KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
EMILIOU
ippreżentati fil‑21 ta’ Marzu 2024 ( 1 )
Kawżi magħquda C‑611/22 P u C‑625/22 P
Illumina, Inc.
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea (C‑611/22 P)
u
Grail LLC
vs
Illumina, Inc.,
Il‑Kummissjoni Ewropea (C‑625/22 P)
“Appell – Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 – Konċentrazzjonijiet li ma għandhomx dimensjoni Komunitarja – Talba għal rinviju minn awtorità li ma għandhiex ġurisdizzjoni taħt id-dritt nazzjonali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex teżamina l-konċentrazzjoni – Kompetenza tal-Kummissjoni – Terminu sabiex tiġi ppreżentata t-talba għal rinviju – Obbligu li taġixxi fi żmien raġonevoli – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Drittijiet tad-difiża – Aspettattivi leġittimi”
I. Introduzzjoni
|
1. |
Ħafna mil-liġijiet tal-antitrust, kemm fl-Unjoni Ewropea u bnadi oħra, huma mibnija fuq tliet tipi ta’ dispożizzjonijiet: ir-regoli fuq il-ftehimiet u l-prattiki miftiehma, ir-regoli fuq l-aġir unilaterali (jew l-abbużi minn pożizzjoni dominanti), u r-regoli dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet. |
|
2. |
Il-partikolarità tar-regoli ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet qiegħda fil-fatt li, għall-kuntrarju taż-żewġ settijiet ta’ regoli l-oħra, ġeneralment dawn jeħtieġu lill-awtoritajiet (amministrattivi u/jew ġudizzjarji) iwettqu forma ta’ kontroll ex ante, flok ex post: dwar jekk konċentrazzjoni proposta, meta tiġi implimentata, tistax twassal għal ħsara sinjifikattiva għall-kompetizzjoni effettiva. Din hija evalwazzjoni teknika partikolarment kumplessa u diffiċli, “ibbażata mhux fuq l-applikazzjoni ta’ regoli xjentifiċi preċiżi iżda fuq kriterji u prinċipji li jistgħu jiġu kkontestati”, intiża li “tbassar l-effetti tal-konċentrazzjoni fuq l-istruttura u d-dinamiċi kompetittivi tas-swieq ikkonċernati, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-ħafna fatturi dejjem jevolvu li jistgħu jaffettwaw l-iżvilupp futur tal-provvista u tad-domanda fuq dawn is-swieq” ( 2 ). |
|
3. |
Madankollu, din l-evalwazzjoni għandha ssir fl-iqsar żmien possibbli. Fil-fatt, sabiex tiġi ppreservata l-effettività tas-sistema, ħafna mis-sistemi legali – inkluż dik tal-Unjoni – jeżiġu li l-impriżi kkonċernati jikkomunikaw it-tranżazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti u jissospendu l-implimentazzjoni tagħha sakemm jirċievu l-approvazzjoni minn dawn l-awtoritajiet. Il-komunikazzjoni u s-sospensjoni jinvolvu spejjeż sinjifikattivi u jwasslu għal ċerti riskji għall-impriżi involuti. |
|
4. |
F’dan l-isfond, l-għażla tal-leġiżlatur tat-tip ta’ limiti u tal-iffissar tal-ammonti relattivi li, meta jintlaħqu, jiskattaw l-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ sospensjoni għall-partijiet kontraenti li jkunu qegħdin jingħaqdu hija ta’ importanza kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema. Dawn il-limiti għandhom funzjoni doppja: li jiżguraw “rabta lokali” li tiġġustifika l-intervent tal-awtoritajiet inkwistjoni, u li jiffiltraw it-tranżazzjonijiet li potenzjalment ikunu ta’ interess. Idealment, il-limiti għandhom ikunu faċli li jiġu kkalkolati (sabiex jiġu evitati l-inċertezzi dwar jekk tranżazzjoni partikolari għandhiex tiġi kkomunikata) u għandhom jiġu ffissati f’livell li jimminimizza, fl-istess ħin, in-numru ta’ tranżazzjonijiet li x’aktarx ma jqajmux kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni li jinqabdu bis-sistema, u dawk li huma kapaċi jqajmu tali kwistjonijiet li jaqgħu barra minnha ( 3 ). |
|
5. |
Is-sistema tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet – irregolata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal‑20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-[UE] dwar l-Għaqdiet [konċentrazzjonijiet]) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 139/2004”) ( 4 ) – hija bbażata primarjament fuq id-dħul mill-bejgħ tal-kumpanniji li jkunu qegħdin jingħaqdu. Madankollu, hemm xi dispożizzjonijiet f’dan ir-regolament li, b’mod eċċezzjonali, jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea sabiex teżamina l-konċentrazzjonijiet li ma jissodisfawx il-livelli ta’ dħul mill-bejgħ inkwistjoni, meta l-każijiet jaslu għand din l-istituzzjoni mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri u, jekk ikun il-każ, wara li jiġu mitluba jagħmlu dan mill-Kummissjoni. Din il-kawża tirrigwarda prinċipalment id-definizzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet: l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. Fi ftit kliem, il-kwistjoni prinċipali f’din il-proċedura hija din li ġejja: din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Kummissjoni teżamina konċentrazzjoni li tkun ġiet indikata lilha mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, meta dawn tal-aħħar ma jkollhomx il-kompetenza li jeżaminawha, peress li l-konċentrazzjoni inkwistjoni taqa’ taħt il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet? |
|
6. |
Minkejja s-sempliċità apparenti tad-domanda, l-għoti ta’ risposta korretta xejn ma huwa eżerċizzju faċli. Wieħed ikun meħtieġ jagħmel analiżi ermenewtika metikoluża sabiex jiddetermina t-tifsira korretta tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. Sabiex isir dan, huwa neċessarju mhux biss li tiġi eżaminata l-formulazzjoni, l-oriġini, il-kuntest u l-iskop ta’ din id-dispożizzjoni, imma wkoll li tittieħed inkunsiderazzjoni l-loġika tas-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll xi prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni (bħalma huma l-bilanċ istituzzjonali, is-sussidjarjetà, iċ-ċertezza legali, it-territorjalità, eċċ.). L-aħħar imma mhux l-inqas, huwa diffiċli li wieħed jenfasizza żżejjed l-importanza li r-risposta għal din id-domanda jista’ jkollha fuq il-funzjoni korretta u effettiva tas-sistema tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet. |
II. Id‑dritt tal‑Unjoni
|
7. |
L-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, intitolat “Referenza lill-Kummissjoni” jipprovdi: “1. Stat Membru, jew aktar minn Stat Membru wieħed, jista’ jitlob jew jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex teżamina xi konċentrazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 1 iżda taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u thedded li tolqot b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fit-territorju ta’ l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għamel jew li għamlu t-talba. Talba bħal din għandha ssir mhux aktar tard minn 15‑il jum utli mill-jum li fih l-konċentrazzjoni kienet notifikata, jew f’każ li notifika mhix meħtieġa, mill-jum li fih il-konċentrazzjoni kienet mgħarrfa lill-Istat Membru konċernat. 2. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u lill-impriżi konċernati dwar kull talba li tirċievi skond il-paragrafu 1. Kull Stat Membru ieħor għandu jkollu d-dritt li jingħaqad mat-talba oriġinali fi żmien 15‑il jum utli minn meta l-Kummissjoni tinfurmah dwar it-talba. [...] 3. Il-Kummissjoni tista’, mhux aktar tard minn għaxart ijiem utli minn tmiem il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 2, tiddeċiedi li teżamina l-konċentrazzjoni meta jidhrilha li din tolqot il-kummerċ bejn Stati Membru u thedded li tolqot b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni fit-territorju ta’ l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għamel jew għamlu t-talba. Jekk il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni f’dan il-perjodu, hija għandha titqies bħallikieku adottat deċiżjoni biex teżamina l-konċentrazzjoni skond it-talba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kollha u lill-impriżi konċernati dwar id-deċiżjoni tagħha. Hija tista’ titlob is-sottomissjoni ta’ notifika skond l-Artikou 4. L-Istat Membru jew Stati Membri li għamel jew għamlu t-talba ma għandhomx jibqgħu japplikaw l-liġi nazzjonali tagħhom dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni. 4. L-Artikolu 2, l-Artikolu 4(2) sa (3), l-Artikolli 5,6, u 8 sa 21 għandhom japplikaw meta l-Kummissjoni teżamina konċentrazzjoni skond il-paragrafu 3. L-Artikolu 7 għandu japplika sakemm il-konċentrazzjoni ma kinetx implimentata sal-ġurnata li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-impriżi konċernati li saret talba. Meta ma tkunx meħtieġa notifika skond l-Artikolu 4, il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 10(1) li fih jistgħu jinbdew proċeduri għandu jibda fil-jum utli ta’ wara dak li fih il-Kummissjoni tinforma lill-impriżi konċernati li hi iddeċidiet li teżamina l-konċentrazzjoni skond il-paragrafu 3. 5. Il-Kummissjoni tista’ tinforma lil Stat Membru jew lil diversi Stati Membri li hija tqis konċentrazzjoni bħala li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1. F’dawn il-każijiet il-Kummissjoni tista’ tistieden lil dak l-Istat Membru jew lil dawk l-Istati Membri biex jagħmel jew jagħmlu talba skond il-paragrafu 1”. |
|
8. |
Il-mekkaniżmu ta’ rinviju llum stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 kien ġie stabbilit oriġinarjament fl-Artikolu 22(3) sa (6) (“Applikazzjoni tar-Regolament”) tar-Regolament tal-KE tal‑1989 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi ( 5 ) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 4064/89”) li kien ġie emendat imbagħad mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1310/97 ( 6 ). Ir-Regolament Nru 4064/89 kien ġie ssostitwit imbagħad mir-Regolament Nru 139/2004 b’effett mill‑1 ta’ Mejju 2004. |
III. Il‑kuntest fattwali
|
9. |
Il-fatti l-iktar rilevanti, kif stabbiliti fis-sentenza fil-Kawża T‑227/21, Illumina vs Il‑Kummissjoni (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”) ( 7 ), jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej. |
|
10. |
Fl‑20 ta’ Settembru 2020, Illumina Inc. – kumpannija bbażata fl-Istati Uniti li toffri soluzzjonijiet bbażati fuq is-sekwenzjar u soluzzjonijiet array-based għall-analiżi ġenetika u ġenomika – daħlet fi ftehim u pjan ta’ fużjoni sabiex takkwista l-kontroll esklużiv ta’ Grail LLC (li kienet Grail, Inc.), li tipproduċi testijiet tad-demm għall-iskoperta bikrija tal-kanċer, li diġà kienet proprjetarja ta’ 14.5 % tagħha (iktar ’il quddiem il-“konċentrazzjoni inkwistjoni”). Fil‑21 ta’ Settembru 2020, Illumina u Grail (iktar ’il quddiem l-“appellanti”) ħarġu stqarrija għall-istampa fejn ħabbru din il-konċentrazzjoni. |
|
11. |
Peress li d-dħul mill-bejgħ tal-appellanti ma qabiżx il-limiti rilevanti, u b’mod partikolari minħabba l-fatt li Grail ma ġġenerat ebda dħul f’xi Stat Membru tal-Unjoni jew xi mkien ieħor fid-dinja, il-konċentrazzjoni inkwistjoni ma kellhiex dimensjoni Ewropea għall-iskopijiet tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 139/2004 u għaldaqstant ma ġietx ikkomunikata lill-Kummissjoni. Din il-konċentrazzjoni lanqas ma ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri tal-Unjoni jew lil Stati kontraenti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ( 8 ), peress li ma kinitx taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet. |
|
12. |
Wara li rċeviet ilment li jirrigwarda l-konċentrazzjoni inkwistjoni f’Diċembru 2020, il-Kummissjoni kellha xi skambji mal-lanjant, ma’ numru ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri (iktar ’il quddiem l-“ANK”) u mal-Competition and Markets Authority (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Swieq) tar-Renju Unit. |
|
13. |
Fid‑19 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri dwar il-konċentrazzjoni inkwistjoni billi bagħtitilhom ittra skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 139/2004 (l-“ittra ta’ stedina”). F’din l-ittra, il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet għaliex hija kkonstatat, prima facie, li l-konċentrazzjoni dehret li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 u stiednet lill-Istati Membri jressqu talba għal rinviju. |
|
14. |
Matul konverżazzjoni telefonika tal‑4 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni informat lir-rappreżentant legali ta’ kull wieħed mill-appellanti dwar l-ittra ta’ stedina, u dwar il-possibbiltà ta’ talba għal rinviju taħt l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
15. |
Fid‑9 ta’ Marzu 2021, l-Autorité de la concurrence française (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Franċiża, iktar ’il quddiem l-“AKF”) talbet lill-Kummissjoni teżamina l-konċentrazzjoni inkwistjoni taħt l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 (iktar ’il quddiem it-“talba għal rinviju”). Fl‑10 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004, informat lill-ANK u lill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (iktar ’il quddiem l-“ASE”) dwar it-talba għal rinviju. Fil‑11 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni informat ukoll lill-appellanti dwar it-talba għal rinviju, u ddikjarat li l-konċentrazzjoni inkwistjoni ma setgħetx tiġi implimentata sakemm u sa fejn kien applikabbli l-obbligu ta’ standstill stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 139/2004, moqri flimkien mat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) ta’ dan ir-regolament (iktar ’il quddiem l-“ittra ta’ informazzjoni”). |
|
16. |
Fis‑16 u fid‑29 ta’ Marzu 2021, l-appellanti ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Kummissjoni li bihom oġġezzjonaw għat-talba għal rinviju. Fit‑2, fis‑7 u fit‑12 ta’ April 2021, Illumina wieġbet għat-talbiet ta’ informazzjoni li l-Kummissjoni kienet bagħtitilha fis‑26 ta’ Marzu u fit‑8 ta’ April 2021. |
|
17. |
Permezz ta’ ittri bid-data tal‑24, tas‑26 u tal‑31 ta’ Marzu 2021, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni Belġjani, Griegi, Islandiżi, Olandiżi u Norveġiżi talbu li jingħaqdu fit-talba għal rinviju, skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004 (iktar ’il quddiem it-“talbiet sabiex jingħaqdu”). |
|
18. |
Fil‑31 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni intitolata l-“Gwida dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ referenza stabbilit fl-Artikolu 22 [tar-Regolament Nru 139/2004] għal ċerti kategoriji ta’ każijiet” ( 9 ). |
|
19. |
Permezz ta’ deċiżjonijiet tad‑19 ta’ April 2021, il-Kummissjoni aċċettat it-talba għal rinviju u t-talbiet sabiex jingħaqdu. B’dawn id-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni (i) ikkonstatat li t-talba għal rinviju kienet tressqet fit-terminu ta’ 15‑il jum tax-xogħol stabbilit fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004; (ii) ikkonstatat li t-talbiet sabiex jingħaqdu kienu tressqu fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004; (iii) ikkonstatat li l-konċentrazzjoni inkwistjoni kienet tissodisfa l-kriterji għar-rinviju taħt l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004; u (iv) ċaħdet bħala infondati l-argumenti tal-appellanti li jikkonċernaw allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom u ksur ta’ prinċipji ġenerali oħra tad-dritt tal-Unjoni. |
IV. Il‑proċeduri quddiem il‑Qorti Ġenerali, is‑sentenza appellata u l‑proċeduri quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
20. |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fit‑28 ta’ April 2021, Illumina adixxiet lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 263 TFUE, sabiex titlob l-annullament tal-ittra ta’ informazzjoni, tad-deċiżjoni li taċċetta r-rinviju mill-AKF u tad-deċiżjonijiet li jaċċettaw it-talba sabiex jingħaqdu (iktar ’il quddiem id-“deċiżjonijiet ikkontestati”). |
|
21. |
Permezz ta’ digrieti u deċiżjonijiet tal-President tat-Tielet Awla (Awla Estiża) tal-Qorti Ġenerali (i) Grail ġiet awtorizzata tintervjeni insostenn tat-talba ta’ Illumina, (ii) ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-ASE ġew awtorizzati jintervjenu insostenn tat-talba tal-Kummissjoni, u (iii) it-talba mressqa mill-Computer & Communications Industry Association sabiex tintervjeni insostenn tat-talba ta’ Illumina ġiet miċħuda. |
|
22. |
Illumina, sostnuta minn Grail, talbet lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u l-ittra ta’ informazzjoni u tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni, sostnuta mir-Repubblika Ellenika, mir-Repubblika Franċiża, mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-ASE, talbet lill-Qorti Ġenerali tiċħad it-talba bħala inammissibbli, jew, sussidjarjament, bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata, u tordna lil Illumina tħallas l-ispejjeż. |
|
23. |
Fit‑13 ta’ Lulju 2022, bis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba, ordnat lil Illumina tbati l-ispejjeż tagħha stess u tal-Kummissjoni, u ordnat lir-Repubblika Ellenika, lir-Repubblika Franċiża, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lill-ASE u lil Grail sabiex ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
24. |
Fl-appelli tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ippreżentati fit‑22 u fit‑30 ta’ Settembru 2022, rispettivament, Illumina (Kawża C‑611/22 P) u Grail (Kawża C‑625/22 P) talbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri. Grail talbet ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla t-talba tal-AKF u l-ittra ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
25. |
Fil‑21 ta’ Diċembru 2022, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda, wara li sema’ lill-Imħallef Relatur, lill-Avukat Ġenerali u lill-kontendenti, li jgħaqqad iż-żewġ kawżi għall-iskopijiet tat-trattazzjoni orali tal-proċedura u tas-sentenza, skont l-Artikolu 54(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (iktar ’il quddiem ir-“Regoli tal-Proċedura”). B’deċiżjoni tal‑10 ta’ Jannar 2023, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda wkoll, wara li sema’ lill-Imħallef Relatur u lill-Avukat Ġenerali, li jiċħad it-talba tal-Kummissjoni sabiex il-Kawża C‑625/22 P tiġi ttrattata bil-proċedura mħaffa pprovduta fl-Artikoli 133 sa 136 tar-Regoli tal-Proċedura u li l-każ jiġi ttrattat bi prijorità, skont l-Artikolu 53(3) tar-Regoli tal-Proċedura. |
|
26. |
B’żewġ digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑10 ta’ Marzu 2023, Biocom California ġiet awtorizzata tintervjeni insostenn tat-talba ta’ Illumina fil-Kawża C‑611/22 P, u r-rikorsi għal intervent insostenn tat-talba ta’ Grail fil-Kawża C‑625/22 P, ippreżentati mill-Association Française des Juristes d’Entreprise (AFJE) u mill-European Company Lawyers Association (ECLA), ġew miċħuda. |
|
27. |
Fir-risposti tagħhom, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-ASE talbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appelli u tordna lill-appellanti jħallsu l-ispejjeż. Min-naħa tagħhom, Grail ippreżentat risposta fil-Kawża C‑611/22 P, u Illumina ppreżentat risposta fil-Kawża C‑625/22 P fejn it-tnejn li huma talbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż. |
|
28. |
L-appellanti ppreżentaw replika u l-appellati ppreżentaw kontroreplika. L-appellanti, l-appellati u l-intervenjenti ressqu l-fehmiet tagħhom waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li nżammet fit‑12 ta’ Diċembru 2023. |
V. Evalwazzjoni
|
29. |
Insostenn tal-appelli tagħhom, kull waħda mill-appellanti tinvoka tliet aggravji, li ħafna minnhom jidħlu fuq xulxin. Għalhekk, ser neżamina dawn l-aggravji flimkien. |
|
30. |
Għaldaqstant, l-ewwel ser nevalwa jekk il-Qorti Ġenerali żbaljatx fl-interpretazzjoni tagħha tat-tifsira u tal-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 (A). It-tieni, ser indur fuq l-allegazzjonijiet tal-appellanti li t-talba għal rinviju saret barra mit-terminu u li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li taġixxi fi żmien raġonevoli (B). It-tielet u l-aħħar, ser nittratta l-allegat ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali (C). |
A. L‑ewwel aggravju: it‑tifsira u l‑portata tal‑Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004
|
31. |
L-ewwel aggravju ta’ Illumina u ta’ Grail jikkonċerna l-punti 85 sa 185 tas-sentenza appellata. F’dawn is-siltiet, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel motiv ta’ Illumina fl-ewwel istanza, li jallega nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tistħarreġ il-konċentrazzjoni inkwistjoni. B’mod partikolari, wara li kkunsidrat l-argumenti tal-partijiet, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni li ġejja: “183. […] fid-dawl tal-interpretazzjoni letterali, dik storika, dik kuntestwali u dik teleoloġika tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, għandu jiġi konkluż li l-Istati Membri jistgħu, taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fih, iressqu talba għal rinviju skont dik id-dispożizzjoni indipendentement mill-portata tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet. 184. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ġustament aċċettat, permezz tad-deċiżjonijiet ikkontestati, it-talba għal rinviju u t-talbiet biex jingħaqdu skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. […]” |
1. L‑argumenti tal‑partijiet
|
32. |
Illumina targumenta li, bil-fatt li approvat il-mod kif il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004, il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. B’mod partikolari, Illumina ssostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli (i) tapplika numru ta’ prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni (bħalma huma ċ-ċertezza legali, il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà; (ii) tidentifika u tikkunsidra sew l-għan tar-Regolament Nru 139/2004; (iii) tinterpreta b’mod strett id-dispożizzjoni li tikkostitwixxi deroga minn regola ġenerali; u (iv) tirrikonoxxi l-importanza tal-kuntest u tal-għan tad-dispożizzjoni inkwistjoni. Bl-istess mod, Grail tieħu l-pożizzjoni li l-interpretazzjoni testwali, storika, kuntestwali u teleoloġika tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 ma tikkorroborax l-interpretazzjoni li tat il-Qorti Ġenerali tagħhom. |
|
33. |
Essenzjalment, Biocom issostni l-argumenti mressqa mill-appellanti, u tenfasizza l-inċertezza legali u l-piż sproporzjonat fuq il-partijiet li jingħaqdu li jirriżultaw mis-sentenza appellata. |
|
34. |
Il-Kummissjoni targumenta li l-ewwel aggravji tal-appellanti huma ineffettivi, inammissibli inkwantu huma bbażati fuq ċerti dokumenti preparatorji u, sussidjarjament, infondati. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod korrett l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti (i) jonqsu milli jikkunsidraw sew il-formulazzjoni ċara ta’ din id-dispożizzjoni u (ii) jiżbaljaw meta jikkunsidraw li l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali twassal sabiex is-sistema tar-Regolament Nru 139/2004 ma tipprovdix ċertezza legali adegwata lill-partijiet li jingħaqdu. |
|
35. |
Il-Gvern Franċiż u Olandiż u l-ASE jaqblu mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Gvern Franċiż jargumenta li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod korrett il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà. Il-Gvern Olandiż isostni li, taħt l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004, huwa kellu d-dritt jitlob lill-Kummissjoni teżamina konċentrazzjoni bħalma hija dik ineżami jew li jingħaqad ma’ talba magħmula minn ANK oħra. Min-naħa tagħha, l-ASE ssostni li l-appellanti jiżbaljaw meta jistrieħu fuq is-sistema one-shop-stop stabbilita mir-Regolament Nru 139/2004: dan il-mekkaniżmu jikkonċerna biss il-konċentrazzjonijiet b’dimensjoni Komunitarja, filwaqt li ma japplikax fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet li ma għandhomx din id-dimensjoni. |
2. Analiżi
|
36. |
Fil-paġni li ġejjin, ser nevalwa l-ewwel xi oġġezzjonijiet preliminari ta’ natura proċedurali mqajma mill-Kummissjoni, qabel ma ndur fuq il-merti tal-ewwel aggravji. |
a) Kwistjonijiet preliminari
|
37. |
Qabel xejn, ikun utli li jiġu ttrattati l-argumenti tal-Kummissjoni fejn tgħid li (i) l-ewwel aggravji huma ineffettivi, u (ii) Grail tistrieħ fuq ċerti dokumenti li huma inammissibbli. |
|
38. |
M’iniex konvint b’dawn l-argumenti. |
|
39. |
L-ewwel, l-aggravju jkun ineffettiv meta, anki jekk jitqies bħala fondat, ma jistax iwassal għall-annullament tas-sentenza appellata ( 10 ). Huwa ċar li dan ma huwiex il-każ tal-aggravji kkunsidrati f’dan il-każ. Huwa paċifiku li jekk il-Qorti Ġenerali – kif qegħdin jargumentaw l-appellanti – interpretat b’mod żbaljat in-natura u l-portata tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, bil-konsegwenza li l-Kummissjoni ma setgħetx teżamina l-konċentrazzjoni inkwistjoni, is-sentenza appellata tkun ivvizzjata bi żball ta’ liġi li jwassal għall-annullament ta’ dik is-sentenza u l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati. |
|
40. |
Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-appellanti ma kkontestawx il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali f’ċerti siltiet tas-sentenza appellata (il-punti 90 sa 94 tagħha għal dak li jirrigwarda lil Illumina, u l-punti 183 u 184 tagħha għal dak li jirrigwarda lil Grail) hija kontradetta mit-test tal-appelli. Fil-fatt, il-kritika tal-Kummissjoni tidher li tirrigwarda pjuttost is-saħħa tal-argumenti mressqa mill-appellanti sabiex jikkontestaw il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali f’dawn is-siltiet. Madankollu, din hija kwistjoni li tikkonċerna l-merti tal-aggravju, mhux in-natura allegatament ineffettiva tiegħu. |
|
41. |
It-tieni, l-argument tal-Kummissjoni dwar l-allegata inammissibbiltà ta’ ċerti dokumenti li ġew invokati minn Grail fir-rigward tal-interpretazzjoni storika tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 (iktar ’il quddiem id-“dokumenti kkontestati”) huwa daqstant infondat ukoll. Il-Kummissjoni targumenta essenzjalment li tali dokumenti kellhom l-ewwel jinġiebu quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex imbagħad ikunu ammissibbli fl-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tinvoka d-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑10 ta’ Ottubru 2023, Deutsche Lufthansa vs Ryanair et ( 11 ). |
|
42. |
Madankollu, ir-rekwiżit ġenerali li d-dokumenti għandhom jinġiebu l-ewwel quddiem il-Qorti Ġenerali, sabiex ikunu mbagħad ammissibbli fl-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, la huwa stabbilit fir-Regoli tal-Proċedura, u lanqas jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni. Ma setax ikunu mod ieħor: tali regola tkun kompletament mhux raġonevoli u kontroproduttiva. Ftit li xejn hemm bżonn li ninnota, f’dan ir-rigward, li r-rikorsi għal annullament u l-proċeduri tal-appell għandhom għan differenti (l-ewwel minnhom deċiżjoni, dawk tal-aħħar, sentenza), u l-kwistjonijiet legali li fuqhom iż-żewġ qrati jintalbu jiddeċiedu jistgħu għaldaqstant ma jikkoinċidux kompletament. |
|
43. |
B’mod iktar fundamentali, tali regola tkun tmur kontra l-prinċipji li jirregolaw il-produzzjoni tal-provi quddiem il-qrati tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod kostanti li “l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, li huwa korollarju tal-kunċett innifsu ta’ smigħ xieraq, iggarantit b’mod partikolari mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [(iktar ’il quddiem il-“Karta”)], jimplika l-obbligu li lil kull parti tiġi offruta possibbiltà raġonevoli li tippreżenta l-kawża tagħha, inklużi l-provi tagħha, f’kundizzjonijiet li ma jqegħduhiex f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ nett fil-konfront tal-avversarju tagħha” ( 12 ). Għal dak li jirrigwarda l-produzzjoni tal-provi, ir-regola bażika hija li kwalunkwe prova tista’ tiġi ppreżentata quddiem il-qrati tal-Unjoni. Madankollu, dawn il-qrati jistgħu jqisu l-eżistenza ta’ interessi (intra jew ekstraġudizzjarji) oħra li jistgħu, bħala eċċezzjoni, jiġġustifikaw ir-rifjut li jaċċettaw il-provi u jibbilanċjaw dawk l-interessi ma’ dawk li jitolbu l-aċċettazzjoni tagħha ( 13 ). Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta dokument ikun inkiseb b’mod illegali jew ikun fih informazzjoni kunfidenzjali li ma għandhiex tiġi żvelata pubblikament sabiex ikunu protetti ċerti interessi pubbliċi jew privati. |
|
44. |
F’dan il-każ, id-dokumenti kkontestati nkisbu b’mod legali minn Grail wara talbiet għal aċċess għad-dokumenti mressqa taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ( 14 ), u jikkritikaw ċerti siltiet tas-sentenza appellata. Peress li dawn is-siltiet jikkonċernaw waħda mill-kwistjonijiet li hija ċentrali għal dan il-każ (jekk l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 hijiex ikkorroborata mill-interpretazzjoni storika tiegħu), ma nara ebda raġuni plawżibbli għaliex l-appellanti ma għandhomx ikunu permessi jibbażaw ruħhom fuq id-dokumenti kkontestati. Fil-fatt, kieku kellu jiġi deċiż li dawn id-dokumenti huma inammissibbli, l-appellanti jkunu mċaħħda de facto mill-opportunità li jikkontestaw il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 69 sa 117 tas-sentenza appellata. Dan ikun jikser id-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
|
45. |
Bl-istess raġunament, is-suġġeriment tal-Kummissjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun prekluża milli teżamina dokumenti li jkunu tressqu legalment minn parti huwa manifestament insostenibbli. Kif qalet il-Qorti tal-Ġustizzja, f’dan ir-rigward, “il-prinċipju applikabbli fid-dritt tal-Unjoni huwa dak tal-evalwazzjoni libera tal-provi” ( 15 ) u “hija biss l-affidabbiltà tal-provi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li hija deċiżiva għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-valur tagħhom” ( 16 ). |
|
46. |
Id-digriet tal-President invokat mill-Kummissjoni huwa irrilevanti f’dan il-kuntest. Dak il-każ kien jikkonċerna talba ta’ kumpannija għal trattament kunfidenzjali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tal-kontendenti l-oħra fil-proċeduri, ta’ ċerta informazzjoni inkluża fir-rikors u fl-anness tal-appell tagħha. B’mod importanti, l-informazzjoni li għaliha ntalab it-trattament kunfidenzjali kienet ġiet prodotta fl-ewwel istanza imma mbagħad kienet tneħħiet mill-proċess peress li tqieset bħala irrilevanti mill-Qorti Ġenerali. Konsegwentement, din l-informazzjoni ma bbenefikatx minn trattament kunfidenzjali fl-ewwel istanza, peress li l-Qorti Ġenerali kienet neħħietha mill-proċess mingħajr ma għaddiet sabiex tiżen il-kunfidenzjalità tagħha fid-dawl tar-rekwiżiti marbutin mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif stabbilit fl-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha. Fuq din il-bażi, il-President ċaħad it-talba tal-kumpannija għal trattament kunfidenzjali, u enfasizza li, peress li l-informazzjoni inkwistjoni ma kinitx inkluża fil-proċess li serva ta’ bażi għad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, din l-informazzjoni ma setgħetx, bħala prinċipju, tkun rilevanti għall-istħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-legalità ta’ dik id-deċiżjoni fl-istadju tal-appell. Għaldaqstant, ma kienx hemm raġuni għalfejn, fl-appell, jingħata trattament kunfidenzjali lil informazzjoni li l-appellanti kienet żvelat volontarjament fis-sottomissjonijiet tagħha. |
