta’ materjal sod u tajjeb għall-użu alimentari;

—

Il-materjal u t-trasport użati għall-għeneb tal-ħsad iridu jkollhom sistema għall-iskular tal-ilma jew ta’ protezzjoni xierqa.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

61 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taz-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Rhône – abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2022: Chiroubles.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Gamay N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti tar-rabta

Iż-żona ġeografika hija stabbilita fuq il-ġnub tal-Lvant tal-“Monts du Beaujolais” li tilħaq il-quċċata tagħha f’altitudni ta’ 1 009 metri, f’“Mont Saint-Rigaud”.

Hija testendi għat-territorju tal-muniċipalità ta’ Chiroubles biss, fit-Tramuntana tad-département tar-Rhône.

Iż-żona ġeografika tinsab fuq serbut żgħir ta’ muntanji, li jifforma ċirku tal-granit miftuħ lejn ix-Xlokk, u b’kenn tajjeb. Il-pajsaġġ huwa aċċentwat ħafna u mhuwiex livell, b’għoljiet weqfien esposti ħafna għal-Lvant u x-Xlokk, li jinżlu lejn il-widien skulati mid-“Douby” u t-tributarji tagħha. Din tinsab fil-Lbiċ tal-Mâcon u fit-Tramuntana ta’ Lyon.

L-irqajja’ art demarkati għall-ħsad tal-għeneb jinsabu fuq l-għoljiet li jiddominaw fuq il-pjanura tas-Saône, f’altitudnijiet ta’ bejn 260 metru u 600 metru, li jagħmluha l-ogħla vinja fir-reġjun ta’ Beaujolais. Il-ħamrija hija omoġenja ħafna għax kull ħamrija tirriżulta mid-deterjorament tas-saff tal-granit li jiġġenera żona ramlija u ħarxa. Lokalment, hemm taħlita ta’ strixxi ta’ mikrogranit u lamprofirju. Dawn it-tipi ta’ ħamrija huma fini, ħfief, aċidużi, permeabbli u mhux daqstant fondi.

Il-klima hija klima oċeanika degradata, soġġetta għall-influwenzi kontinentali u tan-Nofsinhar. Ix-xita tinżel b’mod regolari matul is-sena u t-temperatura medja annwali hija qrib il-11 °C. Il-“Monts du Beaujolais” għandhom rwol essenzjali fil-protezzjoni mill-irjieħ li ġejjin mill-Punent, u b’hekk itaffu l-influwenza tal-oċean. L-effett “Foehn” li jinħoloq minnhom, inixxef l-arja umda, u fl-istess ħin iżid id-dawl u jnaqqas ix-xita.

Il-wied wiesa’ tas-Saône għandu wkoll rwol ewlieni fl-iżvilupp tad-dwieli, billi jiffavorixxi livell għoli ta’ dawl u jwassal l-influwenzi tan-Nofsinhar, ikkaratterizzati b’mod partikolari minn sħana qawwija fis-sajf.

8.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta

Mill-Medju Evu ’l hawn, id-dielji żviluppaw taħt l-influwenza tal-ordnijiet monastiċi. Minn tmiem is-seklu XV, il-borgeżija ta’ Lyon, li kienet saret sinjura bis-saħħa tal-industriji tal-ħarir u tal-bank, ikkontribwiet għall-espansjoni tal-vinja.

Matul is-seklu XVIII, il-kummerċ tal-inbid fir-reġjun żviluppa u wassal għal bidliet kbar fil-vinja. Fl-1697, iċ-ċensiment mitlub minn Lambert d’HERBIGNY juri l-isem ta’ “Chiroubles” fost il-parroċċi fejn kienu jiġu kkultivati d-dwieli, għalkemm kien għadu biss f’ammont modest.

