|
8.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10816 – ADNOC / ADQ / RIL / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 345/05)
1.
Fl-1 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Abu Dhabi Chemical Derivatives Company RSC Ltd (“TA’ZIZ”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata bi sħab minn Abu Dhabi National Oil Company (“ADNOC”, l-Emirati Għarab Magħquda) u Abu Dhabi Developmental Holding Company PJSC (“ADQ”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Reliance Strategic Business Ventures Ltd (“RSBVL”, l-Indja), ikkontrollata minn Reliance Industries Limited (“RIL”, l-Indja), |
|
— |
Kumpanija maħluqa ġdida (joint venture, “JV”, l-Emirati Għarab Magħquda). |
ADNOC, ADQ u RIL se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-funzjoni sħiħa tal-JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ADNOC huwa grupp ta’ enerġija u petrokimiċi attiv prinċipalment fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, il-ħażna, ir-raffinar u d-distribuzzjoni taż-żejt u l-gass, kif ukoll fl-iżvilupp ta’ prodotti petrokimiċi, |
|
— |
ADQ hija kumpanija azzjonista b’investimenti diretti u indiretti f’għadd ta’ setturi fl-ekonomija ta’ Abu Dhabi, inklużi l-ikel u l-agrikoltura, l-avjazzjoni, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-industriji, il-loġistika, il-media, il-proprjetà immobbli, it-turiżmu u l-ospitalità, it-trasport u l-utilitajiet, |
|
— |
RIL hija attiva f’għadd ta’ setturi, inklużi ż-Żejt għal Sustanzi Kimiċi (oil to chemicals, O2C) (inkluż ir-raffinar petrokimiku u l-petrokimiċi), l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass, il-bejgħ bl-imnut, il-media, is-servizzi diġitali u enerġija ġdida. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-JV b’funzjoni sħiħa f’żona ġdida se jkunu dawn li ġejjin: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ soda kawstika, diklorur tal-etilen (ethylene di-chloride, “EDC”) u klorur tal-polivinil (polyvinyl chloride, “PVC”) lil ċerti swieq.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10816 – ADNOC / ADQ / RIL / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).