|
47. |
Dak id-digriet huwa applikazzjoni sempliċi tal-prinċipji bażiċi li jgħidu li jkun hemm appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fuq punti ta’ liġi biss, u li s-suġġett ta’ dawk il-proċeduri jkun limitat għal dak ta’ quddiem l-ewwel istanza u ma jistax jinbidel fl-appell ( 17 ). Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak il-każ, dan il-każ jirrigwarda (i) punt ta’ liġi (l-interpretazzjoni tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004) u mhux l-istabbiliment ta’ fatti kkontestati, u (ii) kwistjoni li tqajmet u ġiet iddibattuta fl-ewwel istanza u li l-Qorti Ġenerali tat deċiżjoni fuqha. |
|
48. |
Ċertament li minn dak id-digriet ma jsegwix li, sabiex jikkontesta silta kruċjali minn sentenza appellata, l-appellant irid ikun diġà ressaq il-provi rilevanti fl-ewwel istanza. Dak id-digriet lanqas ma jista’ jinftiehem bħala li jimplika li l-interpretazzjoni korretta tad-dritt hija kwistjoni li l-appellant għandu jipprova sal-grad meħtieġ, aħseb u ara kemm għandu jagħmilha fl-ewwel istanza. Dan ikun jikkontradixxi b’mod ovvju l-prinċipju stabbilit sew iura novit curia ( 18 ) u diversi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 19 ). |
|
49. |
B’dan premess, il-Kummissjoni hija korretta li ddikjarat li, bħala prinċipju, il-punti prinċipali ta’ dritt li jinvokaw l-appellanti għandhom jidhru fir-rikors stess, u li d-dokumenti annessi miegħu għandhom sempliċiment rwol ta’ korroborazzjoni. Għaldaqstant, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex marbuta bl-interpretazzjoni tad-dritt proposta mill-kontendenti u, għal dan il-għan, hija libera li tispira ruħha minn kwalunkwe dokument li tressaq leġittimament quddiemha, hija ma tistax tkun mistennija tfittex u tidentifika fl-annessi tal-appelli l-ilmenti u l-argumenti li fuqhom dawn l-appelli jistgħu jkunu bbażati ( 20 ). Għaldaqstant, ser ninjora l-argumenti kollha li ma tressqux b’mod espliċitu fl-appelli u li ma jistgħux jinftiehmu sew mingħajr ma jiġu eżaminati l-annessi. |
b) Fuq il‑mertu
|
50. |
Ser indur issa fuq is-sustanza tal-ewwel aggravji. Essenzjalment, dawn l-aggravji jqajmu l-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali żbaljatx meta interpretat l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Kif issemma qabel, dik il-qorti waslet għall-konklużjoni li l-interpretazzjoni “letterali, storika, kuntestwali u teleoloġika” ta’ din id-dispożizzjoni tikkorrobora l-fehma li l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni teżamina konċentrazzjoni li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja, anki meta huma ma għandhomx kompetenza sabiex jeżaminaw tali konċentrazzjoni taħt id-dritt nazzjonali. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 isegwi għanijiet differenti, li wieħed minnhom huwa “dak li jippermetti, bħala ‘mekkaniżmu korrettiv’, kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha li jistgħu jostakolaw b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern u li ma jaqgħux, minħabba n-nuqqas ta’ qbiż tal-limiti tad-dħul mill-bejgħ, taħt il-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri” ( 21 ). |
|
51. |
Fil-paġni li ġejjin, ser nispjega għaliex nemmen li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Għalkemm l-argumenti bbażati fuq il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni, kif imressqa mill-Kummissjoni u aċċettati mill-Qorti Ġenerali, għandhom ċerta saħħa, hemm numru ta’ elementi ta’ interpretazzjoni – li jikkonċernaw l-istorja, il-kuntest u l-għan ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll elementi ta’ sinjifikat sistemiku ikbar – li jagħmluha ċara li t-tifsira u l-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 ma humiex dawk adottati fis-sentenza appellata. |
1) L‑interpretazzjoni testwali tal‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 22(1) tar‑Regolament Nru 139/2004
|
52. |
L-analiżi għandha tibda mill-formulazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 li hija utli li tiġi mfakkra: “Stat Membru, jew aktar minn Stat Membru wieħed, jista’ jitlob jew jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex teżamina xi konċentrazzjoni [...] li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja [...] iżda taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u thedded li tolqot b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fit-territorju ta’ l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għamel jew li għamlu t-talba”. |
|
53. |
Kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, din id-dispożizzjoni (i) tistabbilixxi ċerti kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfatti sabiex hija tkun tapplika, imma li fosthom ma huwiex rekwiżit li l-konċentrazzjoni trid tkun taqa’ taħt il-portata tar-regoli nazzjonali għall-kontroll tal-konċentrazzjonijiet ( 22 ); (ii) tuża l-espressjoni wiesgħa “xi [kull] konċentrazzjoni” ( 23 ); u (iii) ma tiddistingwix bejn l-Istati Membri li stabbilixxew sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet u dawk li ma għamlux dan ( 24 ). Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni li, bħala prinċipju, l-interpretazzjoni letterali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 tikkorrobora l-interpretazzjoni proposta mill-Kummissjoni. Madankollu, inkwantu l-formulazzjoni tad-dispożizzjoni ma ppermettietx konklużjoni definittiva fuq dan il-punt, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li kien xieraq li tissupplimenta l-analiżi billi tuża metodi ta’ interpretazzjoni oħra ( 25 ). |
|
54. |
Jiena naqbel ma’ dawn iż-żewġ punti. |
|
55. |
Mad-daqqa ta’ għajn lejn il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni, l-interpretazzjoni wiesgħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 tidher iġġustifikata. L-elementi elenkati iktar ’il fuq jistgħu jitqiesu fil-fatt bħala li jindikaw li l-Istati Membri kollha jistgħu jirreferu kull konċentrazzjoni lill-Kummissjoni, indipendentement minn jekk għandhomx sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet u, jekk dan huwa l-każ, jekk dik il-konċentrazzjoni taqax taħt din is-sistema. |
|
56. |
Fl-istess ħin, huwa minnu wkoll li – kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali – il-formulazzjoni konċiża u ġenerali ta’ din id-dispożizzjoni ma tipprovdix risposta ċara għall-kwistjoni ta’ interpretazzjoni inkwistjoni hawnhekk. |
|
57. |
Il-Kummissjoni ma taqbilx f’dan ir-rigward. Hija tenfasizza, b’mod partikolari, il-portata wiesgħa tad-dispożizzjoni li, fil-fehma tagħha, timplika b’mod ċar (jew ma teskludix espressament) li l-Istati Membri b’sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet jistgħu jirreferu wkoll każijiet li ma jaqgħux taħt is-sistemi tagħhom. Madankollu, jekk wieħed jimplika (jew ma jeskludix) xi ħaġa ma tfissirx, għall-iskopijiet ta’ interpretazzjoni testwali ta’ xi dispożizzjoni, li din qiegħda tingħad espressament. Il-kwistjoni dwar jekk il-premessa mhux sostanzjali tar-raġunament tal-Kummissjoni (li l-portata tad-dispożizzjoni tkopri wkoll sitwazzjoni meta jsir riferiment bħalma huwa dak inkwistjoni) hijiex il-kontinwazzjoni loġika tal-premessa sostanzjali tal-Kummissjoni (li l-formulazzjoni tad-dispożizzjoni hija wiesgħa) ma tistax tiġi riżolta – kif il-Kummissjoni tixtieq lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel – billi wieħed iħares lejn subparagrafu wieħed tar-Regolament Nru 139/2004, f’“iżolament kliniku” mill-bqija tad-dispożizzjoni u, b’mod iktar ġenerali, mill-bqija tar-regolament. |
|
58. |
Bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-argument tal-Kummissjoni li, meta l-formulazzjoni tad-dispożizzjoni tkun tidher ċara biżżejjed, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tuża xi mod ieħor ta’ interpretazzjoni, huwa konfużjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja hija ovvjament libera li tirrikorri għall-metodi ta’ interpretazzjoni kollha li hija tqis idonei għal kull sitwazzjoni speċifika. Naħseb li huwa utli li ninsisti fuq dan il-punt, li għandu sinjifikat kostituzzjonali: meta l-kwistjonijiet jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt, prinċipji bħalma huma dawk tas-setgħa ta’ dispożizzjoni tal-kawża min-naħa tal-parti, tal-oneru tal-prova jew tal-grad tal-prova ma japplikawx. Għal darba oħra, il-prinċipju kruċjali f’dan il-kuntest huwa iura novit curia. |
|
59. |
L-argument tal-Kummissjoni ma jikkunsidrax ukoll il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. Kif qalet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Cilfit, “kull dispożizzjoni tad-dritt [tal-Unjoni] għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tagħha u għandha tiġi interpretata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt [tal-Unjoni]” ( 26 ). Fil-fatt, hija ġurisprudenza stabbilita li “għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hemm lok li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni biss kliemha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti” ( 27 ). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma qagħdet lura milli twettaq interpretazzjoni kuntestwali u/jew teleoloġika ta’ xi dispożizzjoni, anki meta l-formulazzjoni tagħha kienet allegatament ċara, sabiex jew tikkonferma l-interpretazzjoni letterali ( 28 ) jew inkella, fejn xieraq, titbiegħed minnha ( 29 ). |
|
60. |
Wara kollox, ma hemm xejn mhux tas-soltu dwar l-importanza li l-Qorti tal-Ġustizzja tat konsistentement, b’mod partikolari, lill-interpretazzjoni kuntestwali u teleoloġika. Fil-fatt, anki l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġi tat-trattati, li tagħmel distinzjoni b’mod famuż bejn “regola ġenerali ta’ interpretazzjoni” u “mezz supplimentari ta’ interpretazzjoni” ( 30 ), tinkludi l-elementi kollha tal-ewwel grupp u tistabbilixxi konnessjoni indissolubbli bejniethom. L-Artikolu 31(1) tagħha jipprovdi: “Trattat għandu jiġi interpretat in bona fide konformement mat-tifsira ordinarja li għandha tingħata lit-termini tat-trattat fil-kuntest tagħhom u fid-dawl tal-għan u tal-iskop tiegħu” ( 31 ). |
|
61. |
Din hija wkoll ir-raġuni għaliex l-enfasi tal-Kummissjoni fuq l-espressjoni “xi [kull] konċentrazzjoni” użata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004, ma hijiex f’lokha. Wieħed irid iħares lejn it-tip ta’ konċentrazzjonijiet li l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 huwa mmirat lejhom sabiex jistabbilixxi għal xiex tirreferi preċiżament il-kelma “xi [kull]”. Bir-riskju li ngħid l-ovvju, l-espressjoni “xi [kull] konċentrazzjoni” ma tistax ħlief tirreferi għal kull konċentrazzjoni li mhux biss taqa’ taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 imma wkoll, u a fortiori, waħda li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004. L-eżami kuntestwali ta’ din id-dispożizzjoni huwa għaldaqstant inevitabbli. |
|
62. |
Bl-istess mod, ikun assurd li nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieqaf mal-eżami tat-test ta’ dispożizzjoni meta jkunu nġiebu għall-attenzjoni tagħha xi elementi speċifiċi li joħolqu dubju fuq il-formulazzjoni allegatament ċara ta’ din id-dispożizzjoni ( 32 ). Dan huwa preċiżament il-każ hawnhekk: kif ser jintwera iktar tard, hemm diversi elementi li jtendu lejn formulazzjoni differenti tad-dispożizzjoni inkwistjoni. |
|
63. |
B’mod simili, jiena nqis l-argument tal-ASE li jenfasizza l-assenza, fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, ta’ kliem li jindikaw li l-mekkaniżmu sabiex konċentrazzjoni tiġi rrinvijata lill-Kummissjoni jkun applikabbli biss għal konċentrazzjonijiet li jistgħu jiġu eżaminati taħt il-liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, huwa irrilevanti. L-ASE tinnota, f’dan ir-rigward, id-differenza bejn il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 139/2004 (li jikkonċerna wkoll il-mekkaniżmu ta’ rinviju u fih dawn it-termini) u l-formulazzjoni tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Madankollu, dan l-argument jinjora l-fatt li, għall-kuntrarju tal-ewwel dispożizzjoni, id-dispożizzjoni tal-aħħar kienet introdotta oriġinarjament sabiex tolqot konċentrazzjonijiet li jistgħu jkunu problematiċi fuq livell nazzjonali, fejn l-Istat Membru jew l-Istati Membri inkwistjoni ma kellhomx sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet. Għaldaqstant, l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 ma setax ikun fih xi espressjoni bħalma hija dik tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 139/2004, peress li huwa kien kieku jeskludi lill-Istati Membri stess li għalihom kienet ġiet stabbilita dik id-dispożizzjoni. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali stess, fil-punt 126 tas-sentenza appellata, irrifjutat li twettaq paragun bejn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet. |
|
64. |
Fi kwalunkwe każ, l-oġġezzjonijiet ta’ prinċipju tal-Kummissjoni mhux biss huma infondati imma wkoll huma dubjużi f’dan il-każ, peress li hemm tal-inqas żewġ elementi testwali li huma suffiċjenti sabiex jitfgħu xi dubju fuq l-interpretazzjoni letterali li, skont il-Kummissjoni, hija tant ċara li għandu jiġi eskluż mill-ewwel kwalunkwe metodu ieħor ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
65. |
L-ewwel nett, it-titolu tad-dispożizzjoni huwa element wieħed minnhom. L-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 huwa intitolat “Referenza lill-Kummissjoni”. It-terminu li jikkorrispondi għar-“referenza”, fil-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi ( 33 ), għandu konnotazzjoni speċifika. Fil-fatt, dan jissuġġerixxi li d-dispożizzjoni tikkonċerna, bħala prinċipju, każijiet li huma attwalment jew potenzjalment quddiem l-awtoritajiet nazzjonali u li mbagħad jiġu rrinvijati (jiġifieri, mgħoddija, ittrasferiti, mogħtija, assenjati, eċċ.) lill-Kummissjoni. Din l-interpretazzjoni tkun konformi mal-massima legali nemo dat quod non habet (ħadd ma jista’ jagħti dak li ma għandux). |
|
66. |
It-tieni, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004, waħda mill-kundizzjonijiet li għandha tkun issodisfatta sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżamina l-konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tiegħu hija li l-konċentrazzjoni inkwistjoni “thedded li tolqot b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fit-territorju ta’ l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għamel jew li għamlu t-talba” ( 34 ). Din il-formulazzjoni hija kompletament raġonevoli meta wieħed jaħseb li d-dispożizzjoni inkwistjoni hija intiża, sa mill-introduzzjoni tagħha fir-Regolament Nru 4064/89 oriġinali, li tippermetti l-eżami ta’ konċentrazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kompetizzjoni distorta fi Stat Membru li ma għandux sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet. Barra minn hekk, il-formulazzjoni hija konsistenti mal-iskop ta’ dispożizzjoni li, wara li ġiet emendata fl‑1997 u fl‑2004, hija – kif ser jiġi indikat iktar ’il quddiem – intiża wkoll li ssaħħaħ in-natura one-stop-shop tas-sistema tal-Unjoni ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet billi tevita, kemm jista’ jkun possibbli, talbiet nazzjonali multipli. |
|
67. |
Min-naħa l-oħra, il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni ssir inqas ovvja jekk din id-dispożizzjoni tiġi interpretata, kif qalet il-Qorti Ġenerali, bħala li tikkostitwixxi “‘mekkaniżmu korrettiv’ […] li jikkonsisti f’li jkun permess kontroll tal-konċentrazzjonijiet li jistgħu jfixklu b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern” ( 35 ). Jekk dan huwa l-każ, għaliex il-leġiżlatur tal-Unjoni jirreferi biss għar-restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li jseħħu fil-livell tal-Istat Membru? Id-dispożizzjoni ma għandhiex tirreferi, b’mod iktar ġenerali jew b’żieda ma’ dan, għal restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq intern? B’mod iktar fundamentali, għaliex il-Kummissjoni jkollha proprju bżonn rinviju mill-awtorità tal-Istat Membru, jekk il-problema tal-kompetizzjoni tkun fil-livell tal-Unjoni? |
|
68. |
L-elementi testwali preċedenti jidhru li jistgħu jitfgħu dubju fuq l-interpretazzjoni allegatament ċara tad-dispożizzjoni kif proposta mill-Kummissjoni. |
|
69. |
Għaldaqstant, kif is-soltu jkun il-każ ta’ dispożizzjonijiet legali li sa ċertu punt ma jkunux ċari, jew tal-inqas li waħidhom ma mhumiex suffiċjenti (li, nemmen, li huwa wkoll il-każ tad-dispożizzjoni inkwistjoni hawnhekk: subparagrafu wieħed ta’ artikolu f’regolament), il-qawl Ingliż antik “bare reading is bare feeding” jidher rilevanti ħafna. Għaldaqstant, sabiex tiġi stabbilita t-tifsira u l-portata eżatti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004, huwa fil-fatt neċessarju li, kif iddeċidiet b’mod korrett il-Qorti Ġenerali, jintużaw metodi oħra ta’ interpretazzjoni użati mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
2) Interpretazzjoni storika tal‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 22(1) tar‑Regolament Nru 139/2004
|
70. |
Fil-punti 96 sa 117 tas-sentenza appellata, wara li eżaminat numru ta’ dokumenti li jikkonċernaw l-istorja tar-Regolament Nru 139/2004, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni li “l-interpretazzjoni storika għandha t-tendenza li tikkonferma li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 jippermetti lil Stat Membru, indipendentement mill-portata tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fil-qasam ta;-kontroll tal-konċentrazzjonijiet, li jirrinvija lill-Kummissjoni konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti tad-dħul mill-bejgħ tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-regolament, iżda li għandhom riskju ta’ effetti transkonfinali sinjifikattivi”. |
|
71. |
Jiena ma naqbilx ma’ din l-evalwazzjoni. B’mod partikolari, għandi erba’ riżervi f’dan ir-rigward: (i) id-dokumenti msemmija fis-sentenza appellata għandhom ċerti limitazzjonijiet inerenti fil-mod kif jiċċaraw l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni; (ii) is-siltiet minn dawn id-dokumenti ċċitati ma jikkorroborawx il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali; (iii) meta dawn id-dokumenti jinqraw fl-intier tagħhom, huma jikkontradixxu fil-fatt dawn il-konstatazzjonijiet; u (iv) il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni diversi dokumenti oħra, inkluż ix-xogħol preparatorju rilevanti, li jikkorrobora l-interpretazzjoni mogħtija mill-appellanti. |
i) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni storika tal-Qorti Ġenerali (I)
|
72. |
L-ewwel nett, kif tinnota Grail b’mod korrett, hemm żewġ limitazzjonijiet importanti li huma inerenti għat-tip ta’ dokumenti li jsir riferiment għalihom fis-sentenza appellata bħala li jikkorroboraw il-konklużjoni misluta minnhom. L-awtriċi ta’ dawn id-dokumenti kollha (il-Green Paper tal‑1996 ( 36 ), il-Green Paper tal‑2001 ( 37 ), il-Proposta tal-Kummissjoni tal‑2003 ( 38 ), u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal‑2009 ( 39 )) kienet il-Kummissjoni u ġew wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 4064/89. L-approċċ tal-Qorti Ġenerali huwa, fil-fehma tiegħi, partikolarment imħawwad f’dan il-każ. |
|
73. |
Waqt is-seduta, il-Kummissjoni saqsewha jekk il-portata allegatament wiesgħa ta’ (dak li llum huwa) l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 kinitx (i) diġà hemmhekk fir-Regolament Nru 4064/89 oriġinali adottat fl‑1989; (ii) żdiedet meta dik id-dispożizzjoni kienet ġiet emendata fl‑1997; jew (iii) introdotta meta ġie adottat ir-Regolament Nru 139/2004 il-ġdid fl‑2004. Il-Kummissjoni wieġbet, mingħajr eżitazzjoni, li din il-portata daqshekk wiesgħa kienet hemmhekk mill-bidu nett: jiġifieri, fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 4064/89, kif adottat fl‑1989. L-ASE ħadet l-istess pożizzjoni ( 40 ). |
|
74. |
Jekk dan huwa l-każ, jidhirli li, sabiex titwettaq evalwazzjoni storika tat-tifsira u tal-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004, id-dokumenti li ġew wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 4064/89 fl‑1989 huma ta’ sinjifikat inqas minn dawk ta’ qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Ma naħsibx li għandi bżonn nispjega għaliex id-dokumenti preparatorji (li jfissru d-dokumenti li jintużaw meta tkun qiegħda tinbena xi dispożizzjoni partikolari) normalment ikunu ta’ iktar utilità mid-dokumenti ex post facto sabiex jipprovaw l-intenzjoni tal-leġiżlatur. |
|
75. |
F’dan ir-rigward, nikkunsidra li s-sentenza appellata hija kontradittorja. Fil-punt 115 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali rrifjutat, bħala prinċipju, li teżamina ħames dokumenti, li l-awtriċi tagħhom kienet il-Kummissjoni u li ssemmew fis-sottomissjonijiet tal-appellanti, li allegatament kienu juru li, sa reċentement, il-Kummissjoni stess ma kinitx interpretat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 kif propost f’dawn il-proċeduri. |
|
76. |
Jekk il-portata wiesgħa ta’ din id-dispożizzjoni kienet hekk sa mill-adozzjoni tar-Regolament Nru 4064/89 fl‑1989, għaliex il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni diversi dokumenti li nkitbu wara l‑1989, imma mhux dawk indikati mill-appellanti? Jekk, min-naħa l-oħra, il-portata tad-dispożizzjoni kienet twessgħet bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 fl‑2004, għaliex il-Qorti Ġenerali ma ċċitatx kwalunkwe dokument mill-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, u b’mod speċjali dawk mill-istituzzjoni li aġixxiet bħala l-leġiżlatur uniku, jiġifieri l-Kunsill? Dan iwassalni għall-punt li jmiss. |
|
77. |
Fil-fatt, hija pjuttost sorpriża li, sabiex tikkonferma l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 mogħtija mill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha biss fuq dokumenti li l-awtriċi tagħhom kienet il-Kummissjoni stess, u ma ċċitat l-ebda dokument mill-Kunsill. |
|
78. |
Ċertament jiena naqbel li dokument uffiċjali li jagħti l-fehma tal-Kummissjoni li tirrigwarda t-tifsira u l-portata ta’ dispożizzjoni partikolari ta’ regolament jew ta’ direttiva għandu ċertu piż, speċjalment meta dik id-dispożizzjoni kienet inkluża fil-proposta oriġinali u ma kinitx is-suġġett ta’ diskussjonijiet sinjifikattivi jew ta’ emendi matul il-proċess leġiżlattiv. Madankollu, il-fehma tal-Kummissjoni ma tistax titqies bħala fattur deċiżiv għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. Dan huwa minnu a fortiori meta d-dispożizzjoni ġiet miżjuda mill-Kunsill fi stadju relattivament tard fil-proċess leġiżlattiv, wara diskussjonijiet twal, bħalma huwa l-każ ta’ (dak li llum huwa) l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
79. |
F’dan l-isfond, naraha problematika li ebda mid-dokumenti msemmija fil-punti 96 sa 117 tas-sentenza appellata ma kien l-awtur tagħhom il-Kunsill u/jew ma sar qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 4064/89 fl‑1989. |
ii) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni storika tal‑Qorti Ġenerali (II)
|
80. |
It-tieni, id-dokumenti storiċi li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuqhom fil-fatt ma jikkorroborawx il-konklużjoni misluta minnhom, għal żewġ raġunijiet: (i) is-siltiet imsemmija fis-sentenza appellata huma irrelevanti għall-kwistjoni ineżami, u (ii) siltiet oħra iktar importanti mill-istess dokumenti jew inqabżu jew, b’mod żbaljat, ma ġietx ikkunsidrata sew l-importanza tagħhom. |
|
81. |
Il-Qorti Ġenerali bdiet l-evalwazzjoni storika tagħha tad-dispożizzjoni billi qalet li “dan il-mekkaniżmu ta’ rinviju segwa x-xewqa tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li dak iż-żmien ma kellux sistema [ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni], li l-Kummissjoni teżamina konċentrazzjonijiet li għandhom effetti negattivi fit-territorju tiegħu, sakemm dawn il-konċentrazzjonijiet ikunu jaffettwaw ukoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u għalhekk dan il-mekkaniżmu ġie msejjaħ il-‘klawżola Olandiża’” ( 41 ). Hija rreferiet imbagħad għal numru ta’ dokumenti rilevanti, li minnhom isegwi li (i) il-mekkaniżmu ta’ rinviju huwa ġeneralment meqjus bħala strument utli, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li attwalment ma għandhomx sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet, iżda l-użu tiegħu bl-ebda mod ma ġie rriżervat għalihom ( 42 ); (ii) dan il-mekkaniżmu huwa intiż li jippermetti lill-Istati Membri jitolbu lill-Kummissjoni teżamina konċentrazzjoni li għandha effett transkonfinali f’sitwazzjoni fejn il-limiti previsti mill-Artikolu 1 tar-regolament ma jkunux intlaħqu ( 43 ); (iii) l-għanijiet ta’ dan il-mekkaniżmu ġew estiżi matul iż-żmien sabiex jippermettu rinviji konġunti li jevitaw talbiet nazzjonali multipli, mingħajr l-ebda rinunzja tal-għan oriġinali ( 44 ); u (iv) l-emendi tad-dispożizzjoni wrew li l-Kummissjoni ppreferiet użu iktar wiesa’ tal-mekkaniżmu ta’ rinviju ( 45 ). |
|
82. |
Dawn id-dikjarazzjonijiet kollha tal-Qorti Ġenerali huma, fil-fehma tiegħi, fattwalment korretti. Hija verità lampanti li l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 japplika għal konċentrazzjonijiet b’effetti transkonfinali li ma jilħqux il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tiegħu. Barra minn hekk, lanqas ma huwa kkontestat li l-mekkaniżmu ta’ rinviju pprovdut fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 jista’ jintuża kemm mill-Istati Membri li ma għandhomx sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet kif ukoll mill-Istati Membri li għandhom sistema ta’ kontroll. Finalment, ma hemmx dubju wkoll li l-mekkaniżmu ta’ rinviju ġie emendat matul is-snin bil-għan li jitwessgħu l-għanijiet tiegħu u jagħmel possibbli l-użu iktar frekwenti tiegħu. |
|
83. |
Madankollu, xejn f’dawn il-konstatazzjonijiet ma jillumina, direttament jew indirettament, il-kwistjoni fil-qalba ta’ dan l-aggravju: jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 jippermettix jew le lill-Istati Membri li għandhom sistema nazzjonali ta’ kontroll li jirrinvijaw każijiet li ma jaqgħux taħt din is-sistema. |
|
84. |
Għaldaqstant, mhux biss id-dokumenti msemmija fis-sentenza appellata għandhom valur persważiv relattiv imma, b’ħarsa iktar mill-qrib, il-partijiet minn dawk id-dokumenti li huma ċċitati bl-ebda mod ma jikkorroboraw il-konklużjoni finali misluta minnhom fil-punt 116 ta’ dik is-sentenza. Il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma, għaldaqstant, manifestament irrilevanti. |
iii) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni storika tal‑Qorti Ġenerali (III)
|
85. |
It-tielet, meta moqrija fl-intier tagħhom, l-istess dokumenti msemmija fis-sentenza appellata jidhru li jikkontradixxu l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali u, għaldaqstant, jikkorroboraw l-interpretazzjoni mressqa mill-appellanti. L-importanza ta’ dan il-punt għandha tiġi enfasizzata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet konsistentement li d-dokumenti li fuqhom tkun ibbażat ruħha l-Qorti Ġenerali għandhom jinqraw fl-intier tagħhom sabiex jiġi evalwat b’mod korrett il-valur probatorju tagħhom. Ikun żball ta’ liġi li wieħed jestrapola silta speċifika waħda jew iktar minn xi dokument, u mbagħad jislet inferenzi minn dawn is-siltiet li jkunu inkonsistenti mal-kontenut reali tad-dokument, meta dan jinqara fit-totalità tiegħu ( 46 ). |
|
86. |
Fil-fehma tiegħi, dawn il-prinċipji huma rilevanti f’dan il-kuntest. |
|
87. |
Nibda sabiex ngħid li hija sorpriża li l-punt 99 tas-sentenza appellata jċekken l-importanza tas-silta fil-Green Paper tal‑2001, meta jgħid li – fid-dawl tal-fatt li, fid-data tal-adozzjoni ta’ dik il-Green Paper, huwa biss il-Gran Dukat tal-Lussemburgu li ma kellux sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet – “fil-prattika, […] il-potenzjal tal-applikazzjoni tal-Artikolu 22(3) fil-forma oriġinali tiegħu [kien] limitat ħafna” ( 47 ). Huwa minnu li din is-silta timplika, fil-fatt, kif qalet b’mod korrett il-Qorti Ġenerali, li l-Istati Membri ħlief għal-Lussemburgu ma kinux preklużi milli jagħmlu użu tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament Nru 139/2004 ( 48 ). Għal darba oħra, din ma hijiex il-kwistjoni hawnhekk. Fil-fatt, din is-silta tissuġġerixxi li, minħabba l-limiti għall-użu tal-mekkaniżmu ta’ rinviju mill-Istati Membri b’sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet, l-użu prattiku tal-mekkaniżmu ta’ rinviju ġie mnaqqas matul iż-żmien. Fil-frattemp, ħafna Stati Membri kienu stabbilixxew sistema domestika ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet, u għaldaqstant, kellhom interess iktar limitat, u inqas opportunitajiet sabiex jirrinvijaw każ lill-Kummissjoni. |
|
88. |
Moqrija b’dan il-mod, is-silta inkwistjoni toqgħod perfettament mal-estratti tad-dokumenti ċċitati fil-punti preċedenti tas-sentenza appellata u tagħti sostenn lill-pożizzjoni tal-appellanti: il-mekkaniżmu ta’ rinviju kien intenzjonat, u kkunsidrat “speċjalment” utli, għall-Istati Membri mingħajr sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet. Kieku l-Istati Membri b’sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet kienu jkunu jistgħu jirrinvijaw kwalunkwe konċentrazzjoni, indipendentement minn jekk kinux jinqabdu mis-sistemi tagħhom, l-użu u l-espedjenza tal-mekkaniżmu għal dawn l-Istati Membri ma kinitx tkun affettwata wisq bl-adozzjoni tal-iskema nazzjonali min-naħa tagħhom, u ċertament il-mekkaniżmu ma kienx ikun “limitat”. |
|
89. |
B’żieda ma’ dan, fis-sentenza appellata ma ssemmewx siltiet oħra mid-dokumenti li għalihom għamlet riferiment il-Qorti Ġenerali li kienu ċari u sinjifikattivi ħafna. |
|
90. |
Pereżempju, meta tiddiskuti l-limiti tal-qafas regolatorju li kien fis-seħħ dak iż-żmien, u l-għażliet disponibbli sabiex dan jiġi emendat sabiex jolqot iktar konċentrazzjonijiet li għandhom effetti transkonfinali, il-Green Paper tal‑1996 ma tagħmel ebda riferiment għall-allegata possibbiltà li jsir rinviju lill-Kummissjoni sabiex teżamina konċentrazzjonijiet li ma jaqgħux taħt is-sistemi nazzjonali tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. Fil-fatt, id-dispożizzjoni titqies bħala li tirrigwarda sempliċiment “l-allokazzjoni ta’ każijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri”. Il-Green Paper tal‑1996 anki tgħid li “taħt il-limiti tar-[Regolament Nru 4064/89], il-konċentrazzjonijiet huma suġġetti għall-kontroll tal-konċentrazzjonijiet nazzjonali jekk dan jeżisti” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 49 ). |
|
91. |