Madankollu, “Chiroubles” sar post importanti fl-istorja tal-vitikultura moderna taħt it-tmexxija ta’ Victor PULLIAT. Dan il-personaġġ emblematiku ġabar fl-art tiegħu ta’ “Tempéré” fil-muniċipalità ta’ Chiroubles ġabra ta’ 1 200 varjetà, iddefinixxa l-iskala tal-prekoċità tal-varjetajiet u istiga, fis-snin 1880, il-ġlieda kontra l-pesta tal-fillossera. Huwa żviluppa t-tilqim tad-dwieli, mezz effikaċi ħafna u li ma jagħmilx ħsara għall-ambjent, ta’ kif jiġu miġġielda l-pesti, li minn dak iż-żmien ’l hawn sar jintuża madwar id-dinja. Id-dwieli tiegħu kienu l-ewwel li ġew imlaqqma fid-département tar-Rhône. Ir-rwol tiegħu ddetermina r-rikostituzzjoni tal-vinja.

Fl-1928, b’reazzjoni għall-kriżi vitikulturali, il-produtturi żgħar ingħaqdu flimkien f’kantina kooperattiva biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tagħhom. F’din il-kantina, għadhom jiġu prodotti nbejjed minn għeneb maħsud minn madwar sittin membru.

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Chiroubles” ġiet rikonoxxuta b’digriet fil-11 ta’ Settembru 1936, fuq l-inizjattiva tas-Syndicat de défense.

Id-daqs umli tal-irqajja’ art u l-frammentazzjoni kbira marbuta mat-topografija twassal għal sett ta’ dwieli li huma xhieda ta’ okkupazzjoni qawwija mill-bniedem relatata mal-attività vitikulturali.

L-iżvilupp tal-inbejjed “Chiroubles” huwa kkaratterizzat mill-unjoni ta’ tradizzjonijiet tipiċi tar-reġjun mat-tekniki moderni.

Il-produtturi, li dejjem ifittxu nbid ta’ kwalità, tgħallmu kif jikkontrollaw il-varjetà tad-dielja gamay N, it-tkabbir tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha, b’mod partikolari bl-użu ta’ densità ta’ tħawwil għolja u żabra qasira.

Sabiex l-għeneb isir sew, il-produtturi jiżguraw li l-kanupew ikun miftuħ biżżejjed. Għalhekk, fl-ewwel snin id-dwieli jew iżommu waħedhom jew ikunu marbutin ma’ bsaten. Jistgħu wkoll jitħarrġu fuq kannizzati fissi li jiffaċilitaw l-użu tal-magni.

Sabiex l-inbejjed jiksbu l-istruttura tannika neċessarja għall-maturazzjoni, il-produtturi adottaw metodu partikolari ta’ produzzjoni tal-inbid li jinvolvi kemm il-fermentazzjoni tradizzjonali kif ukoll il-maċerazzjoni semikarbonika. F’konformità mal-użanzi, il-produtturi jħobbu jiżolaw l-għeneb maħsud mill-aħjar irqajja’ art, u jpoġġu l-ismijiet tal-aktar lokalitajiet famużi fuq it-tikketti tal-inbid.

Fl-2010, madwar ħamsin kantina individwali u kantina waħda kooperattiva operaw erja ta’ 350 ettaru għal produzzjoni ta’ 16 000 ettolitru.

8.3.   Rabtiet kawżali

Fl-irqajja’ art demarkati, il-ħamrija hija ġeneralment tal-granit u mhux daqshekk taflija, u din meta ssir il-ħsad tal-għeneb għandha impatt fuq l-oriġinalità tat-togħma tal-inbejjed. Fina u filtranti, din il-ħamrija tiskula u tisħon malajr, fatturi li jiffavorixxu l-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità u l-espressjoni partikolari ta’ frott tal-inbejjed.

Minħabba l-post ġeografiku tiegħu, it-territorju ta’ “Chiroubles” huwa distint mill-bqija tal-vinji tar-reġjun ta’ Beaujolais minħabba l-klima ta’ kuntrast, bi sħana tas-sajf pronunzjata li spiss tibqa’ sejra sal-ħarifa.

Protetti mill-irjieħ mill-Punent bil-“Monts du Beaujolais”, il-vinji, fil-qalba ta’ ċirku espost lejn ix-Xlokk, igawdu temperaturi moderati, mat-tbexxix, taħt l-effett tal-ewwel raġġi tax-xemx.

