European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6734

4.11.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11615 — JBT / Marel)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6734)

1.   

Fit-23 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

John Bean Technologies Corporation (“JBT”, l-Istati Uniti)

—

Marel hf. (“Marel”, l-Iżlanda)

JBT se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Marel.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-5 ta’ April 2024.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

JBT tipprovdi soluzzjonijiet u servizzi industrijali għall-ipproċessar tal-ikel użati għall-applikazzjonijiet fl-industrija globali tal-ipproċessar tal-ikel. Hija tfassal, timmanifattura u tipprovdi sistemi ta’ servizzi għall-industrija tal-ikel, u xi applikazzjonijiet mhux tal-ikel bħall-farmaċewtika (kif ukoll spare parts relatati u servizzi ta’ wara l-bejgħ). In-negozju ta’ JBT huwa maqsum f’żewġ segmenti, jiġifieri (i) Proteina; u (ii) Ikel Diversifikat għas-Saħħa (“DF&H”).

—

Marel hija attiva globalment fil-manifattura u l-provvista ta’ tagħmir u sistemi għall-industrija tal-ipproċessar tal-ikel. Din toffri tagħmir għall-ipproċessar tal-pollam, il-laħam aħmar, il-ħut, u l-ikel ibbażat fuq il-pjanti u l-ikel għall-annimali domestiċi (kif ukoll spare parts relatati u servizzi ta’ wara l-bejgħ). Hija torganizza n-negozju tagħha f’erba’ segmenti, jiġifieri (i) Pollam; (ii) Laħam; (iii) Ħut; u (iv) Ikel Ibbażat fuq il-Pjanti, Ikel għall-Annimali Domestiċi u Għalf.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11615 – JBT / MAREL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6734/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)