European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3162

20.6.2025

P10_TA(2025)0025

Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2025 dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (N10-0006/2025 – C10-0032/2025 – 2025/0903(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2025/3162)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-19 ta’ Frar 2025 għall-ħatra ta’ Miguel Carcaño Saenz Cenzano bħala l-Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (C10-0032/2025),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1),

—

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2),

—

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 135 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0026/2025),

A.

billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 56(3) ta’ dak ir-Regolament għandu jinħatar fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarji kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek;

B.

billi l-Parlament huwa impenjat li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla pożizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri;

C.

billi, f’konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fil-15 ta’ Jannar 2025 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta’ Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni;

D.

billi, f’konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni pprovdiet il-lista mqassra lill-Parlament;

E.

billi, fid-19 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni adottat proposta biex Miguel Carcaño Saenz Cenzano jinħatar bħala l-Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament;

F.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta’ Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

G.

billi, fit-3 ta’ Marzu 2025, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta’ smigħ ma’ Miguel Carcaño Saenz Cenzano, li fiha huwa għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta’ Miguel Carcaño Saenz Cenzano bħala l-Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal perjodu ta’ ħames snin;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)   ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/806/oj.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0211.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2020)0017.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3162/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)