Imbagħad, il-Green Paper tal‑2001 terġa’ hija iktar ċara sabiex tikkontradixxi l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. L-ewwel, id-dokument jindika li l-għanijiet tiegħu (“sabiex isaħħaħ l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni Komunitarju għal każijiet b’effetti transkonfinali, sabiex jissaħħaħ il-prinċipju ‘one-stop shop’ u sabiex tittaffa l-problema tat-talbiet multipli” [traduzzjoni mhux uffiċjali]) kellhom jintlaħqu billi jiġi żgurat li l-każijiet li jwasslu għal komunikazzjonijiet multipli fuq livell nazzjonali jkunu jistgħu jiġu ttrattati mill-Kummissjoni ( 50 ). Ma hemmx għalfejn jingħad li l-każijiet li jwasslu għal komunikazzjonijiet multipli ma humiex dawk li jaqgħu taħt il-limiti nazzjonali. Fil-fatt, dan id-dokument għamel riferiment b’mod estensiv għal rinviji minħabba każijiet li huma suġġetti għal komunikazzjonijiet obbligatorji u/jew volontarji ( 51 ), iżda ma fih ebda ħjiel li l-mekkaniżmu ta’ rinviju seta’ jintuża wkoll għal konċentrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu kkomunikati fuq livell nazzjonali ( 52 ). |
|
92. |
It-tieni, il-Green Paper tal‑2001 indikat li waħda mir-raġunijiet li għaliha l-mekkaniżmu ta’ rinviju stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 kien użat inqas milli kien imissu tikkonsisti fid-“differenzi tekniċi fil-proċeduri nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-mument li jiskatta l-komunikazzjoni u r-regoli li jikkonċernaw meta jsiru l-komunikazzjonijiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 53 ). Ovvjament, tali kunsiderazzjoni ma kinitx tkun rilevanti kieku l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 kien jippermetti lill-Istati Membri jirrinvijaw konċentrazzjonijiet lill-Kummissjoni indipendentement minn jekk tkunx skattat komunikazzjoni fuq livell nazzjonali ( 54 ). B’mod simili, kieku l-Qorti Ġenerali hija korretta, ma jkunux jistgħu jingħataw spjegazzjoni d-dikjarazzjonijiet, fil-Green Paper tal‑2001, li jgħidu li l-possibbiltà sabiex ir-rinviji konġunti taħt l-Artikolu 22(3) tar-Regolament Nru 4064/89 isiru iktar operazzjonali tkun diffiċli li tiġi implimentata peress li din tkun suġġetta għall-kundizzjoni li jitwettaq “livell suffiċjenti ta’ armonizzazzjoni tad-drittijiet nazzjonali” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 55 ). |
|
93. |
Għal dak li jirrigwarda l-Proposta tal-Kummissjoni tal‑2003, il-punt 21 tagħha jgħid: “Wieħed mill-iskopijiet inizjali tal-Artikolu 22 [tar-Regolament Nru 4064/89] kien li tiġi pprovduta l-possibbiltà għall-Istati Membri li ma għandhomx leġiżlazzjoni nazzjonali għall-kontroll tal-konċentrazzjonijiet li jirrinvijaw lill-Kummissjoni każijiet li għandhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri: illum, huwa biss il-Lussemburgu li jaqa’ taħt din il-kategorija. Madankollu, il-possibbiltà għal Stat Membru wieħed li jirrinvija l-każijiet lill-Kummissjoni ma għandhiex tiġi eskluża kompletament” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 56 ). Dan jissuġġerixxi li l-użu unilaterali tal-mekkaniżmu ta’ rinviju mill-Istati Membri, għalkemm possibbli, kien ikkunsidrat improbabbli. Wieħed jista’ jargumenta li li kieku l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 ippermetta lill-Istati Membri b’sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet li jirrinvijaw ukoll każijiet li huma ma setgħux jeżaminaw, l-użu tal-mekkaniżmu ta’ rinviju ma setax jitqies improbabbli. |
|
94. |
B’żieda ma’ dan, il-punti 22 sa 25 ta’ din il-proposta indikaw ukoll li d-dgħufija prinċipali tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rinviju (l-Artikoli 9 u 22 tar-Regolament Nru 4064/89) hija l-fatt li dawn setgħu jintużaw biss wara li l-konċentrazzjoni tkun ġiet ikkomunikata jew lill-Kummissjoni jew lill-ANK, skont il-każ. Barra minn hekk, il-punt 28 ta’ dan id-dokument jagħmilha ċara ħafna li l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tistieden lill-Istati Membri jagħmlu talba għal rinviju kienet limitata għall-każijiet li kienu diġà ġew ikkomunikati. |
|
95. |
Finalment, il-punt 133 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal‑2009 jagħmilha ċara li (i) iktar milli hija kwistjoni li hija daqstant ċara kif issostni l-Kummissjoni, il-punt dwar jekk l-Istati Membri b’sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet għandhomx jitħallew jużaw l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet li ma jaqgħux taħt dawn is-sistemi kien kontroversjali, minkejja li l-formulazzjoni tiegħu ma kinitx tidher li teskludih, u l-parti l-kbira tal-Istati Membri li kienu ħadu pożizzjoni fuq din il-kwistjoni kienu tendew lejn tweġiba fin-negattiv ( 57 ); (ii) xi wħud mill-partijiet ikkonċernati li ġew ikkonsultati (li kienu jinkludu lill-ANK) sa anki staqsew jekk dispożizzjoni bħalma huwa l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 għandhiex tibqa’ assolutament teżisti, peress li l-fatt li jkun possibbli għal “Stat Membru mingħajr ġurisdizzjoni li jirrinvija jew jingħaqad f’rinviju skont l-Artikolu 22” joħloq kwistjoni ta’ prevedibbiltà, inċertezza legali u dewmien eċċessiv tal-proċeduri; u (iii) għalkemm ir-raġuni oriġinali għall-eżistenza tal-Artikolu 22 saret kważi bla użu, din id-dispożizzjoni għadha sservi skop “meta l-Istat Membri, wara perijodu ta’ evalwazzjoni ta’ tranżazzjoni, jifformaw l-opinjoni li l-każ ikun jista’ jiġi evalwat aħjar mill-Kummissjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 58 ). |
|
96. |
Għaldaqstant, nikkonkludi li d-dokumenti invokati fil-punti 96 sa 117 tas-sentenza appellata mhux biss ma jikkorroborawx il-konklużjoni misluta minnhom mill-Qorti Ġenerali imma, meta moqrija fit-totalità tagħhom, jikkontradixxu fil-fatt din il-konklużjoni. |
iv) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni storika tal‑Qorti Ġenerali (IV)
|
97. |
Ir-raba’, l-iżball li għamlet il-Qorti Ġenerali meta kkunsidrat li l-interpretazzjoni storika tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 tikkorrobora l-portata wiesgħa tiegħu, isir iktar evidenti jekk jiġu eżaminati dokumenti rilevanti oħrajn – fosthom, b’mod iktar partikolari, xi xogħol preparatorju, inkluż dawk li l-awtur tagħhom huwa l-Kunsill. |
|
98. |
Ix-xogħol preparatorju juri pjuttost b’mod ċar li, matul id-diskussjonijiet u n-negozjati li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 4064/89 mill-Kunsill fl‑1989, xi wħud mill-iktar suġġetti kontroversjali kienu jikkonċernaw id-definizzjoni tal-portata ratione materiae tar-regolament u r-rabta tiegħu ma’ regoli (Komunitarji u nazzjonali) oħra li jistgħu jkunu daqstant applikabbli għal tranżazzjonijiet ikkomunikati taħt dan ir-regolament. B’mod partikolari, qamu żewġ mistoqsijiet: l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 4064/89 kellha tkun esklużiva, jew l-Istati Membri setgħu jeżaminaw ukoll b’mod parallel il-konċentrazzjonijiet ikkomunikati? L-applikazzjoni tar-Regolament Nru 4064/89 teskludi a priori l-applikazzjoni ta’ dawk li kienu l-Artikoli 85 u 86 KEE għall-istess tranżazzjoni ( 59 )? |
|
99. |
F’dan ir-rigward, eventwalment intlaħaq ftehim, fil-Kunsill, li l-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament Nru 4064/89 kellha tkun esklużiva u, għall-kuntrarju, il-konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti stabbiliti fir-Regolament Nru 4064/89 kellhom jiġu eżaminati biss mill-awtoritajiet nazzjonali ( 60 ). Barra minn hekk, filwaqt li ma kienx possibbli li tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 KEE (id-dritt primarju) għat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-regolament, kien possibbli min-naħa l-oħra li għalihom tiġi limitata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li timplimenta dawn id-dispożizzjonijiet ( 61 ). Dan wassal sabiex ġew miżjuda żewġ paragrafi fl-Artikolu 22 tal-Proposta tal-Kummissjoni ( 62 ). |
|
100. |
Dan il-ftehim fil-Kunsill qajjem il-problema tad-diversi Stati Membri li, f’dak iż-żmien, ma kellhomx sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet (inkluż il-Belġju, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi): min għandu jeżamina l-konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti tar-Regolament Nru 4064/89 iżda li għandhom effett fuq is-suq nazzjonali tagħhom? Għaldaqstant, l-introduzzjoni tal-“klawżola Olandiża”, li kienet tippermetti lill-Kummissjoni li “tidħol fiż-żarbun” tal-awtoritajiet nazzjonali u taġixxi f’isimhom, fuq bażi eċċezzjonali, meta ma jkunx hemm leġiżlazzjoni għall-kontroll tal-konċentrazzjonijiet, jew meta dawn l-awtoritajiet, minħabba n-nuqqas relattiv ta’ esperjenza jew riżorsi limitati, ikkunsidrat lill-Kummissjoni bħala li kienet awtorità “f’pożizzjoni aħjar” sabiex teżamina konċentrazzjoni kkomunikata lilhom. |
|
101. |
Fil-fatt, kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni kkunsidraw li wieħed seta’ “raġonevolment jassumi” li konċentrazzjonijiet taħt il-limiti tar-Regolament Nru 4064/89, ġeneralment, ma kellhomx effett suffiċjenti fuq il-kummerċ li jiġġustifika li jiġu eżaminati fil-livell tal-Unjoni ( 63 ). Il-Kunsill u l-Kummissjoni kienu konxji li l-limiti tar-Regolament Nru 4064/89 setgħu jkunu bbażati fuq varjetà ta’ valuri u li dawn il-valuri jiġu ffissati f’ammonti differenti (kwalunkwe ammont kien neċessarjament ikun approssimattiv) ( 64 ). Għaldaqstant, kien ċar ħafna għall-partijiet kollha involuti fil-proċess leġiżlattiv, inkluż għall-Kummissarju għall-Kompetizzjoni ta’ dak iż-żmien ( 65 ) li, indipendentement mit-tip u mill-ammont ta’ limiti magħżula, ċerti konċentrazzjonijiet li jistgħu jaffettwaw is-suq komuni xorta waħda jiskappaw l-eżami ex ante mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament Nru 4064/89 ( 66 ). Madankollu, dan kien ikkunsidrat inevitabbli għal numru ta’ raġunijiet, inter alia, sabiex il-volum ta’ xogħol tal-Kummissjoni jinżamm f’livelli raġonevoli ( 67 ), sabiex tiġi pprovduta ċ-ċertezza legali lill-partijiet li jingħaqdu ( 68 ), u sabiex tiġi stabbilita qasma bbilanċjata u netta tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ( 69 ). Fi kwalunkwe każ, kien ċar li dawk li kienu l-Artikoli 85 u 86 KEE kienu jippermettu intervent ex post għall-konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti ( 70 ). |
|
102. |
Fil-fatt, lanqas dokument wieħed, fost l-ammont kbir ta’ xogħol preparatorju li jirrigwarda l-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 4064/89 imressaq mill-partijiet ma jipponta lejn il-possibbiltà li l-mekkaniżmu ta’ rinviju stabbilit fl-Artikolu 22(3) sa (5) tar-Regolament Nru 4064/89 għandu l-għan “korrettiv” imsemmi mill-Qorti Ġenerali. Sabiex tikkonferma dan, waqt is-seduta l-Kummissjoni ntalbet tgħid jekk tistax tindika xi tali dokument, u l-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel dan. Fil-fehma tiegħi dan ma huwiex ta’ sorpriża peress li ħafna mid-diskussjonijiet li seħħew fil-Kunsill li jikkonċernaw il-formulazzjoni preċiża ta’ din id-dispożizzjoni, kif riflessa fix-xogħol preparatorju, isiru inkomprensibbli kieku l-konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti nazzjonali jkunu jistgħu jiġu eżaminati xorta waħda bis-saħħa tal-mekkaniżmu ta’ rinviju. |
|
103. |
L-istess japplika, mutatis mutandis, għal dak li jirrigwarda l-emendi tar-Regolament Nru 4064/89 fl‑1997. Kif ingħad fil-punt 82 iktar ’il fuq, huwa minnu li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried iwessa’ l-portata tal-mekkaniżmu ta’ rinviju stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89. Madankollu, ma hemmx ħjiel fix-xogħol preparatorju li jirrigwarda r-reviżjoni tar-regolament tal-fatt li t-tibdil kellu l-għan li jimla l-lakuni kif issuġġerit mill-Qorti Ġenerali. Għall-kuntrarju, l-iskop proprju li jissaħħaħ is-sistema one-stop-shop billi jiġu evitati t-talbiet multipli jistona mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 adottata mill-Qorti Ġenerali. |
|
104. |
Fil-fatt, inħossu intrinsikament paradossali l-fatt li l-Qorti Ġenerali tagħmel riferiment għal dokument li jispjega li r-ratio legis tal-emenda tal‑1997 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 kien li tevita t-talbiet multipli, sabiex tilqa’ l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li – kif ser jiġi spjegat iktar tard ( 71 ) – ser tinkoraġġixxi de facto lill-impriżi li, għalkemm taħt il-liġijiet tal-Unjoni għall-kontroll tal-konċentrazzjonijiet u dawk nazzjonali ma huma meħtieġa li jagħmlu ebda talba, jagħmlu talba xorta waħda (potenzjalment, sa 30 waħda ( 72 )) sempliċiment għal skopijiet ta’ prekawzjoni. |
|
105. |
Barra minn hekk, id-dokumenti storiċi li jirrigwardaw l-adozzjoni fl‑2004 tar-Regolament Nru 139/2004 ma jikkorroborawx il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jikkonċernaw l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li juża l-mekkaniżmu ta’ rinviju stabbilit fl-Artikolu 22 sabiex jirrimedja l-allegati nuqqasijiet li joħorġu mir-riġidità tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ( 73 ). L-idea wara t-tibdil li sar lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 kellha l-għan li ssaħħaħ il-funzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rinviju bħala one-stop-shop li jevita l-bżonn għall-partijiet li jingħaqdu milli jagħmlu talbiet multipli. Il-formulazzjoni stess tal-emendi turi dan b’mod ċar ( 74 ). |
|
106. |
Fl-aħħar, ċerti dokumenti li nkitbu mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 jipprovdu wkoll xi indikazzjonijiet utli. Kif issemma qabel, il-valur interpretattiv tagħhom jista’ jkun relattiv biss. Madankollu, sa fejn il-Qorti Ġenerali stess bbażat ruħha biss fuq dokumenti tal-Kummissjoni li saru wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 4064/89, dawn id-dokumenti addizzjonali jippermettu stampa iktar kompluta billi jipprovdu għarfien interessanti fl-interpretazzjoni storika mogħtija mill-Kummissjoni lill-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
107. |
B’mod partikolari, fl-“Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rinviju fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet” tal‑2005 ( 75 ), ippubblikat wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 139/2004, ir-rinviji taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 jissemmew konsistentement bħala rinviju “ta’ wara l-komunikazzjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 76 ). L-użu ta’ din l-espressjoni huwa diffiċli li jiġi rrikonċiljat mad-dikjarazzjoni, magħmula ripetutament mill-Kummissjoni, li hija dejjem interpretat din id-dispożizzjoni bħala li tippermetti lill-Istati Membri jirrinvijaw każijiet li jaqgħu taħt il-limiti stabbiliti fid-dritt nazzjonali. Kieku wieħed kellu jsegwi l-argumenti tal-Kummissjoni, kien ikun stramb ukoll li l-istess dokument ma jagħmel ebda riferiment, meta jelenka “l-kategoriji ta’ każijiet li normalment ikunu l-iktar xieraq li jiġu rrinvijati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22” [traduzzjoni mhux uffiċjali], għal konċentrazzjonijiet li jwasslu għal tħassib serju dwar il-kompetizzjoni filwaqt li ma jintlaqtux mis-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet fl-Unjoni ( 77 ). Wieħed jista’ jargumenta li din is-sitwazzjoni kellha tkun fuq quddiem tal-lista. |
|
108. |
B’mod simili, fil-White Paper tal‑2014 intitolata “Lejn kontroll aktar effettiv tal-fużjonijiet tal-UE”, il-Kummissjoni pproponiet, inter alia, li “s-sistema tal-każijiet ta’ rinviju ssir aktar effiċjenti u effettiva billi [...] temenda l-Artikolu 22 biex issaħħaħ l-osservanza tal-prinċipju punt uniku ta’ servizz [one-stop-shop]” ( 78 ). B’mod interessanti, l-emendi proposti għall-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 indikaw espressament li huma biss l-Istati Membri li huma “kompetenti biex jeżaminaw tranżazzjoni mill-ġdid skont il-liġi nazzjonali tagħhom” li jistgħu jitolbu rinviju lill-Kummissjoni jew jopponuh ( 79 ). Huwa leġittimu li wieħed jiddubita li, b’tali proposti, il-Kummissjoni riedet tillimita l-portata tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 peress li din tkun tmur kontra l-għan ġenerali sabiex is-sistema ta’ eżami tal-konċentrazzjonijiet issir iktar effettiva u effiċjenti, u l-għan iktar speċifiku li jittejbu l-mekkaniżmi ta’ rinviju “kemm qabel u wara n-notifika” ( 80 ). En passant, nosserva li anki f’dan id-dokument, il-Kummissjoni għamlet riferiment mill-ġdid għall-mekkaniżmu tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 bħala li huwa rinviju “ta’ wara n-notifika” ( 81 ). |
|
109. |
Finalment, il-Pjan Direzzjonali ta’ Evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal‑2016 dwar l-aspetti proċedurali u ġurisdizzjonali tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet tal-Unjoni jidher li huwa ta’ interess ukoll. F’dak id-dokument, il-Kummissjoni tiddiskuti l-possibbiltà li tissupplimenta l-limiti għall-ġurisdizzjoni eżistenti bbażati fuq id-dħul mill-bejgħ b’limiti oħrajn ibbażati fuq kriterji alternattivi, u l-bżonn li s-sistema ta’ rinviju tiġi ssimplifikata. Fil-fehma tiegħi, ma tantx jista’ jkun hemm żewġ suġġetti li huma iktar relatati mill-qrib mal-kwistjoni involuta hawnhekk. Għaldaqstant, ma hija xejn inqas minn impressjonanti li, f’tali dokument, ma jsir ebda riferiment għall-allegata portata wiesgħa tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. Inċidentalment, id-dokument jirreferi wkoll għas-sistema ta’ rinviju bħala li tirrigwarda l-“allokazzjoni korretta tal-każijiet” u għar-rinviju mill-Istati Membri lill-Kummissjoni bħala mekkaniżmu “ta’ wara n-notifika” ( 82 ). |
|
110. |
Il-konklużjoni intermedjarja tiegħi hija li l-interpretazzjoni storika tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 tikkorrobora inekwivokament il-konklużjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tat-tifsira u tal-portata tal-mekkaniżmu ta’ rinviju inkwistjoni. |
3) Interpretazzjoni kuntestwali tal‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 22(1) tar‑Regolament Nru 139/2004
|
111. |
Ser indur issa għall-punti 118 sa 139 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni kuntestwali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Għal dan il-għan, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat tnax-il element ta’ kuntest, inklużi f’ħames dispożizzjonijiet (jew gruppi ta’ dispożizzjonijiet) tar-Regolament Nru 139/2004. Wara li eżaminat dawn l-elementi, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni li “mill-interpretazzjoni kuntestwali […] rriżulta li talba għal rinviju skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 tista’ tiġi mressqa indipendentement mill-portata tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet” ( 83 ). |
|
112. |
Jien ma naqbilx ma’ din il-konklużjoni, għal erba’ raġunijiet differenti: (i) id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 139/2004 minbarra l-Artikolu 22 ma jikkonfermawx mal-interpretazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali, (ii) u l-paragrafi u subparagrafi l-oħra tal-Artikolu 22 lanqas ma jikkonfermawha; (iii) il-Qorti Ġenerali żbaljat meta taffiet is-sinjifikat ta’ ċerti elementi ta’ kuntest li – għalkemm bl-ebda mod ma huma determinanti – jidher li għandhom ċerta piż meta jiġu kkunsidrati sew; u (iv) il-Qorti Ġenerali injorat xi elementi oħra ta’ kuntest li jidhru li jikkontradixxu l-konklużjonijiet tagħha stess. |
i) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni kuntestwali tal‑Qorti Ġenerali (I)
|
113. |
Il-Qorti Ġenerali bdiet l-evalwazzjoni kuntestwali tagħha billi eżaminat jekk il-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 139/2004 minbarra l-Artikolu 22 tiegħu tistax titfa’ xi dawl fuq it-tifsira u l-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Għal dan il-għan, hija l-ewwel eżaminat erba’ dispożizzjonijiet (jew gruppi ta’ dispożizzjonijiet) tar-Regolament. |
|
114. |
Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-bażijiet legali magħżulin mil-leġiżlatur tal-Unjoni (l-Artikoli 103 u 352 TFUE ( 84 ) kurrenti) għall-adozzjoni l-ewwel tar-Regolament Nru 4064/89, u sussegwentement għar-Regolament Nru 139/2004, ma jipprovdu ebda indikazzjoni dwar it-tifsira u l-portata korretti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Għaldaqstant, hija ċaħdet l-argument ta’ Illumina li jgħid li l-bażijiet legali jikkorroboraw l-interpretazzjoni proposta ta’ din id-dispożizzjoni ( 85 ). |
|
115. |
Din il-konstatazzjoni hija, fil-fehma tiegħi, korretta. Jidher ċar mill-preambolu tar-Regolament Nru 4064/89 u minn dak tar-Regolament Nru 139/2004 ( 86 ), kif ukoll mix-xogħol preparatorju ( 87 ), li l-leġiżlatur tal-Unjoni ħa l-pożizzjoni li l-Artikolu 103 TFUE – li jippermetti l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni intiża “għall-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 101 u 102 [TFUE]” – meħud waħdu, kien insuffiċjenti sabiex jistabbilixxi sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet intiża li tipprevjeni s-sempliċi ħolqien ta’ pożizzjonijiet dominanti (meta mqabbel mal-abbuż mill-imsemmija pożizzjonijiet dominanti, li huwa pprojbit taħt l-Artikolu 102 TFUE), u kien jolqot konċentrazzjonijiet fis-suq tal-prodotti agrikoli li, taħt l-Artikolu 38(3) TFUE u l-Anness I tat-Trattat FUE ( 88 ), setgħu jkunu suġġetti għal sistema legali speċifika li kienet tinkludi eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra li kien neċessarju li jibbaża r-Regolament ukoll fuq l-Artikolu 352 TFUE ( 89 ). |
|
116. |
Waqt is-seduta ġie diskuss fit-tul il-fatt dwar jekk il-bażijiet legali tar-Regolament Nru 139/2004 jistgħux ikunu rilevanti għal din il-kwistjoni. Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, argumentat li l-għażla tal-leġiżlatur tkun tikkonferma indirettament il-pożizzjoni tagħha peress li l-Artikolu 352 TFUE huwa dispożizzjoni li tista’ toħloq kompetenza ġdida għall-Istati Membri sabiex jitolbu lill-Kummissjoni teżamina konċentrazzjoni partikolari, anki fl-assenza ta’ kwalunkwe setgħa li tagħmel dan taħt id-dritt nazzjonali. Madankollu, indipendentement minn jekk l-Artikolu 352 TFUE jistax jinqara b’dan il-mod, ma nsib ebda ħjiel ta’ tali kunsiderazzjoni mil-leġiżlatur fi kwalunkwe dokument storiku. Kif ingħad, kemm il-preambolu u x-xogħol preparatorju jagħmluha ċara ħafna li l-għażla tal-bażi legali mil-leġiżlatur ma kinitx influwenzata mill-portata tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 ( 90 ). |
|
117. |
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għall-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament Nru 139/2004 li jistabbilixxi l-limiti li ’l fuq minnhom il-konċentrazzjoni titqies bħala li għandha “dimensjoni Komunitarja” (u għaldaqstant issir suġġetta għas-sistema ta’ komunikazzjoni mandatorja) u jagħmilha ċara li tali limiti huma “[m]ingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 22”. Mill-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament Nru 139/2004, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet li “l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 u, konsegwentement, il-kompetenza tal-eżami mill-Kummissjoni fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet jiddependu, prinċipalment, fuq il-qbiż tal-limiti tad-dħul mill-bejgħ li jiddefinixxu d-dimensjoni Ewropea u, sussidjarjament, fuq il-mekkaniżmi ta’ rinviju previsti mill-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 22 ta’ dak ir-regolament, li jikkompletaw l-imsemmija limiti billi jawtorizzaw l-eżami, mill-Kummissjoni, ta’ ċerti konċentrazzjonijiet li ma għandhomx dimensjoni Ewropea” ( 91 ). |
|
118. |
Għal darba oħra, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward hija kompletament korretta u ħadd mill-partijiet ma jikkontesta li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 jippermetti lill-Kummissjoni teżamina ċerti konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 139/2004. Madankollu, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma titfa’ ebda dawl fuq il-kwistjoni reali inkwistjoni: liema konċentrazzjonijiet taħt il-limiti tar-Regolament Nru 139/2004 jistgħu jiġu eżaminati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22 tiegħu. |
|
119. |
Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 139/2004. Din id-dispożizzjoni tinkludi mekkaniżmu ta’ rinviju ieħor, li jippermetti lill-partijiet f’konċentrazzjoni li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja u li tista’ tiġi eżaminata taħt id-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni ta’ mill-inqas tliet Stati Membri sabiex jitolbu li din il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. Kif innotat il-Qorti Ġenerali, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ivarjaw b’mod sinjifikattiv għal dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom u għall-iskop tagħhom. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali rrifjutat milli tinterpreta l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 fid-dawl tal-Artikolu 4(5) tiegħu ( 92 ). |
|
120. |
Għar-raġunijiet spjegati fil-punt 63 iktar ’il fuq, insib li dan l-approċċ huwa ġġustifikat. Fil-fehma tiegħi, il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 139/2004 hija sempliċiment inkonklużiva fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
121. |
Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 “ma jistax jiġi interpretat fid-dawl tal-mekkaniżmi ta’ riferiment previsti fl-Artikolu 4(4) u fl-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament” ( 93 ). Id-differenzi fil-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet urew, għall-Qorti Ġenerali, li dawn il-mekkaniżmi “ma humiex allinjati” u, konsegwentement, ma setgħet tiġi dedotta ebda inferenza fir-rigward tat-tifsira u tal-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 ( 94 ). |
|
122. |
Għal darba oħra, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija korretta: l-argumenti tal-appellanti f’dan ir-rigward ma humiex konvinċenti. Fl-istess ħin, ikun utli li jiżdied jingħad li anki dawn id-dispożizzjonijiet ma jikkorroborawx l-argumenti tal-Kummissjoni; fil-fatt, ma jgħidu xejn fuq il-kwistjoni inkwistjoni hawnhekk. |
ii) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni kuntestwali tal‑Qorti Ġenerali (II)
|
123. |
Finalment, fil-punti 130 sa 138 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat it-tifsira u l-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 fid-dawl tal-paragrafi u tas-subparagrafi l-oħrajn ta’ din id-dispożizzjoni. Għal dan il-għan, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat tmien elementi fl-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
124. |
L-ewwel, għall-kuntrarju ta’ dak li qalet il-Qorti Ġenerali ( 95 ), il-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 – li jipprovdi li t-talba għar-rinviju għandha ssir “mhux aktar tard minn 15‑il jum utli mill-jum li fih l-konċentrazzjoni kienet notifikata, jew f’każ li notifika mhix meħtieġa, mill-jum li fih il-konċentrazzjoni kienet mgħarrfa lill-Istat Membru konċernat” ( 96 ) – ma tfissirx li l-ewwel subparagrafu tiegħu “[j]irregola, [...] is-sitwazzjonijiet li fihom il-konċentrazzjonijiet ma jiġux innotifikati iżda sempliċement ikkomunikati lill-Istat Membru kkonċernat, jew għaliex dawn ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija sistema, jew għaliex tali sistema ma teżistix” ( 97 ). |
|
125. |
Il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt ovvju li l-kliem “kienet mgħarrfa” kienu meħtieġa sabiex id-dispożizzjoni taqdi l-funzjoni essenzjali tagħha bħala l-“klawżola Olandiża”: li tippermetti lill-Istati Membri mingħajr sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet jitolbu lill-Kummissjoni teżamina konċentrazzjonijiet li jistgħu jkunu problematiċi fuq livell nazzjonali. |
|
126. |
B’żieda ma’ dan, il-Qorti Ġenerali injorat l-emendi li saru maż-żminijiet lit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Fir-Regolament Nru 139/2004 oriġinali, din id-dispożizzjoni sempliċiment semmiet li talba trid issir “fi żmien xahar mid-data li fiha l-konċentrazzjoni ġiet mgħarrfa lill-Istat Membru jew li daħlet fis-seħħ”. Meta fl‑1997 ġie emendat ir-Regolament Nru 4064/89, din id-dispożizzjoni ġiet taqra: “talba għandha ssir fi żmien massimu ta’ xahar mid-data li fiha l-konċentrazzjoni kient saret magħrufa lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kollha li qed jagħmlu talba konġunta jew affetwati”. Finalment, kien biss mal-adozzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 li din id-dispożizzjoni ġiet emendata sabiex tinkludi wkoll referenza għall-konċentrazzjoni li trid tiġi “nnotifikata” ( 98 ). |
|
127. |
X’jgħidulna dawn l-emendi? Fil-fehma tiegħi, dawn jikkonfermaw b’mod ċar dak li ħareġ evidenti mill-analiżi tax-xogħol preparatorju: (i) l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 oriġinali kien intiż li jirregola r-rinviji mill-Istati Membri li ma għandhomx sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet (jiġifieri, ebda riferiment għan-notifika); (ii) l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 kien emendat fl‑1997 sabiex jippermetti r-rinviju minn diversi Stati Membri sabiex jiġu evitati t-talbiet multipli, meta l-Kummissjoni kienet ikkunsidrata li hija l-iktar awtorità f’pożizzjoni tajba (u għalhekk ġiet introdotta r-referenza għat-talbiet konġunti); u (iii) l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 ikkonsolida l-acquis tal-Artikolu 22 u saħħaħ il-funzjoni bħala one-stop-shop ta’ din id-dispożizzjoni (u għalhekk ġiet introdotta r-referenza għall-komunikazzjonijiet) ( 99 ). Għaldaqstant il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali bbażata fuq il-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 hija, fil-fehma tiegħi, żbaljata. |
|
128. |
It-tieni, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-appellanti ma setgħux jibbażaw l-argument tagħhom fuq il-formulazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004 li jeżiġi li l-Kummissjoni tinforma “lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri” dwar it-talba għal rinviju. Din ir-referenza hija ġenerika u ma timplikax li saret komunikazzjoni, jew li l-komunikazzjoni hija, fi kwalunkwe każ, possibbli ( 100 ). |
|
129. |
Naqbel, parzjalment, mal-Qorti Ġenerali. Meħud waħdu, dan l-element jidher li huwa inkonklużiv sabiex jiddetermina t-tifsira u l-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Madankollu, kif ser nispjega fil-punti 152 sa 162 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-dispożizzjoni inkwistjoni ma hijiex bla ebda sinjifikat, meta meqjusa flimkien ma’ dispożizzjonijiet rilevanti oħra. |
|
130. |
It-tielet, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004 – li jipprovdi li “[k]ull Stat Membru ieħor għandu jkollu d-dritt li jingħaqad mat-talba [ta’ rinviju] oriġinali” – kien konsistenti mal-paragrafu 1 tiegħu u jikkonferma li kull Stat Membru jista’ jippreżenta talba għal rinviju jew biex jingħaqad skont dan l-artikolu, indipendentement mill-portata tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet” ( 101 ). |
|
131. |
Nammetti li dan huwa element li, kif qalet il-Qorti Ġenerali, jidher li jikkorrobora l-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Madankollu, il-valur persważiv ta’ dan l-element huwa pjuttost limitat, u dan minħabba l-erba’ raġunijiet li ġejjin.
