32003D0583



Official Journal L 198 , 06/08/2003 P. 0008 - 0009


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Lulju 2003

dwar l-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi li rċieva l-Bank Ewropew ta' l-Investiment għall- operazzjonijiet magħmula fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, taħt it-tieni, it-tielet, ir-raba', il-ħames u s-sitt EDF

(2003/583/KE)

IL-KUNSILL TA L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, l-Karribew u l-Paċifiku min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Kotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 [1], minn hawn ‘il quddiem imsejjħa "L-Ftehim ta' Sħubija",

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern tat-12 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati ta' l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha li ġie ffirmat fil-Kotonou (Benin) fit-23 ta' Settembru 2000 u l-allokazzjoni ta' assistenza fianzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-ewropej li tapplika għalihom parti erbgħa mit-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu [2],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni miktub bi ftehim mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB),

Billi:

(1) Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kunsill (Affarijiet ġenerali u relazzjonijiet esterni) stqarr li kien ippreparat jassisti fit-transazzjoni lejn elezzjonijet ħielsa u trasparenti sa l-iskadenzi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pretorja u reġa' afferma r-rieda tiegħu li jassisti fit-transizzjoni, malli l-istituzzjonijiet ikunu f'posthom, bi proġetti mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha maħtura b'mod partikolari biex imexxu l-għajnuna lill-poplu, it-tisħieħ ta' l-istrutturi ta' l-Istat, il-bini ekonomiku mill-ġdid tal-pajjiż u d-diżarmament, id-demobilizzazzjoni, l-integrazzjoni mill-ġdid, persuni mibgħuta lura lejn pajjiżhom u l-kolonizzazzjoni ta' dawk li kienu kumbattenti.

(2) Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo rċeviet allokazzjoni mnaqqsa ta' EUR 25,7 miljun taħt it-tmien EDF.

(3) Il-fondi allokati għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo taħt id-disa' EDF m'humiex suffiċjenti biex jippermettu lill-Komunità tħallas l-ispejjeż ta' l-impenji magħmula mill-Kunsill min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Allokazzjoni addizjonali f'forma ta' għotja ekwivalenti għal 105 miljun EUR għandha tkun allokata lilll-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li għandhom jiġu mmexxija fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex tiżgura it-transizzjoni demokratika tal-pajjiz għall-elezzjonijiet ħielsa u trasparenti, biex issaħħaħ l-istrutturi ta' l-Istat, biex tikkontribwixxi għall-bini mill-ġdid tal-pajjiż u tistabilixxu programm ta' demobilizzazzjoni u integrazzjoni mill-ġdid ta' dawk li kienu kumbattenti

Artikolu 2

L-ammont ta' l-allokazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandu jikkostitwixxi l-ogħla limitu.

Artikolu 3

L-allokazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun iffinanzjata mill-ħlasijiet tas-servizz tad-dejn in kwantu għal flus investiti f'intrapriżi spekulattivi u self speċjali mogħtija skond il-Konvenzjonijiet ta' Yaoundé I [3] u II [4] u l-ewwel [5], it-tieni [6] u t-tielet [7] Konvenzjonijiet ta' Lomé li għandhom isiru lil Bank Ewropew ta' l-Investiment mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lil EIB biex jittrasferixxi s-somom riċevuti mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo direttament lil kont miftuħ f'isem il-Kummissjoni, wara t-tnaqqis ta' kull kummissjoni dovuta lill-Bank fuq dawk l-operazzjonijiet. Kull interess li jiżdied ma' l-ammont trasferit fil-kont għandu jkun ikkapitalizzat. Fl-aħħar ta' perjodu ta' erba' snin mid-data li fiha nfetaħ il-kont, il-kont għandu jingħalaq u l-bilanċ mogħti lura lill-EIB, li għandu jirrifondih lill-Istati Membri.

Din il-proċedura hija eċċezjonali fin-natura tagħha u ma tistax, fl-ebda każ, tikkostiwixxi preċedent għall-operazzjonijiet li jibbenefikaw Stati ACP oħra

Artikolu 5

Ammont massimu ta' 5 % ta' l-allokazzjoni addizzjonali, wara t-tnaqqis ta' kull kummissjoni dovut lill-Bank fuq dawk l-operazzjonijiet, bl-intenzjoni li jkopru l-ispejjeż amministrattivi ta' ġestjoni ta' l-allokazzjoni addizzjonali mill-Kummissjoni

Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha timplimenta r-riżorsi finanzjarji allokati lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo taħt l-allokazzjoni addizzjonali taħt il-ġestjoni ċentralizzata skond l-Artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju għad-disa' EDF

Artikolu 7

Il-proċeduri għad-deċiżjonijiet dwar finanzjament mill-allokazzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikoli 24 sa 27 tal-Ftehim Intern

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tapprova it-tqassim ta' l-allokazzjoni addizzjonali skond it-tipi ta' operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' l-EDF, li għandu jagħti l-opinjoni skond l-Artikolu 27 tal-Ftehim Intern

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tapprova tqassim differenti ta' l-allokazzjoni mingħajr ma titlob bil-quddiem l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-EDF jekk il-bidliet ma jaqbżux l-20 % ta' l-allokazzjoni addizzjonali totali.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha.

Għandha tapplika għall-istess perjodu li hemm fil-Ftehim Intern.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Lulju 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

[2] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

[3] Konvenzjoni ta' Yaoundé I bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi Afrikani u Malagache assoċjati magħha 1963 (ĠU C 93, ta' l-11.6.1964, p. 1431/64).

[4] Konvenzjoni ta' Yaoundé II bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi Afrikani u Malagache tagħha, 1969 (ĠU L 282, ta' t-28.12.1970, p. 2).

[5] L-ewwel Konvenzjoni ta' Lomé bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Afrikani, tal-Karibew u Paċifiċi (ACP), 1975 (ĠU L 25, ta' t-30.1.1976, p. 2).

[6] It-tieni Konvenzjoni ta' Lomé bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Afrikani, tal-Karibew u Paċifiċi (ACP) 1980, (ĠU L 347, ta' t-22.12.1980, p. 1).

[7] It-tielet Konvenzjoni ta' Lomé bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Afrikani, tal-Karibew u Paċifiċi (ACP) 1985, (ĠU L 86, tal-31.3.1986, p. 1).

--------------------------------------------------