Il-pożizzjoni tal-vinja fuq għoljiet li kultant huma weqfin ħafna, miftuħa fuq il-pjanura vasta tas-Saône, f’altitudni ta’ bejn 260 metru u 600 metru, tagħmilha possibbli li jiġu evitati l-ġlata tar-rebbiegħa u ċ-ċpar ta’ filgħodu, tiffavorixxi dawl tax-xemx li jiżgura fotosinteżi tajba, u tiżgura l-iskular malajr ta’ kwalunkwe ilma tax-xita żejjed li jista’ jkun hemm, u konsegwentement il-maturità ottimali tal-għeneb. L-effett Foehn jikkawża temperaturi għoljin matul il-perjodu tal-maturità, u jipprovdi kontrobilanċ għall-effetti tal-altitudni.

F’dawn il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari, il-produtturi ta’ Chiroubles żviluppaw, matul il-ġenerazzjonijiet, tekniki li bis-saħħa tagħhom jiġi sfruttat l-aħjar potenzjal tal-varjetà Gamay N, li hija partikolarment adattata tajjeb għall-klima u l-ħamrija li tirriżulta miż-żoni tal-granit.

L-għarfien tagħhom jidher, f’konformità mal-użanzi, fil-prattika taż-żabra qasira bil-friegħi, id-densitajiet għoljin tat-tħawwil, il-prattiki tal-kultivazzjoni li jillimitaw l-erożjoni tal-ħamrija, u t-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid adattati, bl-għan li tiġi prodotta materja prima rikka fil-kulur, filwaqt li jiġu ggarantiti l-finezza, it-togħma ta’ frott u l-aptitudni għall-maturazzjoni u għall-preżervazzjoni tal-inbejjed.

Ħafna qabel ma l-“Beaujolais nouveau” iddomina d-dinja, l-inbejjed ta’ “Chiroubles” diġà kellhom reputazzjoni tajba ħafna. Fit-“Topographie de tous les vignobles connus”, JULLIEN, fl-1816, isemmi l-inbejjed ta’ “Chiroubles, li jagħtu nbejjed tat-tip ta’ Fleury”, “cru” famuż ieħor tar-reġjun ta’ Beaujolais.

Mill-1995, il-“Confrérie des Demoiselles de Chiroubles” iddefendiet u ppromwoviet dan l-inbid lil hinn mill-fruntiera reġjonali. Il-festival tal-“Crus du Beaujolais”, li tnieda mill-muniċipalità ta’ Chiroubles, huwa mument solenni. Matul il-kompetizzjoni annwali l-kbira, l-aħjar nbejjed jiġu identifikati, u l-aktar wieħed tajjeb fosthom jingħata t-“Tazza Victor PULLIAT”, imsemmija wara dan il-personaġġ emblematiku tal-muniċipalità.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, demarkata b’deroga għall-vinifikazzjoni, għall-produzzjoni u għall-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2022:

—

id-département tal-Côte-d’Or:

Agencourt, Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Argilly, Autricourt, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Cérilly, Chamboeuf, Chambolle-Musigny, Channay, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Châtillon-sur-Seine, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Collonges-lès-Bévy, Combertault, Comblanchien, Corcelles-les-Arts, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-Vauchignon, Corpeau, Couchey, Curley, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Ebaty, Echevronne, Epernay-sous-Gevrey, L'Etang-Vergy, Etrochey, Fixin, Flagey-Echézeaux, Flavignerot, Fleurey-sur-Ouche, Fussey, Gerland, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Grancey-sur-Ource, Griselles, Ladoix-Serrigny, Lantenay, Larrey, Levernois, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Merceuil, Messanges, Meuilley, Meursanges, Meursault, Molesme, Montagny-lès-Beaune, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Nicey, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Perrigny-lès-Dijon, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Prusly-sur-Ource, Puligny-Montrachet, Quincey, Reulle-Vergy, La Rochepot, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Aubin, Saint-Bernard, Saint-Philibert, Saint-Romain, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Tailly, Talant, Thoires, Valforêt (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità antika ta’ Clémencey), Vannaire, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villars-Fontaine, Villebichot, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Villy-le-Moutier, Vix, Volnay, Vosne-Romanée, Vougeot;

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, demarkata b’deroga għall-vinifikazzjoni, għall-produzzjoni u għall-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2022:

—

id-département tar-Rhône:

Alix, Anse, L'Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Le Breuil, Bully, Cercié, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Chasselay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chénas, Chessy, Chiroubles, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Dardilly, Denicé, Deux Grosnes (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità antika ta’ Avenas), Dracé, Emeringes, Fleurie, Fleurieux-sur-l'Arbresle, Frontenas, Gleizé, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Légny, Létra, Limas, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Odenas, Le Perréon, Pommiers, Porte des Pierres Dorées, Quincié-en-Beaujolais, Rivolet, Sain-Bel, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-Nuelles, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Theizé, Val d’Oingt, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche-sur-Saône, Ville-sur-Jarnioux, Villié-Morgon, Vindry-sur-Turdine (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet antiki ta’ Dareizé, Les Olmes u Saint-Loup);

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, demarkata b’deroga għall-vinifikazzjoni, għall-produzzjoni u għall-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2022:

—

id-Département ta’ Saône-et-Loire:

Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Beaumont-sur-Grosne, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chalon-sur-Saône, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Champforgeuil, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-de-Bragny, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, La Charmée, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-les-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cluny, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-Pertuis, Dracy-le-Fort, Dracy-lès-Couches, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Chalon, Farges-lès-Mâcon, Flagy, Fleurville, Fley, Fontaines, Fragnes-La-Loyère (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità antika ta’ La Loyère), Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Granges, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, Lacrost, Laives, Laizé, Lalheue, Leynes, Lournand, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massilly, Mellecey, Mercurey, Messey-sur-Grosne, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l'Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Pruzilly, Remigny, La Roche-Vineuse, Romanèche-Thorins, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Ambreuil, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Germain-lès-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Rémy, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saint-Ythaire, Saisy, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Sancé, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Taizé, Tournus, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, La Vineuse sur Fregande (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet antiki ta’ Donzy-le-National, Massy u La Vineuse), Vinzelles, Viré;

Tikkettar

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, demarkata b’deroga għall-vinifikazzjoni, għall-produzzjoni u għall-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2022:

—

id-département tal-Yonne:

Aigremont, Annay-sur-Serein, Arcy-sur-Cure, Asquins, Augy, Auxerre, Avallon, Bazarnes, Beine, Bernouil, Béru, Bessy-sur-Cure, Bleigny-le-Carreau, Censy, Chablis, Champlay, Champs-sur-Yonne, Chamvres, La Chapelle-Vaupelteigne, Charentenay, Châtel-Gérard, Chemilly-sur-Serein, Cheney, Chevannes, Chichée, Chitry, Collan, Coulangeron, Coulanges-la-Vineuse, Courgis, Cruzy-le-Châtel, Dannemoine, Deux Rivières, Dyé, Epineuil, Escamps, Escolives-Sainte-Camille, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Gy-l’Evêque, Héry, Irancy, Island, Joigny, Jouancy, Junay, Jussy, Lichères-près-Aigremont, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Lucy-sur-Cure, Maligny, Mélisey, Merry-Sec, Migé, Molay, Molosmes, Montigny-la-Resle, Montholon (għal dik il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet antiki ta’ Champvallon, Villiers sur Tholon et Volgré), Mouffy, Moulins-en-Tonnerrois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Poilly-sur-Serein, Pontigny, Préhy, Quenne, Roffey, Rouvray, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Père, Sainte-Pallaye, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Serrigny, Tharoiseau, Tissey, Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Vallan, Venouse, Venoy, Vermenton, Vézannes, Vézelay, Vézinnes, Villeneuve-Saint-Salves, Villy, Vincelles, Vincelottes, Viviers, Yrouerre.

Tikkettar

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

a)

— It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar bil-kundizzjoni li:

—

tkun post irreġistrat;

—

tkun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post katastali jinkiteb immedjatament wara l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata u jiġi stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla u usa’ mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

b)

— It-tikkettar tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika ikbar “Vin du Beaujolais” jew “Grand Vin du Beaujolais” jew “Cru du Beaujolais”.

Id-daqs tal-ittri tal-unità ġeografika ikbar ma għandux ikun ogħla u usa’ minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-0aafbc7f-1531-462d-98d6-e38ad256458d


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2421/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)