|
|
132. |
Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-fatt li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004, “[i]t-termini perentorji nazzjonali kollha relatati mal-konċentrazzjoni għandhom ikunu sospiżi” ma jikkorroborax l-interpretazzjoni tal-appellant mogħtija lill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004 ( 105 ). |
|
133. |
Fuq dan il-punt ukoll, jiena naqbel mal-konklużjoni immedjata tal-Qorti Ġenerali: it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004, meħud waħdu, ma jitfa’ ebda dawl fuq il-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 ( 106 ). |
|
134. |
Il-ħames, il-Qorti Ġenerali daret lejn il-formulazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament Nru 139/2004, li jgħid li “[l]-Istat Membru jew Stati Membri li għamel jew għamlu t-talba ma għandhomx jibqgħu japplikaw l-liġi nazzjonali tagħhom dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni”. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li tali dispożizzjoni ma tikkorroborax l-argumenti tal-appellanti: il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tirreferi wkoll għad-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-ftehimiet antikompetittivi u l-abbużi minn dominanza ( 107 ). |
|
135. |
F’dan ir-rigward, jiena naqbel kompletament mal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004 ma jikkorroborax l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 imressqa mill-appellanti (u, bl-istess mod, dik proposta mill-Kummissjoni). |
|
136. |
Is-sitt, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 139/2004, li jgħid li l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikoli 5, 6 u 8 sa 21 tiegħu japplikaw fejn il-Kummissjoni taċċetta li teżamina konċentrazzjoni li tkun ġiet irrinvijata lilha, u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 139/2004 “japplika sakemm il-konċentrazzjoni ma kinitx implimentata sal-ġurnata li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-impriżi konċernati li saret talba”. Mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tiddeduċi li l-obbligu ta’ standstill li jinsab fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 139/2004 japplika “kemm [għas]-sitwazzjonijiet li fihom il-konċentrazzjoni li hija s-suġġett tat-talba għal rinviju ma tkunx taqa’, [...] taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ebda leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll dawk li fihom tali leġiżlazzjoni tkun applikabbli iżda ma tipprevedix is-sospensjoni tal-konċentrazzjoni” ( 108 ). |
|
137. |
L-inferenza tal-Qorti Ġenerali hija mħawda. Meħuda letteralment, hija korretta ( 109 ). Madankollu, hija wkoll irrilevanti għall-kwistjoni hawnhekk. Għaldaqstant, nifhem l-inferenza tal-Qorti Ġenerali bħala li tfisser li l-obbligu ta’ standstill stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 139/2004 huwa applikabbli wkoll fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet tal-Istat Membru li jippreżenta t-talba. |
|
138. |
Madankollu, jidher li hemm lakuna fir-raġunament tal-Qorti Ġenerali: fil-fatt, ma jirriżultax immedjatament kif tali inferenza ssegwi mill-formulazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 139/2004. Fi kwalunkwe każ, nemmen li tali inferenza hija żbaljata. |
|
139. |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 139/2004 jirrendi l-obbligu ta’ standstill applikabbli għall-konċentrazzjonijiet li għalihom tkun saret talba għal rinviju sabiex jiżgura l-effettività tas-sistema ta’ eżami u jipprekludi li jkun hemm distorsjonijiet tal-kompetizzjoni qabel ma jiġi deċiż jekk il-Kummissjoni tkunx ser teżamina l-każ. |
|
140. |
Il-fatt li l-obbligu ta’ standstill japplika biss “sakemm il-konċentrazzjoni ma kinetx implimentata sal-ġurnata li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-impriżi konċernati li saret talba” huwa r-riżultat inevitabbli tal-fatt li konċentrazzjoni li fir-rigward tagħha tkun saret talba għal rinviju jista’ jkun li tkun ġiet (legalment) implimentata qabel ma tkun saret dik it-talba. Hemm diversi raġunijiet għaliex dan huwa possibbli. B’mod partikolari, talba għal rinviju tista’ ssir minn Stat Membru (jew Stat ŻEE/EFTA ( 110 )): (i) li ma għandux sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet; (ii) li għandu sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet li ma tipprovdix għal obbligu ta’ standstill ( 111 ); u (iii) meta l-obbligu ta’ standstill, għalkemm ikun jeżisti, ma kienx applikabbli għall-każ speċifiku. Għal dak li jirrigwarda dan l-aħħar punt, huwa fil-fatt importanti li jissemma li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi ta’ sospensjoni, inkluż l-eżenzjonijiet u d-derogi possibbli minnhom, kif ukoll it-tul tal-perijodi ta’ stennija applikabbli, ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor ( 112 ). |
|
141. |
Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 139/2004 tikkostitwixxi, għaldaqstant, non sequitur. Fil-fehma tiegħi, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 139/2004 ma jitfa’ ebda dawl fuq l-istruttura korretta tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
142. |
Is-seba’, il-Qorti Ġenerali nnotat li, skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 139/2004, “[i]l-Kummissjoni tista’ tinforma lil Stat Membru jew lil diversi Stati Membri li hija tqis konċentrazzjoni bħala li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 [ta’ dan l-artikolu]”. Peress li din il-formulazzjoni tagħmel riferiment biss għal dawn il-kriterji, li jidhru li huma eżawrjenti, il-Qorti Ġenerali ħadet il-pożizzjoni li din id-dispożizzjoni ma tirrikjedix li l-konċentrazzjoni tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet ( 113 ). |
|
143. |
Fil-fehma tiegħi, il-Qorti Ġenerali qiegħda tara wisq kontenut f’din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 139/2004 jissupplimenta l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004: il-mekkaniżmu ta’ rinviju inkwistjoni jista’ jinbeda minn Stat Membru wieħed jew iktar, imma wkoll mill-Kummissjoni – fiż-żewġ każijiet iż-żewġ kundizzjonijiet sostantivi meħtieġa mill-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 iridu jkunu ssodisfatti, li jispjega l-formulazzjoni simili ħafna użata fit-tnejn li huma. Proprjament kien ikun stramb kieku l-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 139/2004 kellu jkun iktar iddettaljat mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 jew jinkludi xi differenza sostanzjali meta mqabbel miegħu. Għaldaqstant, kif sostnejt fil-punt 131 iktar ’il fuq, tali dispożizzjoni ma tantx tista’ tintuża bħala sors affidabbli għall-interpretazzjoni kuntestwali tad-dispożizzjoni li l-formulazzjoni tagħha hija tirrifletti. |
|
144. |
Barra minn hekk, anki kieku wieħed kellu jikkunsidra l-formulazzjoni tal-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 139/2004 bħala rilevanti, jiena nara minn tal-inqas żewġ spjegazzjonijiet oħra għal tali formulazzjoni: dawn mhux biss ma jsostnux il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, iżda jistgħu anki jiġu kkunsidrati favorevoli għall-pożizzjoni tar-rikorrenti. |
|
145. |
Spjegazzjoni minnhom tirriżulta ċara jekk induru fuq il-punt 110 tas-sentenza appellata. F’dak il-punt, il-Qorti Ġenerali nnotat li, f’kawża preċedenti (“Kesko”), hija kienet diġà ddeċidiet li “ma hijiex il-Kummissjoni li għandha tiddeċiedi dwar il-kompetenza ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tressaq talba għal rinviju skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89, iżda li hija kellha biss tivverifika jekk din it-talba kinitx, prima facie, dik ta’ Stat Membru” ( 114 ). Dik id-deċiżjoni hija korretta inkwantu l-kwistjoni dwar jekk konċentrazzjoni partikolari għandhiex tiġi kkomunikata taħt id-dritt nazzjonali ma hijiex kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni imma waħda tad-dritt nazzjonali. Għaldaqstant, ma jistax ikun l-obbligu tal-Kummissjoni li tinforma lill-Istat Membru taħt l-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 139/2004 li, fil-fehma tagħha, mhux biss huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet sostantivi għar-rinviju, imma wkoll li l-limiti nazzjonali ntlaħqu. |
|
146. |
Spjegazzjoni oħra toħroġ min-nuqqas ta’ indikazzjoni, fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 139/2004, fir-rigward tal-kriterji li l-Kummissjoni għandha tuża sabiex tidentifika “Stat Membru jew [...] diversi Stati Membri” li, skont din id-dispożizzjoni, hija tista’ tinforma u mbagħad tistedinhom jagħmlu talba. Dawn ikunu l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom tkun tista’ tiġi affettwata l-kompetizzjoni? Jekk iva, tista’ l-Kummissjoni tagħżel liberament xi wħud minnhom biss (u fuq liema kriterji?) jew hija meħtieġa tittrattahom ugwalment? Il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni tista’, mad-daqqa ta’ għajn, tidher xi ftit ambigwa f’dan ir-rigward. Jew forsi le. Jista’ jiġi argumentat li l-Kummissjoni għandha diskrezzjoni wiesgħa f’dan ir-rigward peress li, inter alia, hija jaf tkun trid tikkunsidra, f’kull każ speċifiku, liema Stati Membri huma prima facie kompetenti sabiex jirrinvijaw konċentrazzjoni u liema le. |
|
147. |
Għaldaqstant, jiena tal-fehma li lanqas l-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 139/2004 ma huwa ta’ għajnuna sabiex jiddetermina n-natura u l-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
148. |
Finalment, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 “ma jinkludu l-ebda element rilevanti li jista’ jgħin jiċċara iktar il-kontenut tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tal-imsemmi regolament” ( 115 ). Kif ser nispjega fit-taqsimiet li ġejjin ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena ma naqbilx ma’ din l-aħħar konstatazzjoni. |
|
149. |
Fuq il-bażi ta’ diversi elementi ta’ kuntest imsemmija iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni li l-interpretazzjoni kuntestwali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 tikkonferma li talba għal rinviju taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 tista’ titressaq indipendentement mill-portata tar-regoli nazzjonali għall-kontroll tal-konċentrazzjonijiet. Madankollu, kif spjegajt, tali konklużjoni ma ssegwix mill-analiżi kuntestwali mwettqa mill-Qorti Ġenerali. F’din l-analiżi, il-Qorti Ġenerali straħet, b’mod ġenerali, fuq tnax-il element ta’ kuntest. Minn dawk it-tnax-il element li ġew eżaminati:
|
|
150. |
Għaldaqstant, anki jekk wieħed kellu jsegwi kompletament ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, quod non, il-konklużjoni tagħha tkun ibbażata biss fuq erba’ elementi ta’ kuntest. Madankollu, kif ġie spjegat, tlieta minn dawn l-elementi ġew evalwati b’mod żbaljat u wieħed minnhom, għalkemm huwa minnu li jiffavorixxi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, ma jidhirx li huwa partikolarment persważiv. |
|
151. |
Barra minn hekk, nikkunsidra l-analiżi kuntestwali li saret fis-sentenza appellata bħala problematika għal żewġ raġunijiet addizzjonali: (i) il-Qorti Ġenerali eskludiet b’mod żbaljat l-importanza ta’ xi elementi ta’ kuntest li – għalkemm ċertament mhux determinanti – għandhom valur indikattiv meta kkunsidrati kif suppost; u (ii) il-Qorti Ġenerali injorat elementi oħra ta’ kuntest li jidhru li jikkontradixxu l-konklużjonijiet tagħhom. |
iii) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni kuntestwali tal‑Qorti Ġenerali (III)
|
152. |
Nibda sabiex ngħid li, xi elementi ta’ kuntest li l-Qorti tal-Ġenerali injorat l-importanza tagħhom ( 116 ) jiksbu, fil-fehma tiegħi, ċertu valur ermenewtiku meta tittieħed id-debita kunsiderazzjoni ta’ żewġ aspetti li dik il-qorti injorat: il-konnessjoni tagħhom u l-fattur taż-żmien. |
|
153. |
Ħalli nispjega. L-elementi li nirreferi għalihom huma dispożizzjonijiet u premessi tar-Regolament Nru 139/2004 li, meta jiġu eżaminati b’mod iżolat, jistgħu jidhru li ma huma ta’ ebda importanza partikolari għall-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Madankollu, fir-realtà, meta wieħed jieħu pass lura u jħares lejn dawn id-dispożizzjonijiet u premessi flimkien, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni meta u għaliex ġew introdotti fir-Regolament, jistgħu fil-fatt joħorġu xi indikazzjonijiet utli. |
|
154. |
Mal-ewwel daqqa ta’ għajn, l-appellanti jinvokaw numru ta’ dispożizzjonijiet u premessi tar-Regolament Nru 139/2004 li jidhru li huma bbażati fuq il-premessa li (i) il-konċentrazzjoni suġġetta għar-rinviju taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 hija jew ikkomunikata jew tista’ tiġi kkomunikata fuq livell nazzjonali ( 117 ); (ii) fi kwalunkwe każ, din il-konċentrazzjoni trid tiġi eżaminata xi mkien, anki jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tagħmilx dan ( 118 ); jew (iii) l-awtoritajiet nazzjonali li jagħmlu r-rinviju għandhom ikunu kompetenti sabiex jeżaminaw il-konċentrazzjoni. Dan l-aħħar punt jixraqlu spjegazzjoni qasira. |
|
155. |
Kif issemma qabel, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004 jeħtieġ li l-Kummissjoni “tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u lill-impriżi konċernati dwar kull talba [għal rinviju] li tirċievi” skont il-paragrafu 1. L-istess bħall-Qorti Ġenerali, jiena wkoll intendi li naqra t-termini “awtoritajiet kompetenti” bħala li jirreferu għall-awtoritajiet nazzjonali li jkunu responsabbli mill-konċentrazzjonijiet b’mod ġenerali – għall-kuntrarju ta’ awtoritajiet li għandhom il-kompetenza jeżaminaw il-konċentrazzjoni speċifika taħt id-dritt nazzjonali. |
|
156. |
Madankollu, din l-interpretazzjoni titpoġġa f’dubju, kif jissemma fil-punt 131 iktar ’il fuq, bil-premessa 15 tar-Regolament Nru 139/2004 – premessa li tittratta preċiżament il-mekkaniżmu ta’ rinviju inkwistjoni, u b’mod iktar speċifiku l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfatti sabiex dan il-mekkaniżmu jintuża skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Din il-premessa taqra kif ġej: “Stat Membru għandu jkun jista’ jirreferi lill-Kummissjoni konċentrazzjoni li għalkemm ma għandhiex dimensjoni Komunitarja xorta tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u thedded li taffettwa b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni fit-territorju tiegħu. Stati Membri oħra li huma wkoll kompetenti sabiex jeżaminaw il-konċentrazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħaqdu mat-talba” ( 119 ). Il-formulazzjoni ta’ din il-premessa tissuġġerixxi – kif jargumentaw l-appellanti – li l-Istat Membru li jagħmel ir-rinviju jrid ikollu l-kompetenza, taħt id-dritt nazzjonali, li jeżamina l-konċentrazzjoni inkwistjoni? |
|
157. |
Il-Qorti Ġenerali malajr qatgħet l-argumenti tal-appellanti: dawn id-dispożizzjonijiet u premessi ma jistgħux jinqraw bħala li jimplikaw li, sabiex tkun irrinvijata, konċentrazzjoni partikolari trid tkun ikkomunikata jew komunikabbli fl-Istat Membru li jiskatta l-mekkaniżmu ( 120 ). Dan biss huwa manifestament korrett. Ftit li xejn għandi bżonn nenfasizza mill-ġdid li l-mekkaniżmu ta’ rinviju tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 jista’ jintuża minn – u kien primarjament maħluq għal – l-Istati Membri li ma għandhomx sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet. |
|
158. |
Madankollu, huwa xi ftit simplistiku li wieħed iwaqqaf hawn l-analiżi legali, kif għamlet il-Qorti Ġenerali. Bl-istess mod, hija sorprendenti kif il-Kummissjoni ma baqgħetx tinsisti fuq il-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fl-osservazzjonijiet tagħha, meta wieħed iqis l-importanza kbira li hija tagħti lill-interpretazzjoni testwali fil-kuntest ta’ din il-kawża. |
|
159. |
Wieħed ma jistax ma jinnotax, f’dan il-kuntest, li hemm ċerta inkonsistenza fl-argumenti mressqa mill-Kummissjoni kif ukoll fil-motivazzjoni fis-sentenza appellata. It-tnejn li huma huma bbażati ħafna fuq il-formulazzjoni (allegatament ċara) ta’ ċerti dispożizzjonijiet u mbagħad jinjoraw dak li jidher li jsegwi mill-formulazzjoni (allegatament ċara) ta’ dispożizzjonijiet oħra, minħabba s-sempliċi fatt li din tal-aħħar ma tistax tkun irrikonċiljata mal-interpretazzjoni mogħtija lil dik tal-ewwel. Fil-fehma tiegħi, il-fatt li ċerti indikazzjonijiet mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet jiġu injorati minħabba li dawn l-indikazzjonijiet ma jaqblux mal-konklużjoni provviżorja li wieħed ikun wasal għaliha qabel ma huwiex interpretazzjoni kuntestwali eżawrjenti. Dan jiġi kważi tidwir ta’ raġunament. |
|
160. |
Nemmen li interpretu iktar prudenti kien jistaqsi għaliex ċerti dispożizzjonijiet u premessi tar-Regolament Nru 139/2004 ma jkunux ifissru dak li l-formulazzjoni tagħhom tissuġġerixxi. Fil-fehma tiegħi, ir-raġuni wara l-idjosinkrazija ta’ dawn il-premessi u dispożizzjonijiet qiegħda fil-fatt li ebda waħda minnhom ma kienet inkluża fir-Regolament Nru 4064/89 oriġinali fl‑1989. Kollha ġew introdotti wara, meta r-Regolament Nru 4064/89, wara li kien emendat fuq dan il-punt fl‑1997, ġie eventwalment issostitwit bir-Regolament Nru 139/2004. |
|
161. |
Peress li dan il-punt diġà ġie ttrattat estensivament, ma għandix bżonn nindirizzah mill-ġdid. Ir-Regolament Nru 139/2004 kien intiż li jiżviluppa l-għan tal-“one-stop-shop” tal-mekkaniżmu ta’ rinviju. Għaldaqstant, peress li dan l-għan jikkonċerna biss il-konċentrazzjonijiet ikkomunikati jew li jistgħu jiġu kkomunikati, huwa pjuttost ovvju li l-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u premessi kienet ifformulata fid-dawl ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. |
|
162. |
Fid-dawl ta’ dan, il-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u premessi tagħmel ħafna sens u hija konsistenti mal-bqija tar-Regolament Nru 139/2004. Konsegwentement, anki dawn l-elementi ta’ kuntest jissuġġerixxu li l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 ma kien qatt intiż li jippermetti lill-Istati Membri jirrinvijaw lill-Kummissjoni konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti nazzjonali. Kieku kien mod ieħor, probabbilment kienu jkunu fformulati b’mod differenti. Billi nuża espressjoni oħra, kieku ngħid allura, fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u premessi, il-Qorti Ġenerali intilfet fid-dettalji u ma ratx dak li huwa verament importanti. |
iv) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni kuntestwali tal‑Qorti Ġenerali (IV)
|
163. |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali injorat aspetti oħra tal-kuntest ġuridiku li, fil-fehma tiegħi, jidhru wkoll li jikkorroboraw l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 imressqa mill-appellanti. |
|
164. |
Fuq dan il-punt nista’ nerġa’ nitkellem fil-qosor. Fil-fatt, diġà għamilt riferiment għal xi ftit minn dawn l-elementi f’partijiet preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet. |
|
165. |
Nibda sabiex ngħid li, il-premessa 15 in fine tgħid li, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, il-Kummissjoni għandu jkollha s-“setgħa li teżamina u tittratta ma’ konċentrazzjoni f’isem Stat Membru li jkun għamel talba jew f’isem Stati Membri li jkunu għamlu talba” ( 121 ). Il-formulazzjoni ta’ din il-premessa hija diffiċli li tiġi rrikonċiljata ma’ dispożizzjoni li – skont il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali – tagħti l-kompetenza lill-Kummissjoni sabiex teżamina ċerti konċentrazzjonijiet li jaffettwaw il-kompetizzjoni fis-suq intern. Jekk il-problema qiegħda fis-suq intern, għaliex il-Kummissjoni taġixxi fl-interess ta’, flok jew f’isem ( 122 ) awtorità nazzjonali, a fortiori waħda li ma għandhiex kompetenza teżamina l-konċentrazzjoni inkwistjoni? |
|
166. |
Id-dubji tiegħi fuq dan il-punt jiżdiedu minħabba l-formulazzjoni tal-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 4064/89 oriġinali, li jaqra li: “[s]kond il-paragrafu 3 il-Kummissjoni għandha tieħu biss il-miżuri meħtieġa biex tinżamm jew tinġieb lura l-kompetizzjoni effettiva fit-territorju tal-Istat Membru li jkun talab l-intervent tagħha” ( 123 ). Il-limitu espress impost fuq is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni f’dawn iċ-ċirkustanzi ( 124 ) juri, fil-fehma tiegħi inekwivokament, li l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 ma kienx intiż li jkollu l-funzjoni korrettiva wiesgħa li tagħtu l-Qorti Ġenerali. |
|
167. |
Huwa wkoll interessanti li wieħed jinnota li, fis-sentenza appellata, ma jsir ebda riferiment għall-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament Nru 139/2004, li jipprovdi għal proċedura ssimplifikata ( 125 ) li tippermetti lill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, li “jirrevedi l-limiti u l-kriterji” li, taħt din id-dispożizzjoni, jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 ( 126 ). Huwa importanti li jiġi nnotat li din id-dispożizzjoni tirreferi mhux biss għal-“limiti” (mifhuma bħala limiti tad-dħul mill-bejgħ) imma wkoll għall-“kriterji”. Dan ifisser li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’, jekk jidhirlu neċessarju, jiddeċiedi li jissostitwixxi jew jintegra l-limiti ta’ dħul mill-bejgħ ma’ kriterji bbażati fuq tipi oħra ta’ ċifri (pereżempju, il-prezz imħallas mix-xerrej, il-valur tat-tranżazzjoni, l-ishma mis-suq, is-sehem mill-provvista, il-valur tal-assi lokali li għandhom jiġu ttrasferiti, l-impatt potenzjali fuq is-swieq rilevanti, eċċ.). Għaldaqstant, hemm mekkaniżmu korrettiv sistemiku mibni fir-Regolament Nru 139/2004 li jippermetti l-aġġustament rapidu tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jekk il-kriterji ġurisdizzjonali użati, minħabba l-iżviluppi fis-suq, ma jibqgħux xierqa sabiex jolqtu konċentrazzjonijiet li potenzjalment huma ta’ ħsara. |
|
168. |
Jiena naqbel mal-Kummissjoni li, meħud waħdu, il-valur ermenewtiku ta’ dan l-element ma għandux jiġi enfasizzat iżżejjed. Madankollu, huwa minnu li jqajjem mistoqsijiet dwar il-bżonn li, fir-Regolament, ikun hemm mekkaniżmu korrettiv ad hoc bħalma huwa dak ikkontemplat mill-Qorti Ġenerali. B’żieda ma’ dan, dan l-element ta’ kuntest isir ħafna iktar rilevanti għall-interpretu meta eżaminat minn angolu differenti. |
|
169. |
Għandu jitfakkar li fir-Regolament Nru 4064/89 oriġinali kien hemm diġà dispożizzjoni simili għall-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament Nru 139/2004 u, f’dan l-aħħar regolament, il-konnessjoni bejn il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-limiti u l-mekkaniżmu ta’ rinviju kienet diretta u espliċita. B’mod interessanti, il-mekkaniżmu ta’ rinviju stabbilit fl-Artikolu 22(3) sa (5) tar-Regolament Nru 4064/89 kien inizjalment maħluq bħala wieħed temporanju. Fil-fatt, l-Artikolu 22(6) tar-Regolament Nru 4064/89 kien jipprovdi li “[i]l-paragrafi 3 sa 5 għandhom jibqgħu japplikaw sakemm l-għetiebi [il-limiti] msemmija fl-Artikoli 1(2) jkunu ġew riveduti”. Dan ifisser li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fl‑1989, ikkunsidra li l-mekkaniżmu ta’ rinviju kien intiż li ma jibqax jintuża malli l-esperjenza “fil-prattika” tkun ippermettiet li jsiru l-aġġustamenti xierqa lil-limiti tad-dħul mill-bejgħ ( 127 ). Ovvjament, tali kunsiderazzjoni kienet tkun kompletament bla sens kieku l-mekkaniżmu ta’ rinviju kien intiż, kif targumenta l-Kummissjoni, sabiex jolqot ukoll konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti nazzjonali: l-utilità tiegħu ma tkun affettwata assolutament b’ebda tibdil fil-limiti tar-Regolament Nru 4064/89. A fortiori, kieku l-mekkaniżmu ta’ rinviju kien intiż bħala li jolqot konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti nazzjonali, għaliex huwa temporanju? |
|
170. |
Il-konklużjoni intermedjarja tiegħi hija li, b’mod ġenerali, l-interpretazzjoni kuntestwali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 tikkorrobora wkoll il-konklużjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tat-tifsira u tal-portata tal-mekkaniżmu ta’ rinviju inkwistjoni. Fil-fatt, għalkemm hemm elementi li jmorru lejn iż-żewġ direzzjonijiet, dawk immirati lejn portata iktar dejqa ta’ din id-dispożizzjoni huma ħafna iktar numerużi u iktar rilevanti minn dawk immirati lejn portata tagħha li tkun iktar wiesgħa. |
4) Interpretazzjoni teleoloġika tal‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 22(1) tar‑Regolament Nru 139/2004
|
171. |
Imbagħad, fil-punti 140 sa 151 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni teleoloġika tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004, fejn iffokat prinċipalment fuq il-formulazzjoni tal-preambolu. B’mod partikolari, hija enfasizzat li, kif jirriżulta mill-premessi 5, 6, 8, 24 u 25 ta’ dan ir-regolament, l-għan tiegħu huwa “li jippermetti l-kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha li għandhom effetti sinjifikattivi fuq l-istruttura tal-kompetizzjoni fl-Unjoni”. Il-Qorti Ġenerali enfasizzat li, fil-premessa 11, il-mekkaniżmi ta’ rinviju huma indikati bħala “mekkaniżm[i] korrettiv[i]”, li jindika li huma joħolqu “kompetenza sussidjarja tal-Kummissjoni li tagħtiha l-flessibbiltà neċessarja sabiex tilħaq l-għan ta’ dak ir-regolament”. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li “l-interpretazzjoni teleoloġika tikkonferma li talba għal rinviju skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 tista’ tiġi ppreżentata indipendentement mill-portata tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet”. |
|
172. |
Jiena jkolli għal darba oħra ma naqbilx mal-Qorti Ġenerali. Biex nispjega għaliex, ser nipprova nittratta żewġ kwistjonijiet li, f’dan il-kuntest, jitfgħu dawl fuq it-tifsira u l-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. L-ewwel, x’inhuma l-għanijiet speċifiċi ta’ din id-dispożizzjoni? It-tieni, l-għan għall-mili tal-lakuni mfittex minn din id-dispożizzjoni huwa konsistenti mal-għan ġenerali tar-Regolament Nru 139/2004? |
i) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni teleoloġika tal‑Qorti Ġenerali (I)
|
173. |
