IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.2.2016
COM(2016) 90 final
2016/0054(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll").
Skont l-Att ta' Adeżjoni tagħha, il-Kroazja timpenja ruħha li taderixxi mal-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz ta’ protokoll ma' dawk il-ftehimiet.
Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan, minn naħa l-oħra (minn issa il quddiem imsejjaħ bħala "il-Ftehim") li kien iffirmat fi Brussel fil-11 ta' Ottubru 2004 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2010.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2012 awtorizzat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex jiġu konklużi l-protokolli rilevanti. In-negozjati mar-Repubblika tat-Taġikistan ġew konklużi b’suċċess billi ġie inizjalat il-Protokoll.
Il-protokoll propost jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti għall-Ftehim u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni awtentika tal-Ftehim fil-lingwa Kroata.
Il-Kummissjoni tqis ir-riżultati tan-negozjati bħala sodisfaċenti u titlob lill-Kunsill biex jawtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll.
2016/0054 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, għandu jkun hemm qbil dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra ("il-Ftehim"), permezz ta' protokoll għal dan il-Ftehim. F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, għal tali adeżjoni għandha tapplika proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati.
(2)Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess mar-Repubblika tat-Taġikistan permezz tat-tnedija tal-Protokoll.
(3)Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna(i) li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President