<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-335/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0335</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:359">EU:C:2018:359</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180531">31.5.2018</DATE> – Kawża C-335/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Valcheva</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ ’dritt ta’ aċċess‘</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)(a) u punti (7) u (10) tal-Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ aċċess tan-nanniet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-335/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170529">29 ta’ Mejju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170606">6 ta’ Ġunju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Neli Valcheva</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Georgios Babanarakis,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C. G. Fernlund (Relatur), J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, kif ukoll minn A. Kasalická, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn Y. G. Marinova u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Neli Valcheva, residenti fil-Bulgarija, lil bina tar-rispett, Georgios Babanarakis residenti fil-Greċja, dwar is-suġġett tad-dritt ta’ aċċess ta’ Valcheva fir-rigward in-neputi tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 5 u 12 tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere ndorsja l-principju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji bħala bażi għall-ħolqien ta’ żona ġuridika ġenwina, u identifikat id-dritt taż-żjara bħala prijorità.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Sabiex l-ugwaljanza għal minuri kollha tkun assigurata, dan ir-Regolament ikopri d-deċizjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri, inkluzi l-miżuri ta’ protezzjoni għall-minuri, indipendentement minn xi konnessjoni ma’ xi proċedura matrimonjali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija. […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>а)</NO.P><TXT>id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jistgħu, partikolarment, jittrattaw fi:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>а)</NO.P><TXT>drittijiet ta’ kustodja u drittijiet ta’ aċċess;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jistabbilixxi fil-punti (1) u (7) sa (10):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-kelma ’qorti‘ għandha tkopri l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt u li huma nkluzi fil-kompetenza ta’ dan ir-Regolament skond l-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta’ l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b’sentenza, bl-operazzjoni ta’ l-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta’ kustodja u d-drittijiet ta’ l-aċċess;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>min għandu r-responsabilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> se tfisser kwalunkwe persuna li għandha r-responsabilità ta’ l-ġenituri fuq il-minuri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>drittijiet ta’ kustodja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> għandhom jinkludu drittijiet u responsabbilitajiet dwar il-kura ta’ l-persuna ta’ l-minuri, u partikolarment id-drittijiet li jiddeterminaw il-post ta’ residenza ta’ l-minuri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>drittijiet ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandhom jinkludu partikolarment id-dritt li tieħu l-minuri f’post ‘l barra minn dak li huwa l-post residenzali proprju, għal perjodu ta’ żmien limitat<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-Ġurisdizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 128 Semeen kodeks (il-Kodiċi tal-Familja), fil-verżjoni tiegħu ppubblikata fid-Darzhaven vestnik Nru 74, tal-<DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kodiċi tal-Familja<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprevedi, f’dak li jikkonċerna d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[d]ritt ta’ aċċess tal-membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="128.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>In-nannu u n-nanna jistgħu jippreżentaw talba quddiem ir-Rayonen sad (il-Qorti Distrettwali) tad-domiċilju attwali tat-tfal, biex tagħti provvedimenti li jikkonċernaw id-dritt ta’ aċċess tagħhom, meta dan ikun fl-interess tat-tfal. It-tifel għandu l-istess dritt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="128.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti għandha tapplika konsegwentement l-Artikolu 59(8) u (9).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="128.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-ġenitur li lilu l-qorti tkun tat id-dritt ta’ aċċess ikun temporanjament inkapaċi li jeżerċitah minħabba assenza jew mard, dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat min-nanna u n-nannu tat-tifel.