29.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1977

tas-26 ta’ Novembru 2019

dwar l-awtorizzazzjoni tal-fenilmetanetijol, tal-benżil metil sulfur, tas-sek-pentiltijofen, tat-tridek-2-enal, tat-12-metiltridekanal, tat-2,5-dimetilfenol, tal-eża-2(trans), tal-4(trans)-dienal u tal-2-etil-4-idrossi-5-metil-3(2H)-furanon bħala addittivi tal-għalf għall-qtates u l-klieb

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

F’konformità tad-Direttiva 70/524/KEE, il-fenilmetanetijol, il-benżil metil sulfur, is-sek-pentiltijofen, it-tridek-2-enal, it-12-metiltridekanal, it-2,5-dimetilfenol, l-eża-2(trans), l-4(trans)-dienal u l-2-etil-4-idrossi-5-metil-3(2H)-furanon (“is-sustanzi kkonċernati”) kienu awtorizzati bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u l-klieb mingħajr limitu ta’ żmien. Sussegwentement, dawk l-addittivi tal-għalf iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi kkonċernati għall-qtates u l-klieb, u ntalab li l-addittivi tal-għalf jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Mal-applikazzjoni kien hemm id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Frar 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti għall-użu, is-sustanzi kkonċernati ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li ġew identifikati perikli għall-utenti. L-applikant kif meħtieġ ipproduċa skeda ta’ data ta’ sikurezza għal kull kompost fejn ġew identifikati l-perikli għall-utenti. Ma ġie ppreżentat l-ebda studju biex tiġi vvalutata s-sikurezza għall-utent. Għalhekk, l-EFSA ma tistax tislet konklużjoni dwar is-sikurezza għall-utenti meta jiġu f’kuntatt mal-addittivi. Il-perikli deskritti fl-iskeda ta’ data ta’ sikurezza huma, b’mod partikolari, perikli f’każ ta’ kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn ġew rikonoxxuti għat-2,5-dimetilfenol, għat-12-metiltridekanal, għall-eża-2(trans), għall-4(trans)-dienal, għall-fenilmetanetijol, għall-benżil metil sulfur, għat-2-etil-4-idrossi-5-metil-3(2H)-furanon u għas-sek-pentiltijofen. Il-periklu mill-espożizzjoni respiratorja ġie rikonoxxut għat-12-metiltridekanal, għall-benżil metil sulfur u 2-pentiltijofen. Fin-nuqqas ta’ data, l-Awtorità ma setgħetx tislet konklużjoni dwar ir-riskju għall-utenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv tal-għalf. Għall-annimali li mhumiex għall-konsum, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (4), jeżenta l-addittivi maħsuba għal dawk l-annimali mill-valutazzjoni ambjentali peress li ma għandhomx effett ambjentali sinifikanti. L-annimali domestiċi ma jitkabbrux fi gruppi kbar ta’ annimali u għalhekk l-effett tagħhom fuq l-ambjent ma jitqiesx sinifikanti. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li peress li ż-żewġ sustanzi kkonċernati jintużaw fl-ikel bħala aromatizzant, u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li jkun hemm iktar provi tal-effikaċja tagħhom fl-għalf.

(5)

L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar tagħhom. Għas-sustanzi konċernati, jenħtieġ li jiġi indikat il-kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittiv. Meta jinqabeż tali kontenut, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikkettar tal-għalf kompost u tal-materjali tal-għalf.

(7)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati għall-użu fl-għalf. Konsegwentement, l-użu ta’ dawn l-addittivi tal-għalf jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Miżuri Tranżizzjonali

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel id-19 ta’ Diċembru 2019 skont ir-regoli applikabbli qabel id-19 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-19 ta’ Ġunju 2020.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li jiġu prodotti u tikkettati qabel id-19 ta’ Diċembru 2021 skont ir-regoli applikabbli qabel id-19 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-qtates u l-klieb.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)   EFSA Journal 2019;17(3):5649.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf. (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti aromatiċi

2b5169

—

12-Metiltridekanal

Kompożizzjoni tal-addittiv

12-Metiltridekanal

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

12-Metiltridekanal

Prodott bis-sinteżi kimika

Purezza: minimu ta’ 97 %

Formula kimika: C14H28O

Numru CAS: 75853-49-5

FLAVIS: 05.169

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni ta’

12-Metiltridekanal

fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ żamma GC-MS-RTL.

