15.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8638 — Shell Midstream Partners/Crestwood Permian Basin Holdings/Crestwood Permian Basin)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 305/12)

1.

Fit-8 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Shell Midstream Partners (Shell Midstream, L-Istati Uniti tal-Amerika, USA), ikkontrollata minn Royal Dutch Shell plc (Shell, Ir-Renju Unit),

—

Crestwood Permian Basin Holdings (USA) ikkontrollata minn First Reserve Management LP (First Reserve, Il-Gżejjer Cayman) u Crestwood Equity Partners LP (Crestwood, USA),

—

Crestwood Permian Basin LLC (USA) ikkontrollata minn Crestwood Permian Basin Holdings.

Shell Midstream takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Crestwood Permian Basin. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Shell hija grupp globali ta’ kumpaniji tal-enerġija u petrolkimiċi elenkati fil-Boroż ta’ Londra, Amsterdam u New York;

—

Crestwood Permian Basin Holdings hija impriża konġunta kkontrollata minn First Reserve u Crestwood, li bħalissa hija l-uniku proprjetarju ta’ Crestwood Permian Basin;

—

Crestwood Permian Basin ġiet iffurmata biex tibdni, tkun proprjetarja ta’ u topera sistema ta’ ġbir ta’ gass naturali fil-Baċir Permjan, li jinsab fil-parti tal-punent tal-Istati Uniti. Din se tipprovdi servvizi ta’ ġbir, deżidratazzjoni, kompressjoni u ġestjoni tal-likwidi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8638 — Shell Midstream Partners/Crestwood Permian Basin Holdings/Crestwood Permian Basin

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.