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 59 ta’ dan il-Kodiċi tal-Familja jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="059.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ divorzju, il-konjuġi għandhom jiddeċiedu bi qbil komuni bejniethom dwar kwistjonijiet dwar il-kustodja u l-edukazzjoni tat-tfal minorenni tagħhom taż-żwieġ, fl-interess ta’ dawn tal-aħħar. It-Tribunal validu tal-Ftehim skont l-Artikolu 49(5).</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="059.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Fin-nuqqas ta’ ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, il-qorti tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ma’ liema ġenitur se jgħixu t-tfal u liema ġenitur jingħata d-dritt ta’ kustodja, u hija għandha tistabbilixxi l-miżuri dwar l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt kif ukoll il-modalitajiet tad-dritt ta’ aċċess tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="059.007"><NO.PARAG>(7)</NO.PARAG><ALINEA>Eċċezzjonalment, jekk ikun fl-aħjar interess tat-tfal, il-qorti tista’ tordna li dawn jgħixu għand nannu jew nanna jew għand il-familja jew membri tal-familja jew persuni oħra, bil-kunsens tagħhom. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-wild jitqiegħed ma’ familja tar-rispett jew istituzzjoni speċjalizzata, li jinħatru mid-Direttorat tal-Għajnuna Soċjali, jew f’servizz soċjali tat-tip residenzjali. Fil-każijiet kollha, il-qorti tistabbilixxi s-sistema adattata għad-dritt ta’ aċċess tal-ġenituri fir-rigward tal-wild.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="059.008"><NO.PARAG>(8)</NO.PARAG><ALINEA><P>F’każ ta’ neċessità, il-qorti tista’ tordna miżuri ta’ protezzjoni xierqa sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni skont il-paragrafi 2 u 7, sabiex:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess fil-preżenza ta’ persuna ddeterminata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess f’post iddeterminat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tat-tfal u, jekk neċessarju, kif ukoll tal-persuna li takkumpanjah.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="059.009"><NO.PARAG>(9)</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ bidla fiċ-ċirkustanzi, il-qorti, fuq talba ta’ wieħed mill-ġenituri, tad-Direttorat ta’ Għajnuna Soċjali, jew <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, tista’ tbiddel il-miżuri ordnati preċedentement jew tordna miżuri ġodda.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 taż-Zakon za litsata i semeystvoto (il-Liġi dwar il-Persuni u l-Familja), fil-verżjoni tiegħu ppubblikata fil-Darzhaven vestnik 120, tal-<DATE ISO="20021229">29 ta’ Diċembru 2002</DATE>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-persuni ta’ iktar minn 14-il sena u ta’ inqas minn 18-il sena huma adoloxxenti minuri.</ALINEA><ALINEA>Dawn jistgħu jwettqu atti ġuridiċi bil-kunsens tal-ġenituri tagħhom jew tat-tuturi tagħhom, iżda jistgħu jwettqu huma stess tranżazzjonijiet żgħar biex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom stess u jiddisponu minn dak li huma akkwistaw bix-xogħol tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>N. Valcheva hija n-nanna ta’ Christos Babanarakis, imwieled fit-<DATE ISO="20020408">8 ta’ April 2002</DATE> miż-żwieġ bejn Mariana Koleva, bint N. Valcheva, ma’ Georgios Babanarakis. Dan iż-żwieġ ġie maħlul minn qorti Griega li fdat il-kustodja ta’ Christos Babanarakis lil missieru. Il-qorti Griega stabbilixxiet il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess tal-omm fir-rigward tat-tifel, li jinkludu kuntatti permezz tal-internet u bit-telefon, kif ukoll laqgħat personali, fil-Greċja, għal ftit sigħat, darba fix-xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara li sostniet li kien impossibbli għaliha li żżomm kuntatt ta’ kwalità man-neputi tagħha u li hija kienet talbet inutilment l-appoġġ tal-awtoritajiet Griegi, N. Valcheva talbet lir-Rayonen sad (il-Qorti Distrettwali), abbażi tal-Artikolu 128 tal-Kodiċi tal-Familja, sabiex tistabbilixxi l-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess bejnha u n-neputi minuri tagħha. Hija talbet sabiex tingħata d-dritt li tara lil dan tal-aħħar regolarment, f’ċerti ġranet fi tmiem-il ġimgħa kull xahar, kif ukoll iżżommu għandha ġimagħtejn jew tlieta matul il-vaganzi tiegħu, darbtejn fis-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tal-ewwel istanza qieset li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex teżamina t-talba ta’ N. Valcheva. Il-Qorti tal-Appell adita minn din tal-aħħar ikkonfermat id-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza, billi bbażat ruħha fuq ir-Regolament Nru 2201/2003. Hija ddeċidiet li dan ir-regolament kien<?PAGE NO="5"?