Ir-risposta għall-ewwel domanda, f’dan il-punt tal-analiżi tiegħi, hija parzjalment ċara. Fil-fatt, kemm l-evalwazzjoni storika kif ukoll dik kuntestwali tar-Regolament Nru 139/2004 żvelaw żewġ għanijiet li huma bla dubju imfittxija mill-mekkaniżmu ta’ rinviju stabbilit fl-Artikolu 22 tiegħu. L-ewwel għan, li nibbet l-inklużjoni tal-mekkaniżmu ta’ rinviju fir-Regolament Nru 4064/89 oriġinali (il-“klawżola Olandiża”), kien li jippermetti l-eżami tal-konċentrazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni lokalment, meta l-Istat Membru inkwistjoni ma għandu ebda sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet. It-tieni għan, introdott bir-riforma tar-Regolament Nru 4064/89 fl‑1997 u mbagħad imsaħħaħ bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 139/2004, huwa l-għan tal-“one-stop-shop”: li jippermetti l-eżami mill-Kummissjoni ta’ konċentrazzjoni kkomunikata jew li tista’ tkun ikkomunikata f’diversi Stati Membri, sabiex ikunu evitati talbiet nazzjonali multipli. |
|
174. |
L-ewwel għan ma jirriżultax b’mod ovvju fil-formulazzjoni tal-preambolu tar-Regolament Nru 4064/89 oriġinali. Madankollu, il-fatt li l-mekkaniżmu ta’ rinviju kien introdott inizjalment sabiex jilħaq dan l-għan ġie aċċertat mill-Qorti Ġenerali u huwa paċifiku bejn il-partijiet. Fi kwalunkwe każ, l-assenza ta’ riferiment għal dan l-għan fil-preambolu tar-Regolament Nru 4064/89 ma hijiex sorpriża peress li, kif ġie spjegat iktar ’il fuq, il-portata u s-sinjifikat tiegħu kien oriġinarjament intiż bħala li huwa limitat ħafna. Fil-fatt, inizjalment, kien intiż biss sabiex japplika temporanjament, jiġifieri, sakemm il-limiti tad-dħul mill-bejgħ kienu aġġustati, u eċċezzjonalment, minħabba l-portata limitata tiegħu, kif iddikjara espressament il-Kummissarju tal-Kompetizzjoni ta’ dak iż-żmien ( 128 ). |
|
175. |
Għall-kuntrarju, hemm riferiment espress (u b’mod enfatiku) għat-tieni għan fil-preambolu kemm tar-Regolament tal‑1997 kif ukoll tar-Regolament Nru 139/2004 ( 129 ). Dan ukoll huwa sorprendenti, fid-dawl tal-importanza tat-tibdil magħmul lill-mekkaniżmu ta’ rinviju inkwistjoni. |
|
176. |
Indur issa fuq id-domanda dwar jekk it-tielet għan allegatament imfittex mill-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 – dak li jimla l-lakuni, u b’hekk jippermetti l-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti kemm tal-Unjoni kif ukoll dawk nazzjonali – jistax jiġi identifikat. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li dan l-għan jinsab ikkonfermat fil-premessa 11 tar-Regolament Nru 139/2004, li tgħid li “[i]r-regoli li jirregolaw ir-referenza ta’ konċentrazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom joperaw b'mod li joħolqu mekkaniżmu korrettiv u effettiv”. |
|
177. |
F’dan ir-rigward, jiena tal-fehma li l-Qorti Ġenerali fehmet ħażin din il-premessa. L-espressjoni “mekkaniżmu korrettiv” ma għandhiex tinqara b’mod iżolat imma għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest proprju tagħha. |
|
178. |
L-ewwel, x’inhu s-suġġett tal-premessa 11? Il-kuntest tagħha huwa importanti. Il-premessa 8 tiċċara l-prinċipji bażiċi li jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-ANK. Il-premessi 9 u 10 jikkonċernaw il-limiti tad-dħul mill-bejgħ taħt ir-Regolament Nru 139/2004 sabiex il-konċentrazzjonijiet jitqiesu ta’ “dimensjoni Komunitarja”. Min-naħa tagħha, il-premessa 12 tikkonċerna l-konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti tad-dħul mill-bejgħ tar-Regolament Nru 139/2004 imma, “jikkwalifkaw għal eżaminazzjoni taħt numru ta’ sistemi nazzjonali li jikkontrollaw għaqdiet bejn impriżi”. Għal dak li jirrigwarda lil dawn tal-aħħar, il-premessa 12 tinnota li “[j]ekk isiru diver[s]i notifki dwar l-istess transazzjoni tiżdied l-inċertezza legali, u jiżdiedu wkoll l-isforz u l-ispejjeż għall-impriżi. Dan jista’ jwassal ukoll għal stimi [evalwazzjonijiet] li ma jaqblux bejniethom”, u għal din ir-raġuni tikkonkludi li “[i]s-sistemà li permezz tagħha konċentrazzjonijiet jistgħu jkunu mgħarrfa lil-Kummissjoni mill-Istati Membri konċernati għandha tkun żviluppata aktar”. Il-premessi 13 sa 16 jirrigwardaw imbagħad il-kooperazzjoni li għandha tiġi stabbilita bejn il-Kummissjoni u l-ANK għal dan il-għan, u juru l-funzjonament tad-diversi mekkaniżmi ta’ rinviju. |
|
179. |
Fil-fehma tiegħi, il-kuntest ta’ hawn fuq jissuġġerixxi li l-premessa 11 tirreferi għal mekkaniżmu li għandu funzjoni korrettiva f’termini ta’ allokazzjoni ta’ kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-ANK. Din il-premessa ma hijiex ikkonċernata, kif qalet il-Qorti Ġenerali, mal-ħolqien ta’ “kompetenza sussidjarja tal-Kummissjoni li tagħtiha l-flessibbiltà neċessarja sabiex tilħaq l-għan ta’ dak ir-regolament” ( 130 ). |
|
180. |
Din il-kunsiderazzjoni preċedenti ssib konfort addizzjonali, l-ewwel, fil-fatt li din il-premessa ma kinitx fir-Regolament Nru 4064/89 oriġinali, imma kienet introdotta biss fir-Regolament Nru 139/2004. Fil-fatt, l-utilità tal-mekkaniżmu ta’ rinviju fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ każijiet bejn awtoritajiet differenti, kollha kemm huma kompetenti sabiex jeżaminaw konċentrazzjoni partikolari, twieldet biss fl‑1997 u qabel ma kisbet importanza ikbar fl‑2004. |
|
181. |
Fil-fatt, il-punt 94 tal-Green Paper tal‑2001 jikkonferma li: dan jgħid, “sabiex l-Artikolu 22(3) ikun operazzjonali bħala mekkaniżmu korrettiv applikabbli b’mod ġenerali għall-problema tat-talbiet multipli, is-sistema x’aktarx li tkun trid emenda mhux biss tar-Regolament dwar l-Għaqdiet” ( 131 ). Dan il-punt jippermetti li jinstiltu żewġ konklużjonijiet. L-ewwel, li t-terminu“mekkaniżmu korrettiv” fil-premessa 11 tar-Regolament Nru 139/2004 jirreferi għall-problema individwali tat-talbiet multipli, u mhux għall-kwistjoni iktar wiesgħa tad-defiċjenzi kollha inerenti għas-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet ibbażata fuq il-limiti. Barra minn hekk, il-kwistjoni tat-talbiet multipli tqum biss minħabba li l-konċentrazzjonijiet jistgħu jkunu suġġetti għal diversi sistemi nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet u mhux minħabba li huma ma jaqgħux taħt tali sistemi. It-tieni, il-fatt li l-Artikolu 22 jiġi invokat bħala rimedju għall-problema tat-talbiet multipli huwa xi ħaġa li jeħtieġ diskussjoni u emenda leġiżlattiva u għaldaqstant ma kienx l-għan inizjali ta’ dan l-artikolu. Minn dan isegwi li l-fatt li l-Artikolu 22 jiġi invokat sabiex jirrimedja problemi oħra iktar wiesgħa jkun jeħtieġ ukoll diskussjoni u emendi. |
|
182. |
Meta l-premessa 11 tinqara fit-totalità tagħha, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jiġu kkonfermati ulterjorment. Din il-premessa tgħid: “[i]r-regoli li jirregolaw ir-referenza [rinviju] ta’ konċentrazzjonijiet […] għandhom joperaw b’mod li joħolqu mekkaniżmu korrettiv u effettiv u dan fid-dawl tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà; dawn ir-regoli jipproteġu l-interessi ta’ l-Istati Membri fil-kompetizzjoni b’mod adegwat u jirrispettaw iċ-ċertezza legali u l-prinċipju tal-‘one-stop shop’”. Jiena niddeduċi żewġ inferenzi minn dan il-paragrafu. L-ewwel, ir-riferiment għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà u għall-protezzjoni adegwata tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jikkonferma portata limitata għall-mekkaniżmu ta’ rinviju: huwa intiż biss sabiex jirrimedja s-sitwazzjonijiet fejn il-kompetizzjoni hija affettwata lokalment. It-tieni, ir-riferiment għaċ-ċertezza legali u għall-prinċipju tal-“one-stop shop” jissuġġerixxi wkoll li l-mekkaniżmi ta’ rinviju huma intiżi li jissostitwixxu diversi proċeduri nazzjonali bi proċedura ċċentralizzata waħda, li tippreżumi li l-konċentrazzjonijiet inkwistjoni jilħqu l-limiti nazzjonali. |
|
183. |
Għaldaqstant, nibqa’ mhux konvint mill-interpretazzjoni li l-Qorti Ġenerali tat lill-premessa 11 tar-Regolament Nru 139/2004. Lanqas ma jiena konvint mill-fatt li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq il-premessi 6 u 24 tar-Regolament Nru 139/2004, inkwantu dawn jirreferu għall-kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha. |
|
184. |
Għal darba oħra, meta dawn il-premessi jinqraw fit-totalità tagħhom u fil-kuntest proprju tagħhom, jidher pjuttost ċar li t-terminu “kollha” ma jfissirx li kull konċentrazzjoni li sseħħ fid-dinja, sakemm tkun ta’ xi tħassib dwar il-kompetizzjoni f’xi Stat Membru, għandha tkun suġġetta għall-kontroll “effettiv” taħt ir-Regolament Nru 139/2004. Il-premessa 6 tipprovdi: “[g]ħaldaqstant, hemm il-bżonn ta’ strument legali speċifiku li jippermetti li jsir kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha skond l-effett tagħhom fuq l-istruttura tal-kompetizzjoni fil-Komunità. Dan l-istrument għandu jkun l-uniku strument li japplika għal dawn il-konċentrazzjonijiet”. B’mod simili, il-premessa 24 tipprovdi: “[d]an ir-Regolament għandu jippermetti kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha mill-aspett ta’ l-effett tagħhom fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità”. |
|
185. |
Diversi elementi testwali f’dawn il-premessi jikkontradixxu b’mod ċar l-implikazzjonijiet li dawn huma kkonċernati bil-mekkaniżmu ta’ rinviju inkwistjoni. L-ewwel, mhux il-“konċentrazzjonijiet kollha” jistgħu jkunu kkontrollati taħt ir-Regolament Nru 139/2004: jekk il-limiti stabbiliti mir-Regolament ma jintlaħqux, il-konċentrazzjoni normalment tiġi eżaminata minn awtoritajiet tal-kompetizzjoni oħrajn (tal-Istati Membri tal-Unjoni u/jew ta’ terzi Stati). It-tieni, għal dak li jirrigwarda dawk il-konċentrazzjonijiet li – jekk wieħed kellu jsegwi t-teorija tal-Kummissjoni – jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 “mill-bieb ta’ wara” (jiġifieri, dawk li fir-rigward tagħhom, bħala prinċipju, la l-Kummissjoni u lanqas l-ANK rilevanti ma huma kompetenti), ma jistax jingħad li r-Regolament Nru 139/2004 ikun “l-uniku strument li japplika għal dawn il-konċentrazzjonijiet”; fil-fatt, l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 jippermetti proċeduri paralleli quddiem il-Kummissjoni (meta din issirilha talba minn ANK waħda jew iktar) u quddiem ANK waħda jew iktar (dawk li ma jingħaqdux mat-talba għal rinviju). It-tielet, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, il-Kummissjoni ma teżaminax konċentrazzjonijiet “mill-aspett ta’ l-effett tagħhom fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità”, kif jgħidu l-premessi 6 u 24 ( 132 ), iżda biss fit-territorji tal-Istati Membri li jagħmlu r-rinviju (l-Artikolu 22(1) u (5) tar-Regolament Nru 139/2004). Fil-fatt, il-qrati tal-Unjoni konsistentement interpretaw it-terminu “konċentrazzjonijiet kollha” li jinsab fil-preambolu tar-Regolament Nru 139/2004 bħala li jirreferi għal dawk “b’dimensjoni Komunitarja” ( 133 ). |
|
186. |
Jekk dan huwa l-każ, madankollu, tqum mistoqsija waħda: għal xiex jirreferi t-terminu “kollha” fil-kuntest ta’ dawn il-premessi? Ir-risposta qiegħda fil-formulazzjoni ta’ dawn il-premessi, u hija kkonfermata mill-istorja u mill-iskop tagħhom. L-espressjonijiet użati f’dawn il-premessi jistgħu jiġu rrintraċċati lura għas-seba’ premessa tar-Regolament Nru 4064/89 oriġinali ( 134 ), u huma intiżi li jagħmluha assolutament ċara li, taħt ir-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet, il-konċentrazzjonijiet kollha jiġu evalwati “mill-aspett ta’ l-effett tagħhom fuq il-kompetizzjoni”. Din il-kjarifika, li nammetti li tista’ tidher ovvja u għaldaqstant mhux meħtieġa llum, ma kienet żejda xejn dak iż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 4064/89. Fil-fatt, raġuni oħra li waqqfet, għal diversi snin, in-negozjati fi ħdan il-Kunsill kienet id-differenza ċara bejn il-pożizzjonijiet ta’ diversi Stati Membri dwar il-kriterji li l-Kummissjoni kienet ser tuża meta tiddeċiedi jekk tapprovax konċentrazzjoni jew le. Filwaqt li l-Kummissjoni u diversi Stati Membri ffavorixxew analiżi purament antitrust, ċerti Stat Membri opponew din l-idea, u ħadu l-pożizzjoni li l-konċentrazzjonijiet għandhom ikunu evalwati fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet oħra, u b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ politika industrijali. Eventwalment, rebħet l-ewwel pożizzjoni u l-kompromess kien li, fir-Regolament, tiġi inkluża dik l-imsejħa klawżola Ġermaniża (dak iż-żmien l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Nru 4064/89, illum l-Artikolu 21(4) tar-Regolament Nru 139/2004) li tat xi setgħat residwali ta’ intervent lill-Istati Membri ( 135 ). Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni tidher li tikkonferma l-interpretazzjoni tiegħi ta’ din il-premessa ( 136 ). |
|
187. |
Għaldaqstant, il-fatt li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq il-premessi 6, 11 u 24 f’dan il-kuntest huwa, fil-fehma tiegħi, żbaljat. Minn qari iktar mill-qrib, ma hemm ebda riferiment mill-preambolu ta’ ebda waħda mit-tliet regolamenti dwar il-konċentrazzjonijiet, jew inferenza fihom, ta’ xi funzjoni mogħtija lill-Artikolu 22 sabiex jimla l-lakuni. Is-silenzju fuq dan il-punt huwa pjuttost indikattiv, fid-dawl tal-impatt potenzjalment straordinarju li tali dispożizzjoni jkollha fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet li (i) “[t]istrieħ fuq il-prinċipju ta’ separazzjoni preċiża ta’ kompetenzi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u [l-Kummissjoni] ( 137 ), u (ii) il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa “limitat b’limiti kwantitattivi” ( 138 ). |
|
188. |
B’dan premess, kwistjoni oħra f’dan il-kuntest hija dwar jekk l-għan tal-mili tal-lakuni attribwit lilha mill-Qorti Ġenerali jkunx konsistenti mal-għanijiet ġenerali tar-Regolament Nru 139/2004. |
ii) Il‑limiti tal‑evalwazzjoni teleoloġika tal‑Qorti Ġenerali (II)
|
189. |
Fil-punt 140 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-preambolu tar-Regolament Nru 139/2004 u waslet għall-konklużjoni li l-għan tal-mili tal-lakuni attribwit lill-mekkaniżmu ta’ rinviju inkwistjoni kien konsistenti mal-“għan ta’ dan ir-regolament [li] huwa li jippermetti l-kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha li għandhom effetti sinjifikattivi fuq l-istruttura tal-kompetizzjoni fl-Unjoni” ( 139 ). |
|
190. |
F’din l-analiżi nsib żewġ problemi prinċipali: il-Qorti Ġenerali injorat xi elementi ċentrali tal-preambolu u interpretat b’mod żbaljat ċerti premessi. |
|
191. |
L-ewwel, il-Qorti Ġenerali enfasizzat ripetutament l-għan tar-Regolament Nru 139/2004 li jiżgura kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet, sa tasal sabiex tirreferi għalih bħala “l-għan”, jiġifieri, l-uniku wieħed. |
|
192. |
Ma jista’ jkun hemm ebda dubju, fil-fehma tiegħi, li l-għan li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet huwa preċiżament ir-raison d’être tar-Regolament u l-importanza tiegħu hija, daqstant, enfasizzata fil-preambolu tar-Regolament Nru 139/2004. Madankollu, dan ma jistax ikun l-uniku għan, jew impoġġija b’mod differenti, dan l-għan ma jeżistix f’vakwu. Fil-fatt, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 139/2004 jirreferi għal “konċentrazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu stmati skond l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament” ( 140 ). |
|
193. |
Fil-fatt, it-tiftix tal-għan li jiġi permess il-kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet imur id f’id mat-tiftix ta’ għanijiet oħra, li xi wħud minnhom huma partikolarment rilevanti f’dan il-każ. L-ewwel wieħed minn dawn l-għanijiet, li huwa r-riżultat ta’ diskussjonijiet twal u (nazzarda ngħid) jaħarqu li finalment wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 4064/89, wara kważi 20 sena ta’ negozjati fil-Kunsill, huwa li tiġi stabbilita sistema fejn il-ġurisdizzjoni tkun kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-ANK ( 141 ). It-tieni għan huwa li, fil-livell tal-Unjoni, tinbena sistema effiċjenti bbażata fuq il-prinċipju “one-stop-shop”: il-Kummissjoni għandha ġurisdizzjoni esklużiva sabiex teżamina l-konċentrazzjonijiet ikkomunikati taħt ir-Regolament Nru 139/2004, li ma jeħtieġu ebda talba oħra fil-livell tal-Istat Membru, u l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunux għadhom jistgħu japplikaw il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għal dawn it-tranżazzjonijiet ( 142 ). It-tielet għan huwa li tiġi stabbilita sistema effiċjenti u prevedibbli li tkun kapaċi toffri ċ-ċertezza legali lill-impriżi kkonċernati ( 143 ). Il-Qorti Ġenerali stess tagħmel riferiment, fil-punt 226 tas-sentenza appellata, għall-“għanijiet fundamentali ta’ effettività u ħeffa li fuqhom huwa bbażat [ir-Regolament Nru 139/2004]”, u l-intenzjoni tal-leġiżlatur “li jiddistingwi b’mod ċar bejn l-interventi tal-awtoritajiet nazzjonali u dawk tal-Unjoni”. |
|
194. |
Filwaqt li l-ewwel żewġ għanijiet imsemmija fil-punt preċedenti huma, għal raġunijiet ovvji, karatteristiċi speċifiċi tas-sistema tal-Unjoni għall-kontroll tal-konċentrazzjonijiet, it-tielet wieħed ma huwiex. Fil-fatt, kull sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet li teżisti fuq livell globali tfittex li tilħaq bilanċ bejn l-eżami effettiv tal-kompetizzjoni u li jiġu evitati spejjeż u dewmien żejjed kemm għall-partijiet li jingħaqdu kif ukoll għall-amministrazzjoni pubblika stess ( 144 ). Sabiex jiżguraw dan il-bilanċ, ir-regoli dwar il-konċentrazzjonijiet normalment ikunu bbażati fuq limiti li jiffiltraw it-tranżazzjonijiet li għandhom ikunu eżaminati, u jimponu fuq l-awtoritajiet termini speċifiċi sabiex iwettqu l-evalwazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa impossibbli li wieħed jenfasizza wisq l-importanza li għandhom il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali, speċjalment għall-partijiet li jingħaqdu. Impriżi li potenzjalment huma suġġetti għall-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ sospensjoni għandhom ikunu jafu, b’livell relattivament għoli ta’ kunfidenza, jekk it-tranżazzjoni proposta tagħhom tkunx ser tkun suġġetta għal eżami antitrust u minn liema awtoritajiet, u meta tista’ tkun mistennija tweġiba definittiva ( 145 ). |
|
195. |
Dan huwa minnu, kif issemma, fuq livell globali. Madankollu, dan huwa minnu terġa’ iktar għal konċentrazzjonijiet li jistgħu jiġu eżaminati fl-Unjoni. Mhux biss minħabba li, fl-Unjoni, jeżistu flimkien diversi awtoritajiet ta’ nfurzar (il-Kummissjoni u l-ANK) – b’dak kollu li jinvolvi f’termini ta’ kumplessità – imma wkoll minħabba li, għall-kuntrarju tal-parti l-kbira tal-iskemi ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet fid-dinja, ir-Regolament Nru 139/2004 jimponi fuq il-partijiet li jingħaqdu projbizzjoni dinjija kontra l-konklużjoni tat-tranżazzjoni. Dan ifisser li l-implimentazzjoni ta’ tranżazzjoni kkomunikata għandha, bħala prinċipju, tkun sospiża fit-totalità tagħha sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali. Il-partijiet li jingħaqdu ma jistgħux, bħala konsegwenza, jgħaġġlu dik l-implimentazzjoni billi, pereżempju, iżommu ċerti assi, entitajiet jew negozji lokali separati sakemm tingħata l-approvazzjoni pendenti. L-ispejjeż u r-riskji imposti fuq il-partijiet li jingħaqdu huma, konsegwentement, ħafna iktar sinjifikattivi, u dawn l-impriżi jridu jkunu għaldaqstant f’pożizzjoni li jieħdu l-prekawzjonijiet xierqa f’dan ir-rigward. |
|
196. |
Għal dan il-għan, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament Nru 139/2004 “jinkludi wkoll dispożizzjonijiet bl-għan li jillimitaw, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u fl-interess ta’ l-impriżi kkonċernati, id-dewmien tal-proċeduri ta’ verifika ta’ konċentrazzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-Kummissjoni”. Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni “xtaq jassigura kontroll tal-konċentrazzjonijiet f’termini kompatibbli kemm mal-ħtiġijiet ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll mal-ħtiġijiet tad-dinja kummerċjali” ( 146 ). |
|
197. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, naqbel li l-għan li tkun żgurata l-effettività tas-sistema (mifhuma bħala l-kapaċità li jinqabdu konċentrazzjonijiet potenzjalment dannużi) huwa l-għan primarju tar-Regolament Nru 139/2004. Madankollu, din l-effettività ma tistax tintlaħaq għad-detriment li ma jintlaħqux b’mod sodisfaċenti għanijiet oħra tar-Regolament. Għaldaqstant, ir-referenzi għall-“effettività” fil-preambolu ma jistgħux iwasslu lill-interpretu sabiex jimmassimizza l-portata u l-iskop tar-Regolament Nru 139/2004 sal-punt li l-firxa tagħhom tmur lil’hinn mill-intenzjonijiet ċari tal-leġiżlatur tal-Unjoni, b’mod li jfixklu l-bilanċ maħsub sew li kien ikkontemplat bejn id-diversi għanijiet. |
|
198. |
F’dan l-isfond, l-għan tal-mili tal-lakuni li għandu l-Artikolu 22 kif imressaq mill-Kummissjoni u milqugħ mill-Qorti Ġenerali huwa konsistenti mal-għanijiet l-oħra deskritti iktar ’il fuq, u l-bilanċ milħuq bejniethom? Fil-fehma tiegħi, it-tweġiba għal tali mistoqsija hija manifestament “le”. Jidhirli li l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 adottata mill-Qorti Ġenerali tistona mat-tliet għanijiet imsemmija fil-punt 193 iktar ’il fuq, u tista’ tfixkel il-bilanċ bejniethom li ried jilħaq il-leġiżlatur tal-Unjoni. |
|
199. |
L-ewwel, it-“tgħaqqid tal-kompetenza” li jsegwi mill-interpretazzjoni li tat il-Qorti Ġenerali lill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 – Kummissjoni (konċentrazzjonijiet kbar)/ANK (konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti tar-Regolament Nru 139/2004 iżda li jkunu ogħla mil-limiti nazzjonali)/Kummissjoni (konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti nazzjonali) – ma tantx jidher li huwa konsistenti ma’ sistema li, kif innotat il-Qorti tal-Ġustizzja, “[t]istrieħ fuq il-prinċipju ta’ separazzjoni preċiża ta’ kompetenzi bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll u dawk [tal-Unjoni]” ( 147 ). |
|
200. |
Din l-interpretazzjoni tidher li tistona wkoll meta meħuda fid-dawl tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, prinċipju li jissemma f’mhux inqas minn erba’ premessi tar-Regolament Nru 139/2004 ( 148 ). Dan huwa regolament li – fi kliem il-Kummissarju tal-Kompetizzjoni ta’ dak iż-żmien – kien jirrappreżenta “eżempju eċċellenti ta’ kif [dan il-prinċipju] jista’ jitħaddem fil-prattika” [traduzzjoni libera] ( 149 ). Is-sussidjarjetà huwa prinċipju li, fi ftit kliem, għandu prinċipalment effett ’l isfel: f’qasam ta’ kompetenza kondiviża, itendi li jimbotta l-kompetenza għal azzjoni speċifika ’l isfel lejn l-Istati Membri ( 150 ). Naturalment, f’xi ċirkustanzi dan il-prinċipju jista’ jkollu effett ’il fuq: jimbotta l-kompetenza ’l fuq lejn l-Unjoni meta xi azzjoni partikolari, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħha, tkun tidher li hija iktar effettiva jekk tittieħed fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, wieħed jistaqsi jekk sitwazzjoni fejn il-kompetenza sabiex issir xi ħaġa (hawnhekk, li tiġi eżaminata konċentrazzjoni) tingħata lil xi istituzzjoni tal-Unjoni (hawnhekk, il-Kummissjoni), għar-raġuni preċiża li Stat Membru kkunsidra l-iskala jew l-effetti ta’ sitwazzjonijiet bħalma huma dawk inkwistjoni bħala li ma humiex sinjifikattivi biżżejjed sabiex jitolbu azzjoni f’livell nazzjonali, tkunx kontra l-loġika tas-sussidjarjetà. |
|
201. |
It-tieni, huwa paċifiku bejn il-partijiet li waħda mill-konsegwenzi li toħroġ mill-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 adottata mill-Qorti Ġenerali hija li l-impriżi li jixtiequ jkollhom iċ-ċertezza li konċentrazzjoni proposta ma tkunx tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni wara li tiġi ffinalizzata, minkejja li l-konċentrazzjoni ma tkunx komunikabbli mkien fl-Unjoni u ma tkunx suġġetta għal ebda obbligu ta’ sospensjoni, ikollhom: (i) jissospendu l-implimentazzjoni temporanjament; u (ii) iġibu l-konċentrazzjoni għall-attenzjoni ta’ (potenzjalment) l-Istati kollha tal-Unjoni u taż-ŻEE/EFTA (għal total ta’ 30 awtorità nazzjonali differenti) sabiex jiskatta l-perijodu ta’ 15‑il jum tax-xogħol ipprovdut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
202. |
F’dan il-kuntest, jidher importanti li jiżdied li, skont il-Kumissjoni, il-komunikazzjoni li l-partijiet li jingħaqdu jgħaddu lill-awtoritajiet nazzjonali inkwistjoni għandu jkollha d-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet sabiex jiddeterminaw jekk iż-żewġ kundizzjonijiet sostantivi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 – li l-konċentrazzjoni taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u thedded li taffettwa l-kompetizzjoni b’mod sinjifikattiv fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni – humiex issodisfatti. Madankollu, huwa ċar f’għajnejja li l-evalwazzjoni tajba ta’ dawn il-kundizzjonijiet ma hijiex eżerċizzju faċli, aħseb u ara jekk din issir fi żmien 15‑il jum biss. Għaldaqstant, x’aktarx li l-komunikazzjonijiet informali indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali, f’ħafna każijiet, ikunu jridu jkunu pjuttost elaborati u ddettaljati u, għaldaqstant, mhux daqshekk differenti minn dak li normalment ikun meħtieġ li jiġi ppreżentat f’komunikazzjoni formali. |
|
203. |
Fil-prattika, dan ifisser li l-impriżi li jidħlu fi tranżazzjoni li, bħala prinċipju, taqa’ barra minn kull sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet fl-Unjoni jistgħu jispiċċaw ikollhom jippreżentaw komunikazzjonijiet informali lill-awtoritajiet nazzjonali kollha sempliċiment sabiex jevitaw l-użu futur tal-mekkaniżmu ta’ rinviju inkwistjoni li, mill-perspettiva tagħhom, jista’ jkollu konsegwenzi drammatiċi. |
|
204. |
Iktar minn hekk, jekk ANK waħda li ma għandhiex kompetenza teżamina konċentrazzjoni partikolari tippreżenta talba għal rinviju, u għaldaqstant tiskatta l-mekkaniżmu ta’ rinviju, u ANK waħda jew iktar li, min-naħa l-oħra, għandhom il-kompetenza li jeżaminawha jiddeċiedu li ma jingħaqdux mat-talba, il-mekkaniżmu ta’ rinviju jista’ jkollu l-effett li jimmultiplika l-proċeduri li jkunu għaddejjin b’mod parallel. Fil-fatt, il-proċeduri quddiem l-ANK kompetenti jkunu jeżistu flimkien ma’ proċedura addizzjonali quddiem il-Kummissjoni, li ma kinitx tkun teżisti li kieku ma kienx għall-mekkaniżmu ta’ rinviju. |
