<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑51/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0051</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:286">EU:C:2015:286</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20150429">29.4.2015</DATE> — KAWŻA C‑51/13</P><P>NATIONALE-NEDERLANDEN LEVENSVERZEKERING MIJ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni diretta għall-ħajja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/96/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 31(3)</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni li għandha tingħata lid-detentur tal-polza</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-assiguratur li jagħti informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż u l-primjums skont prinċipji ġenerali tad-dritt nazzjonali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑51/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hubertus Wilhelmus Van Leeuwen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, A. Rosas, E. Juhász u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20140319">19 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV, minn B. Jonk-van Wijk u G. van der Wal, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għal H.W. Van Leeuwen, minn D. Beljon u P. Boeken, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn B. Koopman, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Wilman u K.P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 92/96/KEE tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19921110">10 ta’ Novembru 1992</DATE>, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="360" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU L 360, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NN<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u H.W. Van Leeuwen fir-rigward tal-ammont tal-ispejjeż u tal-primjums għall-koperatura tar-riskju ta’ mewt li hija parti mill-polza ta’ assigurazzjoni għall-ħajja sottoskritta minn H.W. Van Leeuwen ma’ NN.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja ġiet imħassra u ssostitwita bid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20021105">5 ta’ Novembru 2002</DATE>, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3) li sussegwentement ġiet imħassra hija wkoll u ssostitwita, b’effett mill-<DATE ISO="20121101">1 ta’ Novembru 2012</DATE>, bid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 335, p. 1</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tad-data li fiha ġie konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja, li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja jibqgħu rilevanti għas-soluzzjoni ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 9 u 23 tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja jaqraw kif ġej:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(9)</NO.P><TXT>[...] ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva jiddefinixxu standards minimi; [...] l-Istat Membru ta’ oriġini jista’ jistabbilixxi regoli iktar stretti fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu stess;</TXT></NP></CONSID></P><P>[...]</P><P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>[...] fil-kuntest ta’ suq wieħed għall-assigurazzjoni, il-konsumatur ikollu għażla usa’ u iktar varjata ta’ kuntratti; [...] sabiex huwa jkun jista’ jibbenefika kompletament minn din id-diversità u minn kompetizzjoni msaħħa, huwa għandu jkollu l-informazzjoni neċessarja sabiex ikun jista’ jagħżel il-kuntratt li jkun l-iktar wieħed adatt għall-bżonnijiet tiegħu; [...] din in-neċessità ta’ informazzjoni hija iktar u iktar importanti peress li t-tul tal-impenji jista’ jkun twil ħafna; [...] id-dispożizzjonijiet minimi għandhom għalhekk jiġu kkoordinati sabiex il-konsumatur jirċievi informazzjoni ċara u eżatta dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti lilu kif ukoll id-dettalji tal-korpi li lilhom ikun jista’ jiġi indirizzati kull ilment ta’ detenturi tal-poloz, persuni assigurati jew benefiċjarji tal-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></CONSID></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, mill-inqas l-informazzjoni elenkata fil-punt A tal-Anness II għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-polza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-detentur tal-polza għandu jinżamm informat tul it-terminu tal-kuntratt dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni elenkata fil-punt B tal-Anness II.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru tal-impenn jista’ jeżiġi li l-impriżi ta’ assigurazzjoni jipprovdu informazzjoni addizzjonali għal dik elenkata fl-Anness II biss jekk din tkun neċessarja sabiex id-detentur tal-polza jkun jista’ jifhem sewwa l-elementi essenzjali tal-impenn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni ta’ dan l-artikolu u tal-Anness II għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru tal-impenn.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness II tal-imsemmija direttiva, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Informazzjoni lid-detenturi tal-poloz<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-informazzjoni, li għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-polza qabel il-konklużjoni tal-kuntratt (A) jew matul it-terminu tal-kuntratt (B), għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u eżatt, bil-miktub, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-impenn.