> japplika għal kawżi ta’ aċċess fir-rigward tal-wild, f’ċirku familjari usa’ li jinkludi n-nanniet tiegħu, u li, skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, l-imsemmija talba kienet taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn il-minuri kellu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument meta l-qorti ġiet adita, jiġifieri l-qrati Griegi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>N. Valcheva ppreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Din tal-aħħar tindika li taqbel essenzjalment mal-pożizzjoni tal-qorti tal-appell, iżda żżid li, sabiex jiġi ddeterminat liema hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, huwa meħtieġ li jkun magħruf jekk ir-Regolament Nru 2201/2003 japplikax għad-dritt ta’ aċċess ta’ nanniet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Varhoven kasatsionen sad (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Il-kunċett ta’ drittijiet ta’ aċċess’ li jintuża fl-Artikolu 1(2)(a) u fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkonċernax biss l-aċċess bejn il-ġenituri u l-minuri iżda wkoll l-aċċess għal qraba oħra għajr il-ġenituri, b’mod partikolari għan-nanniet?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk id-dritt ta’ aċċess tan-nanniet ta’ wild fir-rigward ta’ dan tal-aħħar jaqax fl-ambitu tar-Regolament Nru 2201/2003, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-indikazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi talba dwar dan id-dritt ta’ aċċess, bħal dik magħmula minn N. Valcheva, għandu jsir fuq il-bażi ta’ dak ir-regolament jew abbażi tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-ewwel ipoteżi invokata, il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni huma, bħala regola ġenerali u skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2201/2003, dawk tal-Istat Membru li fih jirrisjedi normalment il-wild fil-mument meta l-qorti tiġi adita. F’dan il-każ, fid-dawl tal-informazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qrati Griegi għandhom ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-tieni ipoteżi prevista, il-qrati nazzjonali, f’dan il-każ il-qrati Bulgari għandhom jivverifikaw il-ġurisdizzjoni tagħhom fid-dawl tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2201/2003 ma jippreċiżax jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>drittijiet ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, iddefinit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tiegħu, jinkludix id-dritt ta’ aċċess tan-nanniet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Dan il-kunċett għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kliem, tal-istruttura u tal-għanijiet tar-Regolament Nru 2201/2003, fid-dawl b’mod partikolari tax-xogħlijiet preparatorji ta’ dan tal-aħħar, kif ukoll ta’ atti oħra tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tal-punt (10) tal-Artikolu 2, tar-Regolament Nru 2201/2003, hemm lok li jiġi kkonstatat li d-dritt ta’ aċċess huwa ddefinit b’mod wiesa’, bħala li jinkludi b’mod partikolari d-dritt li l-wild jittieħed għal żmien limitat f’post differenti minn fejn huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din id-definizzjoni ma tistabbilixxi l-ebda limitazzjoni fir-rigward tal-persuni li jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt ta’ aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk in-nanniet humiex fost il-persuni msemmija minn din id-definizzjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003, hekk kif huwa ppreċiżat fl-Artikolu 1(1) (b) ta’ dan tal-aħħar, li bis-saħħa tiegħu, dan ir-regolament japplika għall-attribuzzjoni, għall-eżerċizzju, għad-delega, għall-irtirar totali jew parzjali tar-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kunċett ta’ dritt ta’ aċċess, jissemma’, b’mod partikolari, fl-Artikolu 1(2) (a) kif ukoll l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament jispeċifika li l-kwistjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jirrigwardaw b’mod partikolari d-dritt ta’ kustodja u d-dritt ta’ aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(7) tal-imsemmi regolament jiddefinixxi l-kunċett ta’ responsabbiltà tal-ġenituri bħala d-drittijiet u l-obbligi kollha mogħtija lil persuna fiżika jew lil persuna ġuridika abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ta’ attribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> jew ta’ ftehim fis-seħħ, fir-rigward tal-persuna jew tal-beni ta’ minuri, li jinkludi b’mod partikolari d-dritt ta’ kustodja u d-dritt ta’ aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi osservat, fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li r-Regolament Nru 2201/2003 ma jeskludix b’mod espliċitu li dritt ta’ aċċess mitlub minn tan-nanniet fir-rigward tan-neputijiet tagħhom jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa importanti wkoll li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan imfittex mir-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-preambolu ta’ dan ir-regolament, dan tal-aħħar huwa intiż li joħloq żona ġudizzjarja bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji permezz tal-istabbiliment ta’ regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-premessa 5 tal-imsemmi regolament, dan ikopri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kull<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fost dawn u skont il-premessa 2 tal-istess regolament, id-dritt ta’ aċċess huwa meqjus bħala prijorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, jirriżulta mid-dokument tax-xogħol tal-Kummissjoni dwar ir-Rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, (COM(2001) 166 finali), tas-<DATE ISO="20010327">27 ta’ Marzu 2001</DATE>, li l-leġiżlatur tal-Unjoni qajjem il-kwistjoni dwar liema huma l-persuni li jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew jibbenefikaw mid-dritt ta’ aċċess. Dan ippreveda diversi għażliet, b’mod partikolari l-limitazzjoni tal-persuni kkonċernati f’wieħed mill-ġenituri tal-wild u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ kwalunkwe limitazzjoni għal persuni speċifikati. Dan id-dokument isemmi b’mod partikolari in-nanniet, b’referenza għall-abbozz tal-Kunsill tal-Ewropa fuq ir-relazzjonijiet personali li jikkonċernaw lill-minuri, li tirrikonoxxi d-dritt tat-tfal li jżommu relazzjonijiet personali mhux biss mal-ġenituri tagħhom, iżda wkoll ma’ persuni b’rabtiet familjari magħhom, bħalma huma n-nanniet tagħhom. Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq l-għażla skont liema l-ebda dispożizzjoni ma għandha tirrestrinġi n-numru ta’ persuni li jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew ta’ dritt ta’ aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, hemm lok li jitqies, fid-dawl tax-xogħlijiet preparatorji relatati mar-Regolament Nru 2201/2003, li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jwessa l-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol 1, p. 209), li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, li kien limitat għal tilwim li jirrigwarda l-ġenituri u li huwa ppreveda d-deċiżjonijiet kollha dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u, għalhekk, id-dritt ta’ aċċess, indipendentement mill-kwalità tal-persuni li jistgħu jeżerċitaw dak id-dritt u mingħajr ma jiġu esklużi nanniet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn din l-analiżi jirriżulta li l-kunċett ta’ drittijiet ta’ aċċess, imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a) u l-punti (7) u (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jinftiehem bħala li jirrigwarda mhux biss id-drittijiet ta’ aċċess tal-ġenituri fil-konfront ta’ wliedhom, iżda wkoll dak ta’ persuni oħra li huwa importanti li dan il-wild iżomm relazzjonijiet personali, inkluż man-nanniet tiegħu, indipendentement minn jekk ikunx detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li talba tan-nanniet li hija intiża li jingħataw id-dritt ta’ aċċess fir-rigward tan-neputijiet tagħhom taqa’ taħt l-Artikolu 1(1) (b), tar-Regolament Nru 2201/2003 u, konsegwentement, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li jekk id-dritt ta’ aċċess ma kienx ikopri dawk il-persuni, id-domandi dwar dan id-dritt tista’ tiġi ddeterminata mhux biss mill-qorti magħżula skont ir-Regolament Nru 2201/2003, iżda wkoll minn qrati oħra, li jikkunsidraw lilhom infushom li għandhom ġurisdizzjoni abbażi tad-dritt internazzjonali privat. Jeżisti riskju li deċiżjonijiet konfliġġenti, jew saħansitra irrikonċiljabbli jiġu adottati, peress li d-dritt ta’ aċċess mogħti lil xi qarib tal-wild jista’ jippreġudika dak mogħti lil benefiċjarju tar-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għoti ta’ dritt ta’ aċċess lil persuna li ma hijiex il-ġenituri jista’ jkollu effett fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawn tal-aħħar, jiġifieri, f’dan il-każ, dwar id-dritt ta’ kustodja tal-missier u dwar id-dritt ta’ aċċess tal-omm. Għalhekk huwa importanti, sabiex jiġi evitat li jittieħdu miżuri kunfliġġenti u fl-aħjar interess tat-tfal, li l-istess qorti, fil-prinċipju, dik tar-residenza abitwali tal-wild, għandha tiddeċiedi dwar id-drittijiet ta’ aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>dritt ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, msemmija fl-Artikolu 1(2)(a), kif ukoll l-punti (7) u (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi d-dritt ta’ aċċess tan-nanniet fir-rigward tan-neputijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>dritt ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, ikkontemplat fl-Artikolu 1(2)(a) u fil-punti (7) u (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li jestendi għad-dritt ta’ aċċess tan-nanniet fil-konfront tan-neputijiet tagħhom.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>