|
205. |
Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti juru li l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 tkun twassal għall-introduzzjoni ta’ eċċezzjoni mifruxa ħafna għall-prinċipju tal-one-stop-shop, li ma tantx hija konsistenti ma’ wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-Regolament Nru 139/2004, u tkun ukoll tistona mal-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni meta huwa emenda l-Artikolu 22 fl‑1997 u l‑2004. |
|
206. |
It-tielet – u dan huwa l-iktar aspett problematiku fil-fehma tiegħi – il-proċedura jew proċeduri li jirriżultaw minn interpretazzjoni wiesgħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 ma tantx ikunu effiċjenti, prevedibbli u kapaċi li jiżguraw iċ-ċertezza legali lill-partijiet. |
|
207. |
Qabel kollox, huwa ċar u mhux ikkontestat mill-Kummissjoni li, sakemm il-partijiet li jingħaqdu jieħdu azzjoni pożittiva sabiex jinformaw lit‑30 awtorità nazzjonali dwar l-eżistenza ta’ konċentrazzjoni li ma hijiex komunikabbli, dawn il-partijiet ma jistax ikollhom iċ-ċertezza legali dwar jekk il-Kummissjoni, f’xi mument fil-futur, tintalabx teżamina l-konċentrazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 u, jekk iva, f’liema terminu. |
|
208. |
Il-Kummissjoni tirribatti li l-partijiet li jingħaqdu, madankollu, jistgħu jiksbu ċ-ċertezza legali jekk, kif issemma qabel, iġibu l-konċentrazzjoni proposta għall-attenzjoni tat‑30 awtorità nazzjonali permezz ta’ komunikazzjonijiet informali. Dak “jiskatta l-arloġġ” u jekk ma ssir ebda talba għal rinviju fi żmien 15‑il jum tax-xogħol, dawn il-partijiet jistgħu jkunu ċerti li l-konċentrazzjoni ma tkunx ser tiġi eżaminata mill-Unjoni. |
|
209. |
Madankollu, m’iniex ċert li tali mod ta’ azzjoni jipprovdi iktar ċertezza legali, jew fi kwalunkwe każ ċertezza adegwata, lil dawk il-partijiet. Il-problema prinċipali hija li din hija proċedura informali li mkien ma tiġi pprovduta fir-Regolament Nru 139/2004 jew, sa fejn naf jien, fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Għaldaqstant, il-konċentrazzjonijiet mhux komunikabbli la huma suġġetti għar-regoli proċedurali nazzjonali u lanqas għal dawk stabbiliti fir-Regolament Nru 139/2004 stess. Huwa minnu li l-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 139/2004 jirrendi xi dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 139/2004 applikabbli għall-eżami ta’ dawn il-konċentrazzjonijiet, imma biss wara li l-Kummissjoni tkun aċċettat ir-rinviju. Il-perijodu ta’ qabel dak huwa tip ta’ “żona newtrali” legali li fir-rigward tagħha hemm ftit wisq ċarezza u prevedibbiltà. |
|
210. |
Pereżempju, min hu intitolat jiskatta l-proċedura informali? Għandhom ikunu biss il-partijiet li jingħaqdu, jew jistgħu jkunu terzi persuni wkoll (pereżempju kompetituri tal-partijiet li jingħaqdu) li jagħmlu dan? Il-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 tissuġġerixxi din l-aħħar għażla. Jekk iva, jistgħu l-ANK jagħmlu rinviju taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn terzi persuni u, jekk ikun il-każ, mingħajr ma jisimgħu lill-partijiet li jingħaqdu? Peress li l-awtorità għandha biss 15‑il jum tax-xogħol sabiex tieħu deċiżjoni, ma jistax jiġi eskluż li din tiġi pproċessata b’mod superfiċjali. X’jiġri jekk l-informazzjoni ma hijiex preċiża jew tkun mhux kompluta? Il-konsegwenzi għall-partijiet li jingħaqdu, li joħorġu minn evalwazzjoni żbaljata, min-naħa ta’ awtorità nazzjonali, fir-rigward tar-rekwiżiti sostantivi għal rinviju jistgħu ma jkunux negliġibbli. |
|
211. |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma, madankollu, li l-perijodu ma jibdiex jiddekorri sakemm l-ANK ikollhom informazzjoni suffiċjenti sabiex iwettqu l-analiżi meħtieġa mill-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. Madankollu, dan ifisser li t-terminu ta’ 15‑il jum tax-xogħol x’aktarx li jsir illużorju peress li jista’ (u x’aktarx) ta’ spiss jittawwal minn xi awtorità waħda jew iktar, permezz ta’ talba għall-informazzjoni waħda jew iktar, u għaldaqstant ma jħalli ebda terminu prevedibbli lill-partijiet li jingħaqdu. |
|
212. |
Barra minn hekk, fir-Regolament Nru 139/2004 ma tista’ tinstab ebda indikazzjoni tat-tip u tal-livell ta’ dettall ta’ informazzjoni li l-partijiet li jingħaqdu jistgħu jkunu mistennija jinkludu fil-komunikazzjonijiet informali tagħhom. Ċertament il-partijiet jistgħu jieħdu bħala mudell il-formoli uffiċjali tal-Unjoni (kif emendati reċentament: Formola CO, Formola CO Qasira, Formola RS u Formola RM ( 151 )). Madankollu, anki l-Kummissjoni ma waslitx tant sabiex tissuġġerixxi dan. Dan kien ikun jimplika, ovvjament, li l-proċedura ta’ komunikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 tkun tista’ tapplika, de facto, għall-konċentrazzjonijiet mhux komunikabbli. Minflok, il-Kummissjoni ssuġġeriet waqt is-seduta li l-partijiet jaf ikunu jridu jispiraw ruħhom mill-informazzjoni li, taħt l-Artikolu 14 tal-Att dwar is-Swieq Diġitali ( 152 ), l-impriżi ddefiniti bħala gwardjani għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni meta jkunu jridu jwettqu ċerta konċentrazzjonijiet. Madankollu, lil hinn mill-istramberija tal-fatt li jiġi ssuġġerit lill-partijiet li jiggwidaw ruħhom abbażi ta’ strument regolatorju differenti, adottat wara r-Regolament Nru 139/2004 u li japplika biss għal xi setturi speċifiċi tal-ekonomika, m’iniex ċert li l-informazzjoni elenkata f’dan l-istrument hija suffiċjenti għall-iskopijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
213. |
Iktar minn hekk, hemm dettall żgħir iżda importanti: f’liema lingwa għandha tiġi kkomunikata l-informazzjoni? Il-Kummissjoni argumentat li kwalunkwe lingwa li normalment jifhimha l-persunal tal-awtorità nazzjonali rilevanti (pereżempju, l-Ingliż) ikun biżżejjed. Diffiċli nara fuq liema bażi l-Kummissjoni tista’ tieħu din il-pożizzjoni. Fi kwalunkwe każ, niddubita li l-awtoritajiet nazzjonali jaċċettaw li jwettqu analiżi pjuttost kumplessa, f’terminu qasir ħafna, fuq il-bażi ta’ talba (possibbilment b’xi annessi) ifformulata f’lingwa li ma hijiex tagħhom. |
|
214. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma li l-interpretazzjoni teleoloġika tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 kif imwettqa mill-Qorti Ġenerali hija żbaljata, peress li hija inkonsistenti ma’ numru ta’ għanijiet li għandha s-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet stabbilita mir-Regolament Nru 139/2004 u tista’ taqleb il-bilanċ bejn dawn l-għanijiet ikkontemplati mil-leġiżlatur tal-Unjoni. L-importanza ta’ tali bilanċ ma ġietx injorata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-sentenza reċenti tagħha CK Telecoms, pereżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat ir-“rekwiżit ta’ ħeffa li jikkaratterizza l-istruttura ġenerali tar-[Regolament Nru 139/2004]” huwa tant sinjifikattiv li anki konċentrazzjoni dannuża titqies approvata, sakemm il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni fil-perijodu preskritt ( 153 ). |
5) Kunsiderazzjonijiet oħra li jikkonċernaw l‑interpretazzjoni tal‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004
|
215. |
Fl-aħħar nett, ser nispjega fil-qosor għaliex l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 iqajjem, fil-fehma tiegħi, numru ta’ kwistjonijiet sistemiċi meta jittieħdu inkunsiderazzjoni diversi prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
216. |
Huwa importanti li jiġi enfasizzat, mill-ewwel, li l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-dispożizzjoni twassal għal estensjoni sinjifikattiva tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 u tal-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni ( 154 ). F’salt wieħed, b’interpretazzjoni oriġinali tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, il-Kummissjoni tikseb is-setgħa li teżamina kważi kwalunkwe konċentrazzjoni, li sseħħ fejn isseħħ fid-dinja, indipendentement mid-dħul mill-bejgħ tal-impriżi u mill-preżenza tagħhom fl-Unjoni u mill-valur tat-tranżazzjoni, u fi kwalunkwe mument, inkluż ħafna wara l-konklużjoni tal-konċentrazzjoni. Dan kollu huwa ċar u mhux ikkontestat. Fil-fatt, meta fis-seduta ġiet mistoqsija domanda speċifika fuq dan il-punt, il-Kummissjoni kkonfermat li, fit-teorija, dan huwa minnu. Madankollu, hija żiedet li, fil-prattika, dan ma jkunx il-każ peress li l-Kummissjoni ma għandhiex interess tuża din is-setgħa b’mod frekwenti u għaldaqstant hija taġixxi b’dixxiplina f’dan ir-rigward. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-konċentrazzjoni inkwistjoni kellha ċerti karatteristiċi speċifiċi, għall-kuntrarju tal-parti l-kbira ħafna tal-konċentrazzjonijiet l-oħra li jistgħu jinqabdu taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
217. |
Madankollu, f’dan il-każ, it-tħassib ma huwiex biss fuq l-applikazzjoni ta’ dik is-setgħa (possibbilment ġdida) ta’ eżami tal-konċentrazzjoni inkwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba fil-fatt tinterpreta, għall-ewwel darba, it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 li għandu l-potenzjal li japplika f’numru indefinit ta’ kawżi. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni ma tistax ma tqajjimx tħassib f’diversi aspetti. |
|
218. |
L-ewwel, niddubita li din il-pożizzjoni tirrifletti l-prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali, li huwa element karatteristiku tal-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni, li joħroġ mill-Artikolu 13(2) TUE, li jimplika essenzjalment li kull istituzzjoni għandha teżerċita l-kompetenzi tagħha b’osservanza tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet l-oħrajn ( 155 ). |
|
219. |
Wieħed mill-iktar elementi fundamentali tar-Regolament Nru 139/2004 huwa d-definizzjoni tal-limiti li, skont l-Artikolu 1(1) sa (3) tiegħu, jiskattaw l-obbligu ta’ komunikazzjoni. Madankollu, skont l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, il-valur ta’ dawn il-limiti u, indirettament, tal-limiti u tal-kriterji stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali jsir relattiv biss. Konċentrazzjoni partikolari tista’ fil-fatt tkun komunikabbli ikun fejn ikun fl-Unjoni, imma dan bl-ebda mod ma jeskludi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tista’ tgħid li għandha ġurisdizzjoni teżaminaha skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
220. |
Bl-ebda mod ma jiena neskludi li, f’dinja li hija dejjem iżjed ibbażata fuq “Ekonomija 2.0”, jista’ jkun mixtieq, u forsi anki meħtieġ, li jinbidlu l-limiti kurrenti għall-eżami tal-konċentrazzjonijiet. F’dan il-kuntest, jista’ jkun interessanti li jiġi nnotat li, reċentement ħafna, żewġ Stati Membri (l-Awstrija u l-Ġermanja) emendaw il-leġiżlazzjoni domestika tagħhom sabiex jinkludu limiti bbażati fuq il-valuri tat-tranżazzjoni. Stati oħra użaw limiti ġurisdizzjonali differenti maħluqin speċifikament sabiex jippermettu l-eżami tal-konċentrazzjonijiet minkejja li l-kumpannija fil-mira ma tkun tiġġenera ebda dħul lokali (bħalma huwa r-Renju Unit, bil-“kriterju tas-sehem mill-provvista”). Dawn l-għażliet u oħrajn naturalment jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni bil-għan li jemendaw ir-Regolament Nru 139/2004. Iżda dan huwa xogħol il-leġiżlatur tal-Unjoni, mhux tal-Kummissjoni ( 156 ). |
|
221. |
It-tieni, l-interpretazzjoni wiesgħa tal-Qorti Ġenerali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 toħloq potenzjal sinjifikattiv għal każijiet fejn jista’ jkun hemm kunflitt mal-prinċipju ta’ territorjalità. Għandu jitfakkar li, sabiex tkun konformi mad-dritt internazzjonali, l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tippreżumi rabta adegwata mat-territorju tal-Unjoni ( 157 ). B’mod iktar speċifiku, mis-sentenzi Intel u Gencor isegwi li l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għall-aġir tal-impriżi huwa leġittimu, indipendentement minn fejn dan iseħħ, sakemm dan l-aġir għandu effetti prevedibbli, immedjati u sostanzjali fl-Unjoni (iktar ’il quddiem il-“kriterju tal-effetti kklassifikati” ( 158 ). |
|
222. |
Naqbel ċertament mal-Kummissjoni li r-rekwiżiti sostantivi stabbiliti fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 jistgħu, bħala prinċipju, jiżguraw rabta adegwata mat-territorju tal-Unjoni. Madankollu, għandu jitfakkar li, kif ingħad qabel, il-verifika ta’ dawn ir-rekwiżiti ssir fuq bażi prima facie biss u f’terminu partikolarment qasir (15‑il jum tax-xogħol). Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li, taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, l-Unjoni tkun tista’ tgħid li għandha ġurisdizzjoni sabiex teżamina konċentrazzjoni (b’dak kollu li dan jinvolvi, inkluż li tiskatta f’daqqa waħda l-obbligu li jiġi sospiż, fuq bażi dinjija, kull att ta’ implimentazzjoni tagħha) li wara jista’ jirriżulta li ma għandha ebda effett prevedibbli, immedjat u sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru rilevanti. |
|
223. |
It-tielet, din is-sitwazzjoni tista’ toħloq kwistjonijiet taħt il-prinċipju tal-korteżija internazzjonali. Jiena naf sew li l-parametri ta’ tali prinċipju u l-implikazzjonijiet legali tiegħu huma pjuttost vagi ( 159 ). Madankollu, jidhirli li minn tali prinċipju wieħed jista’ jislet, minn tal-inqas, rekwiżit ġenerali għall-Istati sabiex, qabel ma jsostnu li għandhom ġurisdizzjoni f’każijiet b’element barrani sinjifikattiv u b’konnessjoni domestika pjuttost dgħajfa, jikkunsidraw jekk l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom ma setax ikollha l-effett li timmina l-applikazzjoni effettiva tal-liġijiet ta’ Stati terzi b’rabta territorjali iktar qawwija ma’ dawk il-każijiet. Tali interpretazzjoni tal-prinċipju tidher konsistenti b’mod ġenerali mas-suġġerimenti ta’ Avukati Ġenerali mgħallma oħra ( 160 ), mal-ftehimiet internazzjonali tal-Unjoni fuq din il-kwistjoni ( 161 ), u mal-konstatazzjonijiet ta’ qrati oħra, inkluż f’materji tad-dritt tal-kompetizzjoni ( 162 ). F’dan l-isfond, nistaqsi jekk il-fehma tal-Kummissjoni dwar il-ġurisdizzjoni mifruxa ħafna tagħha sabiex teżamina konċentrazzjonijiet taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 hijiex konformi mal-prinċipju ta’ korteżija internazzjonali. |
|
224. |
Ir-raba’, l-argument tal-appellanti li l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 adottata mill-Qorti Ġenerali hija kunfliġġenti mal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità ma jidhirlix li huwa infondat, kif issostni l-Kummissjoni. Fil-fatt, impriżi b’bejgħ limitat jew noneżistenti fl-Unjoni jispiċċaw de facto f’sitwazzjoni li hija konsiderevolment agħar minn dik tal-impriżi b’attivitajiet iktar sinjifikattivi fl-Unjoni. |
|
225. |
Dawn tal-aħħar jistgħu jibbenefikaw mis-sistema one-stop-shop stabbilit mir-Regolament Nru 139/2004 jew, b’mod alternattiv, ikollhom jagħmlu biss talba nazzjonali waħda jew iktar f’dawk il-pajjiżi fejn huma jilħqu l-limiti nazzjonali. In-numru ta’ dawn it-talbiet jista’ jiġi kkalkolat bil-quddiem, u l-partijiet li jingħaqdu jkunu konxji mill-awtoritajiet li jkunu ser jeżaminaw il-konċentrazzjoni u mill-mod li bih, u t-terminu li fih, huma jkunu ser jagħmlu dan. Għall-kuntrarju, kif ġie spjegat iktar ’il fuq, l-impriżi li huma partijiet fil-konċentrazzjonijiet komunikabbli ma għandhom ebda mod kif ibassru l-futur tal-konċentrazzjoni tagħhom sakemm ma jippreżentawx, fiż-ŻEE, mhux inqas minn 30 komunikazzjoni informali; u anki mbagħad, ħafna mill-aspetti tal-proċedura, inkluż id-dewmien tagħhom, jibqgħu inċerti. |
|
226. |
Fil-fehma tiegħi, din is-sitwazzjoni tidher problematika taħt il-prinċipju tal-ugwaljanza li jimponi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat ( 163 ). Jidher li huwa joħloq ukoll piż sproporzjonat, f’termini ta’ spejjeż u ta’ riskji, għall-impriżi li daħlu fi tranżazzjonijiet li, kif sostnejt, għandhom attività pjuttost limitata fl-Unjoni ( 164 ). |
|
227. |
Il-ħames, il-prinċipju ta’ effettività ma jistax iwassal sabiex il-portata tad-dispożizzjoni inkwistjoni tiġi estiża lil hinn minn dak li huwa raġonevoli u meħtieġ għall-iskopijiet tar-Regolament Nru 4064/89. Jiena spjegajt il-fehma tiegħi fuq dan is-suġġett fil-punt 197 iktar ’il fuq. F’dan il-kuntest, għandi nżid biss l-aħħar element: m’iniex konvint mill-argument tal-Kummissjoni dwar il-bżonn li timtela l-lakuna f’dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
228. |
Kif iddeċidiet konsistentement il-Qorti tal-Ġustizzja – l-iktar reċenti fis-sentenza Towercast ( 165 ) – l-Artikoli 101 u 102 TFUE huma applikabbli għal konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti stabbiliti fir-Regolament Nru 139/2004 (inkluż dawn li ma jilħqux il-limiti nazzjonali). Dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu lill-ANK jintervjenu, ex post, fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet li jirriżultaw li huma antikompetittivi. Huwa minnu li intervent ex post ta’ spiss ikun it-“tieni l-aħjar”, meta pparagunat ma’ stħarriġ ex ante. Madankollu, kif jirriżulta inekwivokament mix-xogħol preparatorju, id-differenzi bejn dawn iż-żewġ forom ta’ eżami kienu aspett li kien ittieħed debitament inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni matul il-proċess li wassal għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 139/2004. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni ma jistgħux, għaldaqstant, jippreġudikaw l-għażliet speċifiċi magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni. |
|
229. |
B’żieda ma’ dan, m’iniex konvint mill-argument, imressaq mill-Kummissjoni u minn xi gvernijiet li intervjenew f’dawn il-proċeduri, li l-infurzar taħt l-Artikoli 101 u 102 TFUE jkun ineffettiv u jieħu l-ħin. |
|
230. |
Kif ikkonfermat reċentement il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza European Superleague Company, l-abbuż minn pożizzjoni dominanti jiġi kkonstatat meta l-aġir għandu “l-effett attwali jew potenzjali, jew anki l-għan, li jipprekludi fi stadju preliminari, permezz tal-istabbiliment ta’ ostakoli għad-dħul jew permezz ta’ miżuri oħra ta’ esklużjoni jew ta’ mezzi oħra differenti minn dawk li jirregolaw il-kompetizzjoni fuq il-mertu, impriżi potenzjalment kompetituri anki jekk sempliċement ikollhom aċċess għal dan is-suq jew dawn is-swieq u, b’dan il-mod, li jimpedixxi l-iżvilupp tal-kompetizzjoni f’dawn is-swieq għad-detriment tal-konsumaturi, billi jillimita l-produzzjoni, l-iżvilupp ta’ prodotti jew ta’ servizzi alternattivi jew anki l-innovazzjoni” ( 166 ). Fil-fehma tiegħi, dak li jissejjaħ akkwist li joqtol (“killer acquisition”) jaqa’ preċiżament f’din id-deskrizzjoni, u joffri l-eżempju pragmatiku ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti “permezz tal-għan tiegħu” ( 167 ). |
|
231. |
Bħala tali, ma naħsibx li jkun hemm bżonn xi investigazzjoni twila jew kumplessa wisq sabiex jiġi stabbilit ksur. Speċjalment minħabba li l-eżami ex post ta’ konċentrazzjoni ffinalizzata – attività li ma hijiex mhux tas-soltu f’numru ta’ ġurisdizzjonijiet ( 168 ) – jista’ jinvolvi ċerta inkonvenjenza, iżda għandu vantaġġ sinjifikattiv: l-awtoritajiet ma hemmx bżonn li jbassru l-aġir futur tal-impriżi. Fil-fatt, fl-evalwazzjoni tagħha, l-awtorità tal-kompetizzjoni tista’ teżamina kemm l-evidenza ta’ qabel il-konċentrazzjoni (pereżempju, tistabbilixxi l-intenzjoni tal-akkwirent u jekk dik l-impriża rat lill-kumpannija mmirata minnha bħala theddida vijabbli għall-pożizzjoni tagħha fis-suq), flimkien ma’ evidenza ta’ wara l-konċentrazzjoni, li turi x’eżattament ġara fis-suq wara l-akkwist (pereżempju, sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm effetti materjali fuq il-prezz, il-prestazzjoni u l-innovazzjoni, jew jekk l-operazzjonijiet tal-kumpannija mmirata ġewx itterminati jew imnaqqsa b’mod sinjifikattiv) ( 169 ). |
|
232. |
B’żieda ma’ dan, wieħed għandu jżomm f’moħħu li, meta jinvestigaw ksur possibbli tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, l-ANK għandhom igawdu s-setgħat li jinsabu fl-hekk imsejħa Direttiva ECN+ ( 170 ). Skont din id-direttiva, meta jkun skopert ksur, l-awtorità kompetenti mhux biss għandha s-setgħa timponi penali finanzjarji (l-Artikoli 13 u 16 tagħha), imma tista’ wkoll, skont l-Artikolu 10(1) ta’ din id-direttiva, teħtieġ li l-impriżi inkwistjoni “sabiex itemmu dak il-ksur. Għal dan il-għan, [l-awtoritajiet] jistgħu jimponu kwalunkwe rimedju ta’ aġir jew strutturali li jkun proporzjonat għall-ksur imwettaq u neċessarju sabiex effettivament jintemm il-ksur”. Dan jista’ fil-fatt jinkludi, f’każijiet partikolarment serji, ix-xoljiment parzjali jew sħiħ tal-entità tal-konċentrazzjoni ( 171 ). B’żieda ma’ dan, skont l-Artikolu 11(1) ta’ din id-direttiva, l-ANK jistgħu “jaġixxu fuq l-inizjattiva proprja tagħhom biex jordnaw permezz ta’ deċiżjoni l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji fuq l-impriżi […], tal-anqas f’każijiet fejn ikun hemm urġenza minħabba r-riskju ta’ dannu gravi u irreparabbli għall-kompetizzjoni, abbażi ta’ konstatazzjoni prima facie ta’ ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE”. Tali miżuri jistgħu, pereżempju, jieħdu l-forma ta’ ordnijiet sospensivi ( 172 ). |
|
233. |
Is-sitt, il-portata wiesgħa ħafna li l-Qorti Ġenerali tagħti lil dispożizzjoni li hija bla dubju eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 139/2004 tmur kontra l-prinċipju ta’ interpretazzjoni aċċettat ħafna li jgħid li l-eċċezzjonijiet għall-iskema ġenerali jew għar-regoli ġenerali ta’ strument legali, u d-derogi minnhom, għandhom ikunu interpretati b’mod strett sabiex dawn ir-regoli ma jkunux imxejna ( 173 ). Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet li dan il-prinċipju huwa rilevanti meta tiġi sabiex tiġi interpretata l-portata tal-mekkaniżmu ta’ rinviju pprovdut fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 139/2004 ( 174 ). Fil-fehma tiegħi ma huwiex ċar fuq liema bażijiet, fis-sentenza appellata, hija ddeċidiet tiskarta r-rilevanza ta’ dan il-prinċipju ta’ interpretazzjoni fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ rinviju pprovdut fl-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 ( 175 ). |
|
234. |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat u applikat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Għal din ir-raġuni, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata. |
|
235. |
Madankollu, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-evalwazzjoni tiegħi tal-ewwel aggravju, nikkunsidra li hija għandha tiċħad l-appelli. Fil-parti li jmiss ser nispjega fil-qosor għaliex nikkunsidra t-tieni u t-tielet aggravju bħala infondati. |
B. It‑tieni aggravju: iż‑żmien li fih issir it‑talba għal rinviju u l‑obbligu tal‑Kummissjoni li taġixxi fi żmien raġonevoli
|
236. |
It-tieni aggravju ta’ Illumina u ta’ Grail jikkonċerna ċ-ċaħda tal-Qorti Ġenerali tat-tieni motiv ta’ Illumina fl-ewwel istanza, fejn tallega li t-talba għal rinviju kienet saret barra minn ħinha u, sussidjarjament, li nkisru l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ “amministrazzjoni tajba”. B’mod partikolari, l-appellanti jsibu problema bil-punti 190 sa 211 tas-sentenza appellata fejn il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni li: “il-kunċett ta’ ‘mgħarrfa lill-Istat Membru konċernat’, kif jidher fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) [tar-Regolament Nru 139/2004], għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi trażmissjoni attiva ta’ informazzjoni rilevanti lil dak l-Istat Membru li tippermettilu jevalwa, b’mod preliminari, jekk il-kundizzjonijiet għal talba għal rinviju skont dan l-artikolu humiex issodisfatti. Konsegwentement, skont din l-interpretazzjoni, it-terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol previst mill-imsemmija dispożizzjoni jibda jiddekorri, meta l-komunikazzjoni tal-konċentrazzjoni ma tkunx meħtieġa, mill-mument meta din l-informazzjoni tkun ġiet trażmessa”. |
|
237. |
L-appellanti jsibu problema wkoll bil-punti 240 u 242 sa 245 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti Ġenerali kkonstatat, inter alia, li (i) “[Illumina] ma kinitx kapaċi tippreċiża, b’mod suffiċjenti, l-allegati ‘żbalji ta’ fatt sinjifikattivi’ [traduzzjoni mhux uffiċjali] li vvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata u li kienu diġà jivvizzjaw l-ittra ta’ stedina u għalhekk setgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tat-talba għal rinviju tal-ACF”; u (ii) “[l-appellanti] kkonċernati [...] kellhom diversi okkażjonijiet sabiex jesprimu l-perspettiva tagħhom matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet [ikkontestati]”. |
1. L‑argumenti tal‑partijiet
|
238. |
Bit-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi (i) ma ddeduċiet ebda konsegwenza legali mill-konstatazzjoni korretta li l-Kummissjoni damet żmien mhux raġonevoli sabiex bagħtet l-ittra ta’ stedina lill-Istati Membri dwar il-konċentrazzjoni inkwistjoni, u (ii) kkonstatat li l-Kummissjoni ma kisritx id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati. |
|
239. |
Il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju huwa infondat u, parzjalment, inammissibbli. |
2. Analiżi
|
240. |
M’iniex konvint bl-argumenti tal-appellanti. |
|
241. |
L-ewwel, ma naħsibx li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretata t-termini “mgħarrfa lill-Istat Membru konċernat” li jinsabu fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. Kif ġie nnotat fil-punt 192 tas-sentenza appellata, meta wieħed jipparaguna il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tar-regolament, dan juri li, sabiex jibda jiddekorri l-perijodu ta’ 15‑il jum tax-xogħol, ma huwiex biżżejjed li l-konċentrazzjoni tkun imħabbra pubblikament fl-Istat Membru inkwistjoni – pereżempju permezz ta’ stqarrija għall-istampa jew permezz tal-midja ( 176 ) – sabiex l-awtoritajiet rilevanti jistgħu isiru jafu biha. Minflok, din id-dispożizzjoni teħtieġ komunikazzjoni attiva tal-konċentrazzjoni lil dawk l-awtoritajiet. Jidhirli li din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għan tad-dispożizzjoni, li huwa li tippermetti lill-awtoritajiet iwettqu eżami preliminari sabiex jevalwaw jekk, prima facie, il-kundizzjonijiet sostantivi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004 humiex issodisfatti ( 177 ). |