Qtates u klieb

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 0,5 mg/kg”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikketti tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva f’għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % ikun maqbuż: 0,5 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel.

19.12.2029

2b5057

—

Eża-2(trans),4(trans)-dienal

Kompożizzjoni tal-addittiv

Eża-2(trans),4(trans)-dienal

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Eża-2(trans),4(trans)-dienal

Prodott bis-sinteżi kimika

Purezza: minimu ta’ 97 %

Formula kimika: C6H8O

Numru CAS: 142-83-6

FLAVIS: 05.057

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni ta’ eża-2(trans),4(trans)-dienal fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ żamma GC-MS-RTL.

Qtates u klieb

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 1,5 mg/kg”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikketti tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva f’għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % ikun maqbuż: 1,5 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel.

19.12.2029

2b5078

—

Tridek-2-enal

Kompożizzjoni tal-addittiv

Tridek-2-enal

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Tridek-2-enal

Prodott bis-sinteżi kimika

Purezza: minimu ta’ 92 %

Formula kimika: C13H24O

Numru CAS: 7774-82-5

FLAVIS: 05.078

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni ta’ tridek-2-enal fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ żamma GC-MS-RTL.

Qtates u klieb

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 0,5 mg/kg”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikketti tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva f’għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % ikun maqbuż: 0,5 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel.

19.12.2029

2b13084

 

2-etil-4-idrossi-5-metil-3(2H)-furanon

Kompożizzjoni tal-addittiv

2-etil-4-idrossi-5-metil-3(2H)-furanon

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

2-etil-4-idrossi-5-metil-3(2H)-furanon

Prodott bis-sinteżi kimika

Purezza: minimu ta’ 97 %

Formula kimika: C7H10O3

Numru CAS: 27538-09-6

FLAVIS: 13.084

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni ta’

2-etil-4-idrossi-5-metil-3(2H)-furanon fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ żamma GC-MS-RTL.

Qtates u klieb

 

 

 

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 2,25 mg/kg”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikketti tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva f’għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % ikun maqbuż: 2,25 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel.

19.12.2029

2b12005

—

Fenilmetanetijol

Kompożizzjoni tal-addittiv

Fenilmetanetijol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Fenilmetanetijol

Prodott bis-sinteżi kimika

Purezza: minimu ta’ 99 %

Formula kimika: C7H8S

Numru CAS: 100-53-8

FLAVIS: 12.005

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-fenilmetanetijol fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ żamma GC-MS-RTL.

Qtates u klieb

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 0,05 mg/kg”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikketti tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva f’għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % ikun maqbuż: 0,05 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel.

19.12.2029

2b12077

—

Benżil metil sulfur

Kompożizzjoni tal-addittiv

Benżil metil sulfur

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Benżil metil sulfur

Prodott bis-sinteżi kimika

Purezza: minimu ta’ 99 %

Formula kimika: C8H10S

Numru CAS: 766-92-7

FLAVIS: 12.077

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-benżil metil sulfur fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ żamma GC-MS-RTL.

Qtates u klieb

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 0.05 mg/kg”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikketti tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva f’għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % ikun maqbuż: 0,05 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel.

19.12.2029

2b4019

—

2,5-Dimetilfenol

Kompożizzjoni tal-addittiv

2,5-Dimetilfenol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

2,5-Dimetilfenol

Prodott bis-sinteżi kimika

Purezza: minimu ta’ 99 %

Formula kimika: C8H10O

Numru CAS: 95-87-4

FLAVIS: 04.019

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni ta’

2,5-dimetilfenol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ żamma GC-MS-RTL.

Qtates u klieb

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 1 mg/kg”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikketti tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva f’għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % ikun maqbuż: 1 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel.

19.12.2029

2b15096

—

sek-Pentiltijofen

Kompożizzjoni tal-addittiv

sek-Pentiltijofen

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

sek-Pentiltijofen

Prodott bis-sinteżi kimika

Purezza: minimu ta’ 98 %

Formula kimika: C9H14S

Numru CAS: 4861-58-9

FLAVIS: 15.096

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni ta’ sek-

-pentiltijofen fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ żamma GC-MS-RTL.

Qtates u klieb

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 0,1 mg/kg”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fuq it-tikketti tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva f’għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % ikun maqbuż: 0,1 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel.

19.12.2029


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi tal-analiżi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports