21.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/151


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/814

tal-20 ta’ Mejju 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 (1).

(2)

Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1134 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 u estendiet il-perijodu ta’ implimentazzjoni għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Fil-31 ta’ Marzu 2021, il-Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, u fis-6 ta’ April 2021, l-Expertise France, fil-kapaċitajiet rispettivi tagħhom bħala Aġenziji ta’ Implimentazzjoni, talbu l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex tiġi estiża għat-tieni darba l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915, sal-31 ta’ Jannar 2022, minħabba sfidi kontinwi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19.

(4)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji sal-31 ta’ Jannar 2022,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiskadi fil-31 ta’ Jannar 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SANTOS SILVA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1134 tat-30 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 247, 31.7.2020, p. 24).