|
242. |
Fil-fehma tiegħi, l-appellanti ma ressqu ebda argument li jista’ jitfa’ dubji fuq l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
243. |
It-tieni, għalkemm m’iniex konvint sal-aħħar mill-qafas legali applikat mill-Qorti Ġenerali sabiex tistabbilixxi l-konsegwenzi li joħorġu min-nuqqas tal-Kummissjoni li tibgħat l-ittra ta’ stedina f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, nikkunsidra li l-konklużjoni li waslet għaliha fis-sentenza appellata hija korretta. |
|
244. |
Fil-fehma tiegħi, il-kwistjoni ċentrali ma hijiex jekk l-appellanti setgħux juru li, minħabba d-dewmien sabiex il-Kummissjoni taġixxi, ġew miksura d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti. Il-punt kruċjali huwa pjuttost jekk l-appellanti setgħux jipprovdu indikazzjonijiet suffiċjenti li, mingħajr l-irregolarità proċedurali inkwistjoni, l-eżitu tal-proċedura seta’ jkun differenti. |
|
245. |
Kif spjegajt fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża HSBC, il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni tidher li tiddistingwi bejn żewġ forom ta’ żbalji proċedurali: ksur ta’ “rekwiżiti proċedurali essenzjali”, li awtomatikament jiskattaw l-invalidità tal-att inkwistjoni, u ksur ta’ regoli ta’ proċedura oħra, li huma suġġetti għat-“test ta’ żball innokwu”. Dan ifisser li l-iżbalji proċedurali “ordinarji” jwasslu għall-annullament tal-att ikkontestat sakemm l-iżball ma jkunx jista’ jitqies innokwu, fis-sens li ma kellux, jew ma setax ikollu, xi impatt fuq l-eżitu tal-proċedura. B’mod importanti, it-test ġie applikat fi tliet forom differenti skont il-karatteristiċi tar-regola miksura: (i) ksur ta’ natura gravi u strutturali li jwassal għall-preżunzjoni (konfutabbli) li l-iżball influwenza l-eżitu tal-proċedura, fejn l-oneru li jikkonfuta l-preżunzjoni qiegħed fuq il-konvenut; (ii) żbalji ‘standard’ li setgħu influwenzaw jew le l-eżitu tal-proċedura, li għalihom ir-rikorrent għandu jipprova li, fl-assenza ta’ kwalunkwe żball, l-att ikkontestat seta’ jkun differenti; u (iii) irregolaritajiet ta’ natura inferjuri, li jirriżultaw fl-annullament tal-att inkwistjoni, jekk ir-rikorrenti jistabbilixxu li, f’din l-assenza, l-eżitu tal-proċedura kien ikun differenti ( 178 ). |
|
246. |
Fid-dawl tal-formulazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti (li ma tipprovdi ebda terminu speċifiku ( 179 )), u l-iskop u l-loġika tas-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet stabbilita mir-Regolament Nru 139/2004 (li hija intiża li tiżgura l-kontroll effettiv ta’ konċentrazzjonijiet potenzjalment antikompetittivi, permezz ta’ sistema effiċjenti u prevedibbli li hija kapaċi toffri ċ-ċertezza legali lill-impriżi kkonċernati ( 180 )), jidhirli li n-nuqqas tal-Kummissjoni li taġixxi fi żmien raġonevoli ma jistax jitqies bħala ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, u li għandu japplika t-test standard għal żbalji proċedurali ( 181 ). |
|
247. |
La fl-osservazzjonijiet ippreżentati fl-ewwel istanza, u lanqas fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, l-appellanti ma pprovdew xi element konkret li kapaċi jindika li, li kieku l-Kummissjoni aġixxiet fi żmien raġonevoli, l-evalwazzjoni li tikkonċerna l-possibbiltà u l-idoneità tal-konċentrazzjoni inkwistjoni li kienet is-suġġett tar-rinviju taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 setgħet tkun differenti. |
|
248. |
Fi kwalunkwe każ, naqbel mal-Kummissjoni li l-appellanti naqsu milli (i) jinvokaw espressament ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom fl-ewwel istanza, bil-konsegwenza li din il-parti tal-aggravju hija inammissibbli, u (ii) jipprovaw, sal-grad meħtieġ, li l-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati ġiet affettwata negattivament. Għal dak li jirrigwarda l-aħħar punt, huwa minnu li l-appellanti pprovdew numru ta’ elementi li jissuġġerixxu li, fil-konfront ta’ dawn l-impriżi, il-Kummissjoni jista’ jkun ma aġixxietx bil-grad ta’ trasparenza u ta’ bilanċ ġust li wieħed normalment jistenna mingħand l-amministrazzjoni pubblika ( 182 ). Naturalment, hija ħasra li dan seħħ peress li dawn il-modi ta’ aġir jista’ jkollhom impatt fuq il-mod li bih il-pubbliku jara l-funzjonament ta’ servizz li – minħabba s-setgħat sinjifikattivi mogħtija lilu – għandu jaġixxi konsistentement bl-ikbar imparzjalità u oġġettività. Madankollu, jibqa’ l-fatt li l-aġir tal-Kummissjoni ma ċaħħadx lill-appellanti mill-possibbiltà li jressqu l-argumenti tagħhom ta’ fatt u ta’ liġi matul il-proċedura mibdija taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004, bil-għan li jinfluwenzaw l-eżitu tagħha. |
|
249. |
Għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud. |
C. It‑tielet aggravju: il‑prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali
|
250. |
Bit-tielet aggravju tagħhom – kontra l-punti 254 sa 260 tas-sentenza appellata – Illumina u Grail jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ċaħdet it-tielet motiv ta’ Illumina fl-ewwel istanza, li jallega ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali. F’dawn is-siltiet, il-Qorti Ġenerali evalwat biss l-argumenti li jikkonċernaw l-aspettattivi leġittimi, peress li l-argumenti li jikkonċernaw iċ-ċertezza legali ma kinux ġew żviluppati b’mod adegwat. |
|
251. |
Għal dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-elementi prinċipali invokati minn Illumina ma kinux jissostanzjaw “l-eżistenza tal-allegata politika tal-Kummissjoni li fuqha tibbaża ruħha [Illumina]”, u ma setgħux jitqiesu bħala li jikkostitwixxu “assigurazzjoni preċiżi, mingħajr kundizzjoni u konsistenti mingħand il-Kummissjoni fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjoni inkwistjoni”. |
1. L‑argumenti tal‑partijiet
|
252. |
L-appellanti huma tal-opinjoni li l-motivazzjoni fis-sentenza appellata hija vvizzjata b’numru ta’ żbalji ta’ liġi. B’mod partikolari, huma jargumentaw li l-Qorti Ġenerali (i) żnaturat is-sens tal-argument ta’ Illumina fl-ewwel istanza dwar l-aspettattivi leġittimi; (ii) żbaljat meta kkunsidrat li seta’ jkun hemm biss aspettattivi leġittimi jekk l-assigurazzjonijiet li fuqhom kienu bbażati dawn l-aspettattivi kienu jirrigwardaw speċifikament il-konċentrazzjoni inkwistjoni; (iii) żbaljat meta evalwat is-sinjifikat tad-diskors tas-Sinjura Margrethe Vestager, il-Viċi Presidenta Eżekuttiva tal-Kummissjoni u l-Kummissarju tal-Kompetizzjoni, li sar ftit xhur qabel ma l-Kummissjoni bagħtet l-ittra ta’ stedina ( 183 ); u (iv) naqset milli tindirizza l-argumenti tagħhom ibbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
253. |
Il-Kummissjoni tirrispondi li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi fuq din il-kwistjoni. |
2. Analiżi
|
254. |
Għal darba oħra, għalkemm insib ftit mis-siltiet rilevanti tas-sentenza appellata bħala li ma jikkonvinċunix, jiena tal-fehma li l-Qorti Ġenerali ma żbaljatx meta ċaħdet it-tielet motiv ta’ Illumina. |
|
255. |
Nibda sabiex ngħid li l-allegazzjoni tal-appellanti li l-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat is-sens tal-argumenti bbażati fuq l-aspettattivi leġittimi ma tikkonvinċinix. L-argument tal-appellanti li Illumina kienet qiegħda ssostni li l-Kummissjoni kienet ħolqot aspettattivi li hija mhux ser tinkoraġġixxi talbiet għal rinviju għal konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti nazzjonali, filwaqt li l-Qorti Ġenerali eżaminat jekk il-Kummissjoni setgħetx legalment taċċetta tali rinviju. Dan jidhirli li jammonta għal “tiftix tax-xagħra fl-għaġina”. Huwa ċar li ż-żewġ aspetti huma komplementari u ma tantx jistgħu jiġu mifrudin. |
|
256. |
L-ispinta tal-argument tal-appellanti kienet, essenzjalment, li huma ma setgħux jipprevedu l-bidla f’salt tal-politika tal-Kummissjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. Dak li huwa importanti, f’dan ir-rigward, huwa jekk l-appellanti setgħux, minħabba l-informazzjoni rċevuta mill-Kummissjoni, jemmnu leġittimament li l-konċentrazzjoni tagħhom ma kinitx ser tkun suġġetta għal rinviju taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. Il-fatt dwar jekk, f’dan il-kuntest, ir-rinviju inkwistjoni skattax minn xi ANK waħda jew iktar li aġixxiet ex officio, jew minħabba li kienu mistednin jagħmlu hekk mill-Kummissjoni, jidhirli li huwa irrilevanti. |
|
257. |
Barra minn hekk, m’iniex konvint mill-argumenti tal-appellanti li jilmentaw nuqqas, tal-Qorti Ġenerali, li tittratta l-allegazzjonijiet tagħhom dwar ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Wara li eżaminajt l-osservazzjonijiet tagħhom fl-ewwel istanza, ikolli naqbel mal-Qorti Ġenerali li l-appellanti ma kienu ressqu ebda argument speċifiku f’dan ir-rigward; fi kliem ieħor, ebda argument li kien jidher differenti mill-argumenti tagħhom li jirrigwardaw l-aspettattivi leġittimi, li l-Qorti Ġenerali ttrattat espressament fis-sentenza appellata. |
|
258. |
Barra minn hekk, ma nemminx li f’dan il-każ huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha sabiex wieħed ikun jista’ jinvoka l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi. |
|
259. |
Nammetti li ċerti siltiet mis-sentenza appellata huma, fil-fehma tiegħi, żbaljati. Fil-punt 254 tas-sentenza, il-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għal linja ta’ ġurisprudenza li tgħid li l-informazzjoni preċiża, mingħajr kundizzjonijiet u konsistenti mogħtija mill-amministrazzjoni tista’ twassal għal aspettattivi leġittimi, sakemm, inter alia, tali informazzjoni “tikkonforma mar-regoli applikabbli”. Imbagħad, fil-punt 265 ta’ din is-sentenza, filwaqt li rreferiet għall-ġurisprudenza, il-Qorti Ġenerali żiedet tgħid li “sa fejn jirriżulta mill-ewwel motiv li d-deċiżjonijiet ikkontestati kienu bbażati fuq interpretazzjoni korretta tal-portata ta’ dak l-artikolu, ir-rikorrenti ma tistax tinvoka l-gwida ġdida tal-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni”. |
|
260. |
Ma nistax naqbel mal-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward. Il-ġurisprudenza msemmija mill-Qorti Ġenerali (li sa fejn nista’ nara, hija komposta essenzjalment mis-sentenzi tagħha stess) ma tistax tfisser loġikament li l-individwi ma jistgħux jinvokaw l-aspettattivi leġittimi jekk l-assigurazzjonijiet ipprovduti mill-amministrazzjoni jikkonformaw mar-regoli rilevanti. Fil-fatt, jekk l-assigurazzjonijiet huma konformi mal-liġi applikabbli, allura ma jkun hemm ebda bżonn li l-individwi inkwistjoni jinvokaw il-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi: il-pożizzjoni tagħhom tkun protetta bid-dispożizzjonijiet stess imsemmija mill-amministrazzjoni. Ir-rationale tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi hija manifestament li jipproteġi lill-individwi li, mingħajr ebda tort tagħhom, ikunu sgwidati bl-interpretazzjoni tal-amministrazzjoni tal-liġi applikabbli. |
|
261. |
Fil-fehma tiegħi, din il-linja ta’ ġurisprudenza tista’ tiġi aċċettata biss jekk tinftiehem bħala li teskludi l-possibbiltà tal-individwi li jinvokaw il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi meta individwu raġonevolment informat jinduna li l-assigurazzjonijiet ipprovduti mill-amministrazzjoni ma humiex konformi mar-regoli rilevanti. Għaldaqstant, jekk, fil-każ ineżami, l-appellanti kienu attwalment irċevew “assigurazzjonijiet preċiżi, mingħajr kundizzjoni u konsistenti” mingħand il-Kummissjoni, il-fatt li din l-istituzzjoni sussegwentement applikat l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004 b’mod korrett ma setax jipprekludi lil dawn l-impriżi milli jinvokaw ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi. |
|
262. |
B’dan premess, naqbel mal-Qorti Ġenerali li, fi kwalunkwe każ, ebda assigurazzjonijiet ma jistgħu jittieħdu mid-diskors tal-Kummissarju msemmi mill-appellanti. Kif innotat tajjeb il-Qorti Ġenerali, kemm l-għan tad-diskors (li “kien jikkonċerna l-politika ġenerali tal-Kummissjoni fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet u ma kienx isemmi l-konċentrazzjoni inkwistjoni” ( 184 )) u l-ġist u l-kontenut tiegħu (li qal li, fil-passat, “il-Kummissjoni segwiet il-prassi li tiskoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali milli jirrinvijaw lilha konċentrazzjonijiet li huma ma kellhomx il-kompetenza li jeżaminaw huma stess” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 185 )) jeskludu li tali diskors jista’ jitqies bħala li jwassal għal assigurazzjonijiet li huma “preċiżi, mingħajr kundizzjoni u konsistenti” fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 186 ). |
|
263. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tielet aggravju għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud. |
VI. Konsegwenzi tal‑evalwazzjoni: is-soluzzjoni ta’ din il‑kawża
|
264. |
Skont it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tkun ser titħassar, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża. |
|
265. |
Fil-fehma tiegħi, dan huwa manifestament il-każ hawnhekk. Il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni li tat lill-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. B’interpretazzjoni korretta, din id-dispożizzjoni ma tagħtix is-setgħa lill-Kummissjoni tadotta deċiżjonijiet bħalma huma dawk li ġew ikkontestati mill-appellanti f’dawn il-proċeduri. Għaldaqstant, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu annullati. |
|
266. |
Madankollu, it-talba tal-AKF u l-ittra ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni ma jistgħux jiġu annullati peress li (i) l-att preċedenti ma kienx ikkontestat fl-ewwel istanza ( 187 ) (barra mill-fatt li ma huwiex att tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni), u (ii) l-ittra ta’ informazzjoni, għalkemm ikkontestata fl-ewwel istanza, instabet li hija att li ma tistax tiġi kkontestata mill-Qorti Ġenerali ( 188 ). Is-siltiet rilevanti tas-sentenza appellata lanqas ma ġew appellati mill-appellanti. |
VII. Fuq l‑ispejjeż
|
267. |
Skont l-Artikolu 138(1) u l-Artikolu 184(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu mill-parti rebbieħa. Peress li l-appellanti talbu l-ispejjeż u l-appelli tagħhom qegħdin jintlaqgħu, il-Kummissjoni għandha tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż relatati mal-proċeduri. |
|
268. |
Skont l-Artikolu 140 u l-Artikolu 184(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri li intervjenew fil-proċeduri, l-ASE u Biocom, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
VIII. Konklużjoni
|
269. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.
( 2 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Tetra Laval (C‑12/03 P, EU:C:2004:318, punt 73).
( 3 ) Fuq dawn il-kwistjonijiet, ara International Competition Network Merger Working Group Notification & Procedures Subgroup, “Setting Notification Thresholds for Merger Review”, April 2008 (disponibbli fuq is-sit internet tan-network).
( 4 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40.
( 5 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal‑21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 31). L-Artikolu 22(3) sa (6) tiegħu jaqra kif ġej:
“3. Jekk il-Kummissjoni ssib, fuq talba ta’ Stat Membru, li konċentrazzjoni [...] li m’għandhiex dimensjoni Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 1 toħloq jew issaħħaħ posizzjoni dominanti li b’riżultat ta’ hekk il-kompetizzjoni effettiva tiġi mfixkla sew fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat tista’, safejn il-konċentrazzjoni taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tadotta d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu, (3) u (4).
4. L-Artikoli 2(1)(a) u (b), 5, 6, 8, u 10 sa 20 għandhom japplikaw. [...] It-talba għandha ssir l-aktar tard fi żmien xahar mid-data li fiha l-konċentrazzjoni ġiet mgħarrfa lill-Istat Membru jew li daħlet fis-seħħ. [...]
5. Skond il-paragrafu 3 il-Kummissjoni għandha tieħu biss il-miżuri meħtieġa biex tinżamm jew tinġieb lura l-kompetizzjoni effettiva fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun talab l-intervent tagħha.
6. Il-paragrafi 3 sa 5 għandhom jibqgħu japplikaw sakemm l-għetiebi [il-limiti] msemmija fl-Artikoli 1(2) jkunu ġew riveduti.”
( 6 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1310/97 tat‑30 ta’ Ġunju 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 4064/89 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 164). Dan emenda l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 billi, inter alia (i) introduċa riferiment għal talbiet konġunti ta’ żewġ Stati Membri jew iktar fil-paragrafu 3; (ii) introduċa l-frażijiet “L-Artikolu 7 għandu japplika sa kemm dik il-konċentrazzjoni ma’ daħlietx f’effett fid-data li fiha l-Kummissjoni tinforma l-partijiet li saret talba” u “[i]t-talba għandha ssir fi żmien massimu ta’ xahar mid-data li fiha l-konċentrazzjoni kient saret magħrufa lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kollha li qed jagħmlu talba konġunta jew affetwati” fil-paragrafu 4; u (iii) billi ħassar il-paragrafu 6.
( 7 ) EU:T:2022:447.
( 8 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 22, Vol. 52, p.3; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ŻEE”.
( 9 ) ĠU 2021, C 113, p. 1.
( 10 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2023, DI vs BĊE (C‑513/21 P, EU:C:2023:500, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 11 ) C‑457/23 P, EU:C:2023:760.
( 12 ) Ara, inter alia, is-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2022, Nord Stream 2 vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑348/20 P, EU:C:2022:548, punt 128 u l-ġurisprudenza ċċitata). Enfasi miżjuda.
( 13 ) Ara, f’dan is-sens, ibid., punti 130 u 131, u, b’iktar referenzi, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Nord Stream 2 vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑348/20 P, EU:C:2021:831, punt 120).
( 14 ) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
( 15 ) Sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2022, Nord Stream 2 vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑348/20 P, EU:C:2022:548, punt 129 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 16 ) Ara, pereżempju, id-digriet tat‑12 ta’ Ġunju 2019, OY vs Il‑Kummissjoni (C‑816/18 P, EU:C:2019:486, il-punt 6 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali kif ikkwotat fil-punt 4 tad-digriet, u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 17 ) Ara, fil-fatt, il-punti 9 u 10 tad-digriet imsemmi iktar ’il fuq.
( 18 ) Ara, mill-ġdid, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Nord Stream 2 vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑348/20 P, EU:C:2021:831, punt 177 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 19 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑6 ta’ Settembru 2017, Intel vs Il‑Kummissjoni (C‑413/14 P, EU:C:2017:632, punt 86), u tal‑25 ta’ Marzu 2021, Xellia Pharmaceuticals u Alpharma vs Il‑Kummissjoni (C‑611/16 P, EU:C:2021:245, punt 153).
( 20 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑30 ta’ Settembru 2021, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Pinxten (C‑130/19, EU:C:2021:782, punti 310 u 311 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 21 ) Punt 177 tas-sentenza appellata. Enfasi miżjuda.
( 22 ) Punti 89, 90 u 92 tas-sentenza appellata.
( 23 ) Punt 91 tas-sentenza appellata (enfasi miżjuda). Dan huwa minnu fir-rigward tal-maġġoranza tal-verżjonijiet lingwistiċi tar-regolament; fil-fatt, minoranza ta’ verżjonijiet lingwistiċi (bħalma huma l-verżjonijiet Olandiżi u Svediżi) ma jużawx l-espressjoni “xi [kull] konċentrazzjoni” imma termini oħra li jistgħu jiġu tradotti bħala “xi konċentrazzjoni”.
( 24 ) Punt 93 tas-sentenza appellata.
( 25 ) Punti 94 u 95 tas-sentenza appellata.
( 26 ) Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 1982, Cilfit et (283/81, EU:C:1982:335, punt 20). Enfasi miżjuda.
( 27 ) Ara, fost ħafna oħrajn, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Jobcenter Krefeld (C‑181/19, EU:C:2020:794, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata). Enfasi miżjuda.
( 28 ) Ibid., punti 62 sa 66.
( 29 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 2009, Sturgeon et (C‑402/07 u C‑432/07, EU:C:2009:716, punti 40 sa 69), u tas‑27 ta’ Ottubru 2016, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (C‑220/15, EU:C:2016:815, punti 38 sa 47).
( 30 ) (1969) UNTS Vol. 1155, p. 331. Ara l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32, rispettivament.
( 31 ) Enfasi miżjuda.
( 32 ) Kif qal l-Avukat Ġenerali Wathelet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieqaf mal-interpretazzjoni letterali tad-dispożizzjoni, meta l-formulazzjoni inkwistjoni tkun assolutament ċara u mhux ambigwa, imma ma għandhiex bilfors tieqaf (ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet fil-kawża Franza vs Il‑Parlament, C‑73/17, EU:C:2018:386, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 33 ) Ara, inter alia, it-termini “postoupení” (Ċek), “Verweisung” (Ġermaniż), “παραπομπή” (Grieg), “remisión” (Spanjol), “renvoi” (Franċiż), “áttétel” (Ungeriż), “rinvio” (Taljan), “remessa” (Portugiż) u “napotitev” (Sloven).
( 34 ) Enfasi miżjuda.
( 35 ) Punt 142 tas-sentenza appellata (enfasi miżjuda). Ara wkoll il-punti 141, 165, 177 u 182 ta’ dik is-sentenza.
( 36 ) Green Paper tal-Kummissjoni tal‑31 ta’ Jannar 1996 dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (COM(96) 19 final), imsemmija fil-punti 97 u 98 tas-sentenza appellata.
( 37 ) Green Paper tal-Kummissjoni tal‑11 ta’ Diċembru 2001 dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 (COM(2001) 745 final) imsemmija fil-punti 97, 99, 101 u 103 tas-sentenza appellata.
( 38 ) Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi (“Ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”) (ĠU 2003, C 20, p. 4), imsemmija fil-punti 97 u 106 sa 113 tas-sentenza appellata.
( 39 ) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill – Rapport dwar it-tħaddim tar-Regolament Nru 139/2004 tat‑30 ta’ Ġunju 2009 (SEC(2009) 808 final/2), imsemmi fil-punti 97 u 115 tas-sentenza appellata.
( 40 ) Sfortunatament, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx pożizzjoni espressa fuq dan il-punt, u lanqas ma din il-pożizzjoni tista’ tiġi dedotta billi tiġi eżaminata l-motivazzjoni fis-sentenza appellata. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali rreferiet b’mod indiskriminat għal elementi preżenti fir-Regolament Nru 4064/89 oriġinali u għal elementi miżjuda sussegwentement mir-Regolament tal‑1997 jew mir-Regolament Nru 139/2004.
( 41 ) Punt 97 tas-sentenza appellata.
( 42 ) Punt 98 tas-sentenza appellata.
( 43 ) Punt 102 tas-sentenza appellata.
( 44 ) B’mod partikolari, fl‑1997 meta ġiet emendata d-dispożizzjoni. Ara l-punt 103 tas-sentenza appellata.
( 45 ) Punt 109 tas-sentenza appellata
( 46 ) Ara, inter alia, is-sentenzi tat‑18 ta’ Lulju 2007, Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni (C‑326/05 P, EU:C:2007:443, punti 60 sa 68), u tat‑30 ta’ Mejju 2017, Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill (C‑45/15 P, EU:C:2017:402, punt 76).
( 47 ) Punt 99 tas-sentenza appellata.
( 48 ) Dan għadu jgħodd fiż-żmien li nkitbu dawn il-konklużjonijiet. Madankollu, nifhem li s-sitwazzjoni tista’ tinbidel fil-futur qarib, peress li l-Gvern Lussemburgiż, sa minn Awwissu 2023, introduċa abbozz ta’ liġi li tistabbilixxi sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet fil-pajjiż.
( 49 ) Punti 9 u 10 tal-Green Paper tal‑1996 (enfasi miżjuda).
( 50 ) Punt 86 tal-Green Paper tal‑2001, imsemmi fil-punt 103 tas-sentenza appellata.
( 51 ) B’komunikazzjonijiet “volontarji”, hija rreferiet għal dawk li ġew ippreżentati quddiem l-awtorità tal-kompetizzjoni tar-Renju Unit peress li r-Renju Unit (li, dak iż-żmien, kien Stat Membru) jopera sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet li, għall-kuntrarju tas-sistemi kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri l-oħra, ma hijiex ibbażata fuq komunikazzjonijiet mandatorji imma fuq dawk volontarji.
( 52 ) Ara, b’mod partikolari, il-paġna 4 (“Sunt eżekuttiv”) u l-punti 72 sa 88 tal-Green Paper tal‑2001.
( 53 ) Punt 53 (enfasi miżjuda).
( 54 ) Dan il-punt huwa enfasizzat iktar bir-riferiment fil-Green Paper tal‑2001 għan-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ “sabiex l-Istat Membru jsir jaf bil-konċentrazzjoni” imma li “jidher li huwa naturali li tintuża d-data ta’ komunikazzjoni nazzjonali bħala d-data li tiskatta r-rekwiżit ta’ komunikazzjoni fl-Istati Membri” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Għal darba oħra, il-Kummissjoni hija manifestament ikkonċernata bil-każijiet li jiġu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali minħabba li huma suġġetti għas-sistemi nazzjonali tagħhom ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet.
( 55 ) Ara, b’mod partikolari, il-punti 93, 95 u 99 tal-Green Paper tal‑2001.
( 56 ) Enfasi miżjuda.
( 57 ) Ara l-punt 138 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal‑2009: “fuq il-kwistjoni dwar jekk Stat Membru għandux ikun jista’ jew le jagħmel talba jew jingħaqad ma’ talba għal rinviju mingħajr ma jkollu ġurisdizzjoni fil-każ, ħamsa ħasbu li dan għandu jkun permess filwaqt li disgħa ħasbu li dan ma għandux ikun. Dan iqajjem il-kwistjoni dwar jekk Stat Membri għandux ikun jista’ jew le jirreferi każ fejn il-ġurisdizzjoni tiegħu ma tkunx skattat iżda meta l-attività tal-partijiet ikollha fil-fatt effett f’dan l-Istat Membru” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (enfasi miżjuda).
( 58 ) Ara l-punti 133, 140 sa 142 u 144 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal‑2009 (enfasi miżjuda). Ara, b’mod simili, il-punt 86 tal-Green Paper tal‑2001.
( 59 ) Ara, b’mod partikolari, ir-Rapporti tal-Kunsill tas‑7 ta’ Novembru 1988 (9114/88), tal‑10 ta’ Novembru 1988 (9265/88) u tat‑8 ta’ Diċembru 1988 (10054/88).
( 60 ) Abbozz ta’ minuti tal‑1 339 laqgħa tal-Kunsill fit‑18 ta’ Lulju 1989 (8016/89 PV/ CONS 47), p. 2.
( 61 ) In primis, ir-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 17 tas‑6 ta’ Frar 1962: L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat [KEE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3).
( 62 ) Proposta tal-Kummissjoni emendata għal Regolament tal-Kunsill (KEE) dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi (COM(88) 97 final) (ĠU 1988, C 130, p. 4). L-Artikolu 22 ta’ din il-proposta, intitolat “Applikazzjoni esklużiva ta’ dan ir-regolament”, kien jipprovdi kif ġej: “Ir-Regolamenti Nru 17, (KEE) Nru 1017/68, (KEE) Nru 4056/86 u (KEE) Nru 3975/87 ma għandhomx japplikaw għal konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-portata ta’ dan ir-regolament” [traduzzjoni mhux uffiċjali].
( 63 ) Ara Kunsill, Note de la Présidence au Conseil, 7 ta’ April 1989 (5857/89 (RC 9)), Anness, p. 4; Rapporti tat‑12 ta’ April 1989 (6267/89, RC 12); Abbozz ta’ minuti tal‑1 339 laqgħa tal-Kunsill fit‑18 ta’ Lulju 1989 (8016/89 PV/ CONS 47), p. 13; Rapporti tad‑9 ta’ Novembru 1989, (9672/89 (RC 41)), p. 3. Ara, ukoll, l-ittra ta’ Sir Leon Brittan lill-Kunsill (SG (89) D/5429) tal‑24 ta’ April 1989, p. 2.
( 64 ) Ara r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet tat‑28 ta’ Lulju 1993 (COM(93) final, p. 14) (iktar ’il quddiem ir-“Rapport tal‑1993”); Kummissjoni, Nota minn G. Drauz lis-Servizz Legali (COMP/HT.60), Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill, 6 ta’ Ġunju 2003 (11430), punt 4.
( 65 ) Ara Sir Leon Brittan, Competition Policy and Merger Control in the Single European Market, Grotius, 1991, p. 33 u 49. B’mod simili, Jones, C., “Procedures and Enforcement under EEC Merger Regulation”, f’Hawk, B. (editur), Annual Proceedings of the Fordham Corporate Law Institute, 1990, p. 476.
( 66 ) Ara r-Rapport tal-Kummissjoni tal‑1993, p. 7. Ara, ukoll, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet (COM (96) 313 final, p. 5). Ara, ukoll, Levy, N., Rimsa, A. u Buzatu, B., “The jurisdictional reach of EC merger control: Striking the right balance”, f’Kokkoris, I. u Levy, N., Research Handbook on Global Merger Control, Edward Elgar Publishing, 2023, p. 219: “Ebda sistema li taħdem ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet ma tista’ taqbad kull tranżazzjoni li tista’ taffettwa l-kompetizzjoni f’ġurisdizzjoni partikolari”.
( 67 ) Ara Kunsill, Résultats des travaux du Groupe des questions économiques (contrôle des concentrations), 8 ta’ Marzu 1989 (5770/89 RC 8) p. 4. Ara, ukoll, l-ittra ta’ Sir Leon Brittan lill-Kunsill, 30 ta’ Marzu 1989 (SG (89) D/4008), p. 2.
( 68 ) Ara Kunsill, Rapport lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti, 9 ta’ Diċembru 1988, (10189/89 RC 36), p. 8; u avis du service juridique, 11 ta’ Lulju 1989 (7896/89 JUR 98 RC 24), p. 10. Ara wkoll Kummissjoni, ir-Rapport tal‑1993, p. 14.
( 69 ) Ara Sir Leon Brittan, nota ta’ qiegħ il-paġna 65, op. cit., p. 39, 48 u 53.
( 70 ) Ara Kunsill, avis du service juridique, 11 ta’ Lulju 1989 (7896/89 JUR 98 RC 24), p. 4.
( 71 ) Ara l-punti 201 u 208 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 72 ) Dan in-numru jirrifletti lill-Istati Membri tal-Unjoni kollha (ħlief għal-Lussemburgu) u lill-Istati ŻEE/EFTA (l-Islanda u n-Norveġja) li fil-preżent għandhom skema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet.
( 73 ) Għall-kuntrarju, l-adozzjoni tar-Regolament Nru 139/2004 kienet intiża li ttejjeb l-assi tar-Regolament Nru 4064/89. Ara Kummissjoni, Nota minn G. Drauz lis-Servizz Legali (COMP/HT.60), Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill, 6 ta’ Ġunju 2003 (11430), p. 7; u l-Proposta tal-Kummissjoni tal‑2003, p. 10.
( 74 ) Ara, hawn fuq, in-noti ta’ qiegħ il-paġna 5 u 6.
( 75 ) ĠU 2005, C 56, p. 2.
( 76 ) Ara, b’mod partikolari, il-punti 33, 45, 47 u 50 tal-Avviż.
( 77 ) Ara l-punt 45 tal-Avviż.
( 78 ) Punti 2 u 79 tal-White Paper tal‑2014.
( 79 ) Punti 69 u 70 tal-White Paper tal‑2014.
( 80 ) Punt 61 tal-White Paper tal‑2014.
( 81 ) Punti 21, 63 u 69 tal-White Paper tal‑2014.
( 82 ) Disponibbli fuq is-sit internet tal-Kummissjoni. Ara, b’mod partikolari, it-Taqsimiet A.1, B.2 u B.3.
( 83 ) Punt 139 tas-sentenza appellata.
( 84 ) Qabel l-Artikoli 87 u 235 KEE.
( 85 ) Punti 119 u 120 tas-sentenza appellata.
( 86 ) Ara s-seba’ premessa tar-Regolament Nru 4064/89 u l-premessa 7 tar-Regolament Nru 139/2004.
( 87 ) Ara, inter alia, Kunsill, Résultats des travaux du Groupe des questions économiques (contrôle des concentrations), 29 ta’ Mejju 1989 (7752/89 RC 20), p. 5; Résultats des travaux du Groupe des questions économiques (contrôle des concentrations), 22 ta’ Ġunju 1989 (7827/89 RC 22), p. 1, Anness II, p. 3; u avis du service juridique, 11 ta’ Lulju 1989 (7896/89 JUR 98 RC 24), p. 4.
( 88 ) Li kien l-Artikolu 38 KEE u l-Anness II tat-Trattat KEE.
( 89 ) Essenzjalment, l-Artikolu 352(1) TFUE jippermetti lill-Kunsill jadotta miżuri xierqa meta tirriżulta neċessarja azzjoni mill-Unjoni, fil-qafas tal-politika ddefinita fit-Trattati, sabiex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet stabbiliti fit-Trattati, filwaqt li t-Trattati ma pprovdewx is-setgħat neċessarji.
( 90 ) Fuq din il-kwistjoni, ara, ukoll, Dashwood, A., Community Report, XIVth FIDE Congress, Madrid, 2010.
( 91 ) Punti 121 sa 124 tas-sentenza appellata. Enfasi miżjuda.
( 92 ) Punti 125 u 126 tas-sentenza appellata.
( 93 ) L-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 139/2004 jippermetti lill-partijiet fil-konċentrazzjoni jitolbu lill-Kummissjoni tirrinvija l-eżami, kollu jew parti minnu, ta’ konċentrazzjoni li għandha dimensjoni Komunitarja lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru meta l-konċentrazzjoni “jista’ jkollha effett sinifikattiv fuq il-kompetizzjoni f’suq fi Stat Membru, liema suq għandha l-karatteristiċi kollha ta’ suq distint”. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 139/2004 jippermetti lill-Kummissjoni, f’ċerti ċirkustanzi, tirrinvija l-konċentrazzjoni kkomunikata lilha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.
( 94 ) Punti 127 sa 129 tas-sentenza appellata.
( 95 ) Punt 130 tas-sentenza appellata.
( 96 ) Enfasi miżjuda.
( 97 ) Punt 130 tas-sentenza appellata. Enfasi miżjuda.
( 98 ) Enfasi f’dawn id-dispożizzjonijiet miżjuda.
( 99 ) Ara l-punti 100, 103 u 105 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Għal dak li jirrigwarda, b’mod iktar speċifiku, ir-Regolament Nru 139/2004, ara wkoll il-premessa 12 tiegħu. Din l-evoluzzjoni, dovuta wkoll għall-portata progressivament iżgħar għall-użu tal-mekkaniżmu ta’ rinviju, ġiet enfasizzata il-kummentarji legali: ara, pereżempju, Albors-Llorens, A., Goyder, D. G. u Goyder, J., Goyder’s EC Competition Law, il-ħames edizzjoni, Oxford University Press, 2009, p. 431; u Frenz, W., Handbook of EU Competition Law, Springer, 2016, p. 1308.
( 100 ) Punt 131 tas-sentenza appellata.
( 101 ) Punt 132 tas-sentenza appellata. Enfasi miżjuda.
( 102 ) Enfasi miżjuda. Ser nerġa’ lura għal din il-kwistjoni fil-punti 155 u 156 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 103 ) Fil-fatt, il-proċedura ġiet mibdija b’mod validu u, jekk xejn, talba konġunta għal rinviju minn diversi Stati Membri ttejjeb il-konsistenza tas-sistema: jekk it-talba tiġi aċċettata, l-Istati Membri kkonċernati kollha “ma għandhomx jibqgħu japplikaw il-liġi nazzjonali tagħhom dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni [inkwistjoni]” (Artikolu 22(3) tar-Regolament Nru 139/2004), inkluż id-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-ftehimiet antikompetittivi u l-abbużi minn pożizzjoni dominanti għall-konċentrazzjoni inkwistjoni. Ara, fuq dan l-aħħar punt, il-punt 134 tas-sentenza appellata.
( 104 ) Ara, b’mod estensiv, il-punti 206 sa 214 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 105 ) Punt 133 tas-sentenza appellata.
( 106 ) Imma ara l-punti 152 sa 162 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 107 ) Punt 134 tas-sentenza appellata.
( 108 ) Punti 135 u 136 tas-sentenza appellata.
( 109 ) Fil-fatt, (i) jekk Stat Membru mingħajr sistema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet iressaq talba għal rinviju, l-obbligu ta’ standstill stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 139/2004 japplika għall-konċentrazzjoni inkwistjoni indipendentement minn jekk din il-konċentrazzjoni taqax taħt il-portata ta’ sistema nazzjonali waħda jew iktar ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet, u (ii) jekk Stat Membru jressaq talba għal rinviju, l-obbligu ta’ standstill stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 139/2004 japplika għall-konċentrazzjoni inkwistjoni bis-saħħa tar-Regolament Nru 4064/89, u għaldaqstant indipendentement minn jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tipprovdix għal obbligu ekwivalenti.
( 110 ) Kif tajjeb innotat l-ASE fis-sottomissjonijiet tagħha, ir-Regolament Nru 139/2004 huwa att li, taħt l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, japplika wkoll fl-“Istati taż-ŻEE-EFTA” (l-Islanda, Liechtenstein u n-Norveġja); Liechtenstein ma għandux skema nazzjonali ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet.
( 111 ) Dan huwa notorjament il-każ tar-Renju Unit, li kien għadu Stat Membri tal-Unjoni meta ġew adottati r-Regolament Nru 4064/89 u r-Regolament Nru 139/2004.
( 112 ) Għal ħarsa tajba lejn dawn l-aspetti speċifiċi tas-sistema, ara “Merger Notification and Procedures Templates” ippreżentati minn ħafna Stati Membri tal-Unjoni lin-Network Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni (disponibbli fuq is-sit internet tan-network).
( 113 ) Punt 137 tas-sentenza appellata.
( 114 ) Sentenza tal‑15 ta’ Diċembru 1999, Kesko vs Il‑Kummissjoni (T‑22/97, EU:T:1999:327, punt 84).
( 115 ) Punt 138 tas-sentenza appellata.
( 116 ) Ara l-punti 129 sa 133 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 117 ) Ara, b’mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004: “It-termini perentorji nazzjonali kollha relatati mal-konċentrazzjoni għandhom ikunu sospiżi”. Enfasi miżjuda.
( 118 ) Erġa’ ara t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004: “sakemm, skond il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, ikun deċiż fejn ħa tkun eżaminata l-konċentrazzjoni”. Enfasi miżjuda.
( 119 ) Enfasi miżjuda.
( 120 ) Għal dak li jirrigwarda t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 139/2004, ara l-punti 133 u 150 tas-sentenza appellata. Madankollu, il-Qorti Ġenerali titkellem biss fuq il-kliem “[i]t-termini perentorji nazzjonali kollha” u mhux fuq il-kliem “sakemm […] ikun deċiż fejn ħa tkun eżaminata l-konċentrazzjoni”. Għal dak li jirrigwarda l-premessa 15 (“wkoll kompetenti”), ara l-punti 149 sa 151 tas-sentenza appellata.
( 121 ) Enfasi miżjuda.
( 122 ) Ara wkoll l-espressjonijiet simili, pereżempju, fil-verżjonijiet tar-regolament bil-Ġermaniż (“für”), bil-Grieg (“για λογαριασμό”), bl-Ispanjol (“en nombre de”), bil-Franċiż (“au nom d[e]”), u bit-Taljan (“per conto di”). Jenfasizza li l-Kummissjoni tidher li taġixxi taħt tip ta’ delega tas-setgħat li għandha l-awtorità nazzjonali rilevanti: Cohen-Tanugi, C., et al., La pratique communautaire du contrôle des concentrations, De Boeck Université, 1995, p. 56. B’mod simili, Sir Leon Brittan, nota ta’ qiegħ il-paġna 65, op. cit., p. 52.
( 123 ) Enfasi miżjuda. Id-dispożizzjoni kienet biss suġġetta għal emenda minuri fl‑1997 u mbagħad imħassra bir-Regolament Nru 139/2004, peress li ma kinitx għadha konsistenti mal-funzjoni ġdida tal-one-stop-shop tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 139/2004. Ara Cook, J. u Kerse, C., EC Merger Control, il-ħames edizzjoni, Sweet&Maxwell, 2005, p. 343.
( 124 ) Il-fatt li s-setgħat limitati tal-Kummissjoni implikaw portata limitata għall-mekkaniżmu ta’ rinviju stabbilit f’dak li kien l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 4064/89 ġie enfasizzat minn, pereżempju, Cook, J. u Kerse, C., EEC Merger Control – Regulation 4064/89, l-ewwel edizzjoni, Sweet&Maxwell, 1991, p. 60 u 61.
( 125 ) Fil-fatt, sabiex jiġi emendat ir-Regolament Nru 139/2004, normalment tkun meħtieġa l-unanimità (minħabba l-bażi legali taħt l-Artikolu 352 TFUE), imma l-Artikolu 1(5) tar-Regolament Nru 139/2004 jippermetti lill-Kunsill jemenda l-limiti “b’maġġoranza kwalifikata”.
( 126 ) Ara wkoll il-premessa 9 tar-Regolament Nru 139/2004 li tiddikjara li “[…] Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-limiti u tal-kriterji applikabbli sabiex il-Kunsill, li jaġixxi skond l-Artikolu 202 tat-Trattat, ikun f’pożizzjoni li jeżaminahom mill-ġdid b’mod regolari. Permezz ta’ dan ir-rapport il-Kunsill ikun jista’ jeżamina mill-ġdid […]. Din l-eżaminazzjoni mill-ġdid għandha ssir fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tipprepara dawn ir-rapporti u possibilment anki proposti biex isiru emendi, hemm il-bżonn li l-Istati Membri jagħtu lill Kummissjoni data ta’ l-istatistika. Ir-rapporti u l-proposti tal-Kummissjoni għandhom ikunu ibbażati fuq informazzjoni rilevanti mogħtija b’mod regolari mill-Istati Membri” (enfasi miżjuda). Fid-dawl ta’ din il-premessa, jiena nifhem l-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament Nru 139/2004 bħala li jippermetti l-użu tal-proċedura ssimplifikata fi kwalunkwe punt wara s-sottomissjoni tar-rapport li kellha ssir sal‑1 ta’ Lulju 2009. Madankollu, jiena nirrikonoxxi li l-lingwaġġ tad-dispożizzjoni jħalli lok għall-ambigwità, li tista’ twassal li wieħed jemmen li l-proċedura ssimplifikata kienet biss applikabbli għall-emendi proposti wara l-adozzjoni tar-rapport tal‑2009. Minkejja dan, anki jekk wieħed jinjora l-formulazzjoni speċifika tal-premessa 9 tar-Regolament Nru 139/2004, l-idea li din id-dispożizzjoni hija applikabbli biss darba tidher li hija illoġika. Fil-fatt, biż-żmien, in-neċessità għall-aġġustament tal-limiti ssir saħansitra iktar evidenti.
( 127 ) Jenfasizza n-natura temporanja tal-mekkaniżmu, Downes, T. A. u Ellison, J., The legal control of mergers in the EC, Blackston, 1991, p. 63 sa 65.
( 128 ) Sir Leon Brittan, nota ta’ qiegħ il-paġna 65, op. cit., p. 42: “Din id-dispożizzjoni hija ddefinita b’mod strett, u ma tippermettix lill-Kummissjoni tittratta konċentrazzjonijiet li ma jilħqux il-limitu fuq bażi ġenerali, anki jekk hija tkun inklinata tevita l-ispirtu tad-dispożizzjoni li tistabbilixxi l-limitu b’dan il-mod” (enfasi miżjuda). Ara, ukoll, Ibid., “The Law and Policy of Merger Control in the EEC”, European Law Review, 1990, p. 245.
( 129 ) Ara, b’mod partikolari, il-premessa 10 tar-Regolament tal‑1997 u l-premessi 11, 12 u 14 tar-Regolament Nru 139/2004.
( 130 ) Kif jingħad fil-punt 142 tas-sentenza appellata.
( 131 ) Enfasi miżjuda.
( 132 ) Enfasi miżjuda.
( 133 ) Ara, inter alia, is-sentenza tal‑4 ta’ Marzu 2020, Marine Harvest vs Il‑Kummissjoni (C‑10/18 P, EU:C:2020:149, punt 108 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2012, Electrabel vs Il‑Kummissjoni (T‑332/09, EU:T:2012:672, punt 246).
( 134 ) Din il-premessa kienet tipprovdi: “Billi għalhekk għandu jinħoloq strument ġdid legali fl-għamla ta’ Regolament biex ikun jista’ jsir kontroll effettiv tal-konċentrazzjonijiet kollha mill-aspett ta’ l-effett tagħhom fuq l-istruttura ta’ kompetizzjoni fil-Komunità u biex ikun l-uniku strument applikabbli għal konċentrazzjonijiet bħal dawn”.
( 135 ) Skont din id-dispożizzjoni, minkejja l-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni sabiex teżamina l-konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 139/2004, “Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa sabiex jipproteġu interessi leġittimi, għajr dawk ikkunsidrati f’dan ir-Regolament u li jkunu jaqblu mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja”.
( 136 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Settembru 2017, Austria Asphalt (C‑248/16, EU:C:2017:643, punt 21). Ara wkoll is-sentenzi tal‑25 ta’ Marzu 1999, Gencor vs Il‑Kummissjoni (T‑102/96, EU:T:1999:65, punt 314), u tat‑22 ta’ Settembru 2021, Altice Europe vs Il‑Kummissjoni (T‑425/18, EU:T:2021:607, punt 299).
( 137 ) Ara s-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2004, Il‑Portugall vs Il‑Kummissjoni (C‑42/01, EU:C:2004:379, punt 50), u l-premessa 8 tar-Regolament Nru 139/2004.
( 138 ) Ara l-premessa 9 tar-Regolament Nru 139/2004.
( 139 ) Ara b’mod partikolari l-punt 140 tas-sentenza appellata.
( 140 ) Enfasi miżjuda. Fil-fatt, il-kummentarji legali rreferew għar-Regolament Nru 4064/89 ukoll bħala strument li għandu diversi għanijiet: ara, pereżempju, Navarro Varona et al., Merger Control in the EU: Law, Economics and Practice, l-ewwel edizzjoni, Oxford University Press, 2001, p. 1 sa 5.
( 141 ) Ara r-referenzi għall-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-premessi 6, 8, 11 u 14. Ara wkoll il-premessa 8 in fine: “konċentrazzjonijiet li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri”.
( 142 ) Ara r-riferimenti għall-prinċipju one-stop-shop fil-premessi 8 u 11, għall-“kompetenza esklusiva” tal-Kummissjoni fil-premessa 17 u għal-limiti riżultanti fuq l-azzjoni tal-Istati Membri fil-premessi 18 u 19.
( 143 ) Ara r-riferimenti għall-effiċjenza fil-premessi 14, 15 u 16, għall-prevedibbiltà fil-premessa 15, u għaċ-ċertezza legali fil-premessi 11, 25 u 34. Ara wkoll il-Green Paper tal‑1996, punt 29. Fil-kummentarji legali, ara, inter alia, Blaise, J. B., “Concurrence – Contrôle des opérations de concentration”, Revue trimestrielle de droit européen, 1990, p. 743; u Venit, J., “The ‘merger’ control regulation: Europe comes of age… or Caliban’s dinner”, Common Market Law Review, 1990, p. 44.
( 144 ) B’mod simili, Whish, R.u Bailey, D., Competition Law, it-tmien edizzjoni, Oxford University Press, 2018, p. 832 u 833.
( 145 ) Ara, b’mod ġenerali, Irarrazabal Philippi, F., “Merger control procedure”, Global Dictionary of Competition Law, Concurrences, Art. Nru 12342.
( 146 ) Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2004, Il‑Portugall vs Il-Kummissjoni (C‑42/01, EU:C:2004:379, punti 51 u 53). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Cementbouw Handel & Industrie vs Il-Kummissjoni (C‑202/06 P, EU:C:2007:255, punt 44).
( 147 ) Ara s-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2004, Il‑Portugall vs Il‑Kummissjoni (C‑42/01, EU:C:2004:379, punt 50). Ara wkoll il-premessa 8 (“konċentrazzjonijiet li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri”) u l-premessa 9 (“[i]l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun definit skond iż-żona ġeografika fejn l-impriżi konċernati huma attivi u għandu jkunu limitat b’limiti kwantitattivi sabiex ikopri dawk il-konċentrazzjonijiet b’dimensjoni Komunitarja”).
( 148 ) Ara, iktar ’il fuq, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 141.
( 149 ) Sir Leon Brittan, “Subsidiarity in the Constitution of the EC”, Robert Schuman Lecture, European University Institute, 1992, p. 12.
( 150 ) L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) TUE: “Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà [...], l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn, l-objettivi ta’ l-azzjoni prevista ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti ta’ l-azzjoni prevista, jinkisbu aħjar fil-livell ta’ l-Unjoni”.
( 151 ) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 tal‑20 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (ĠU 2023, L 119, p. 22).
( 152 ) Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (ĠU 2022, L 265, p. 1).
( 153 ) Sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments (C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 154 ) Kif enfasizzat fil-kummentarji kollha; ara, pereżempju, Bushell, G., “Kapitolu II”, f’Jones, C. u Weinert, L. (edituri), EU Competition Law, Vol. II, L-ewwel ktieb, Edward Elgar Publishing, 2021, p. 41.
( 155 ) Ara, reċentament, is-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2022, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (Adeżjoni mal-Att ta’ Genève) (C‑24/20, EU:C:2022:911, punt 83).
( 156 ) Dan huwa veru a fortiori jekk wieħed ikun tal-fehma, bħali, li l-proċedura ssimplifikata prevista fl-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament Nru 139/2004 għall-emenda ta’ dawn il-limiti għadha tapplika. Ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna 125 u 126 iktar ’il fuq.
( 157 ) Ara, fost ħafna oħrajn, is-sentenza tal‑24 ta’ Novembru 1992, Poulsen u Diva Navigation (C‑286/90, EU:C:1992:453, punt 28).
( 158 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Settembru 2017, Intel vs Il‑Kummissjoni (C‑413/14 P, EU:C:2017:632, punti 40 sa 47), u tal‑25 ta’ Marzu 1999, Gencor vs Il‑Kummissjoni (T‑102/96, EU:T:1999:65, punt 243).
( 159 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Darmon fil-kawżi maqgħuda Ahlström Osakeyhtiö et vs Il‑Kummissjoni (89/85, 104/85, 114/85, 116/85, 117/85 u 125/85 sa 129/85, EU:C:1988:258, punt 57).
( 160 ) Ara, pereżempju, għal dak li jirrigwarda d-dritt tal-kompetizzjoni, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża InnoLux vs Il‑Kummissjoni (C‑231/14 P, EU:C:2015:292, punti 39 sa 42), u tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża Intel Corporation vs Il‑Kummissjoni (C‑413/14 P, EU:C:2016:788, punti 283 u 300); u, f’kuntest ieħor, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Nikiforidis (C‑135/15, EU:C:2016:281, punt 88).
( 161 ) Ara, pereżempju, l-Artikolu I.2(b) u l-Artikolu IV tal-Ftehim tal‑4 ta’ Ġunju 1998 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ korteżija pożittiva fl-infurzar ta’ liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 318).
( 162 ) Ara, b’mod partikolari, l-Opinjoni tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti, F. Hoffmann-La Roche, Ltd. vs Empagran S.A. (124 S. Ct. 2359 (2004)).
( 163 ) Ara, inter alia, is-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Centraal Israëlitisch Consistorie van België et (C‑336/19, EU:C:2020:1031, punt 85). Għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju f’dan il-kuntest, ara mutatis mutandis il-punt 236 tas-sentenza appellata.
( 164 ) Kif qal V. Korah, in-negozji jista’ jiswihom ħafna flus sabiex jittrattaw ma’, u jipprovdi informazzjoni lil, diversi awtoritajiet, f’diversi lingwi u f’forom differenti f’termini differenti, u li huma fi kwalunkwe każ, dejjem qosra (ara An Introductory Guide to EC Competition Law and Practice, it-tmien edizzjoni, Hart, 2004, p. 356).
( 165 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2023 (C‑449/21, EU:C:2023:207).
( 166 ) Sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2023 (C‑333/21, EU:C:2023:1011, punt 131).
( 167 ) Ara, mutatis mutandis, United States Department of Justice and the Federal Trade Commission, Horizontal Merger Guidelines, 2010, Taqsima 6.4.
( 168 ) Ara, bir-riferimenti, Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), “Disentangling Consummated Mergers: Experiences and Challenges”, Competition Policy Roundtable Background Note, 2022.
( 169 ) Fuq dan is-suġġett, ara pereżempju, Ginsburg, D. H. u Wong-Ervin, K. W., “Challenging Consummated Mergers Under Section 2”, Competition Policy International, Mejju 2020.
( 170 ) Direttiva (UE) 2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Diċembru 2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (ĠU 2019, L 11, p. 3). Dwar din id-direttiva, ara b’mod ġenerali Arsenidou, E., “The ECN+ Directive”, f’Dekeyser, K. et al. (edituri), Regulation 1/2003 and EU Antitrust Enforcement – A Systematic Guide, Wolters Kluwer, 2023, p. 143 sa 149.
( 171 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Kokott fil-kawża Towercast (C‑449/21, EU:C:2022:777, punt 63).
( 172 ) Fuq miżuri provviżorji, ara, reċentement, OECD, “Interim Measures in Antitrust Investigations”, Competition Policy Roundtable Background Note, 2022.
( 173 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2022, Generalstaatsanwaltschaft München (Estradizzjoni u ne bis in idem) (C‑435/22 PPU, EU:C:2022:852, punt 119 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 174 ) Sentenza tat‑3 ta’ April 2003, Royal Philips Electronics vs Il‑Kummissjoni (T‑119/02, EU:T:2003:101, punt 354).
( 175 ) Ara l-punt 182 tas-sentenza appellata. It-tifsira ta’ din is-silta għadha pjuttost oskura għalija.
( 176 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 203 tas-sentenza appellata.
( 177 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 199 tas-sentenza appellata.
( 178 ) Ara, b’iktar referenzi, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża HSBC Holdings et vs Il‑Kummissjoni (C‑883/19 P, EU:C:2022:384, punti 38 sa 59).
( 179 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 221 tas-sentenza appellata.
( 180 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 226 tas-sentenza appellata.
( 181 ) Ara, b’analoġija, il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni msemmija fil-punt 240 tas-sentenza appellata.
( 182 ) B’mod partikolari, huwa diffiċli li wieħed jifhem għaliex l-appellanti kienu kkuntattjati mill-Kummissjoni, u sussegwentement informati bit-tħassib tagħha, kważi tliet xhur wara li l-Kummissjoni rċeviet ilment dwar il-konċentrazzjoni, minkejja li l-Kummissjoni – matul dak il-perijodu – kien kellha diversi skambji mal-lanjant, diversi ANK, awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Swieq.
( 183 ) Diskors intitolat “The Future of EU Merger Control”, mogħti fl‑24 Konferenza Annwali tal-Kompetizzjoni tal-International Bar Association fil‑11 ta’ Settembru 2020.
( 184 ) Ara, f’dan ir-rigward, il‑punt 260 tas-sentenza appellata.
( 185 ) Ara, f’dan ir-rigward, il‑punt 261 tas-sentenza appellata.
( 186 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑20 ta’ Mejju 2021, Riigi Tugiteenuste Keskus (C‑6/20, EU:C:2021:402, punt 49), u tal‑31 ta’ Marzu 2022, Smetna palata na Republika Bulgaria (C‑195/21, EU:C:2022:239, punt 65).
( 187 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 62 tas-sentenza appellata.
( 188 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punti 79 u 80 tas-sentenza appellata.