</P><P>Madankollu, din l-informazzjoni tista’ tkun f’lingwa oħra jekk id-detentur tal-polza hekk jitlob, u l-liġi tal-Istat Membru tippermetti dan jew jekk id-detentur tal-polza jkun liberu li jagħżel il-liġi applikabbli.</P><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>A.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt</TXT></NP></TI></TITLE><P><TBL NO.SEQ="0001" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Informazzjoni dwar l-impriża ta’ assigurazzjoni</CELL><CELL COL="2">Informazzjoni dwar l-impenn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">(a) 4 Definizzjoni ta’ kull benefiċċju u kull għażla</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">(a) 5 Terminu tal-kuntratt</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">(a) 6 Mezzi biex jiġi terminat il-kuntratt</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">(a) 7 Mezz ta’ ħlas</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">(a) 8 Mezz tal-kalkolu u d-distribuzzjoni tal-bonuses</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">(a) 9 Indikazzjoni ta’ valuri ta’ rinunzja u valuri mħallsa u l-estent li għalih huma garantiti</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">(a) 10 Informazzjoni dwar il-<HT TYPE="ITALIC">premiums</HT> għal kull benefiċċju, kemm benefiċċji ewlenija u kemm benefiċċji supplimentari, meta</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt B tal-Anness II tal-istess direttiva jelenka l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lid-detentur tal-polza waqt it-terminu tal-kuntratt. Din id-dispożizzjoni tipprevedi li, minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali u speċjali li għandhom jiġu kkomunikati lilu, id-detentur tal-polza għandu jingħata, minn naħa, fil-każ ta’ modifikazzjoni għall-kuntratt jew ta’ emenda tal-liġi applikabbli għalih, l-informazzjoni kollha li tinsab fil-punti (a) 4 sa (a) 12 tat-Titolu A ta’ dan l-anness u, min-naħa l-oħra, kull sena, l-informazzjoni li tikkonċerna d-distribuzzjoni tal-bonuses.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-1998 li jirrigwarda l-provvista ta’ informazzjoni lid-detenturi tal-poloz ta’ assigurazzjoni (Regeling informatieverstrekking aan verzekeringsnemers 1998, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>RIAV 1998<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) ittraspona fid-dritt intern l-Artikolu 31 tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja. Fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-każ inkwistjoni, din id-dispożizzjoni taqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Assiguratur li joffri kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja lil detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni residenti jew stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi għandu jiżgura li dan tal-aħħar ikollu għandu fil-pussess tiegħu l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tal-polza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn ma joħroġx mill-kundizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi tal-polza, l-assiguratur għandu jiżgura, barra minn hekk, li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jiġi informat bil-miktub dwar l-informazzjoni segwenti:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>q.</NO.P><TXT>l-impatt tal-ispejjeż u t-tnaqqis imposti fir-rigward tad-detentur tal-polza fuq il-qligħ u l-benefiċċju assoċjati mal-kuntratt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>r.</NO.P><TXT>jekk applikabbli, l-ispejjeż li setgħu jiġu imposti b’żieda mal-primjum gross;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-espożizzjoni tal-motivi tar-RIAV 1998, l-applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar hija rregolata mil-liġi tal-1993 dwar is-superviżjoni tal-industrija tal-assigurazzjoni (Wet toezicht verzekeringsbedrijf 1993, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>WTV 1993<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) u mid-dritt ċivili nazzjonali fis-seħħ, li fosthom jinsabu r-rekwiżiti ta’ raġonevolezza u ekwità (Artikolu 2 tal-Kapitolu 6 tal-Kodiċi Ċivili).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Matul is-sena 1999, H.W. Van Leeuwen issottoskriva, ma’ NN, assigurazzjoni b’parti investiment, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>investiment flessibbli assigurat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Din kienet tikkonċerna assigurazzjoni għall-ħajja fejn il-valur akkumulat fid-data tal-għeluq tal-assigurazzjoni ma huwiex iggarantit, iżda jiddependi mill-prestazzjoni tal-investimenti. Barra minn hekk, matul il-perijodu tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, huwa previst il-ħlas ta’ kapital fiss u ggarantit jekk id-detentur tal-polza jmut qabel l-iskadenza tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kjarifiki mogħtija minn NN fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha li, konformement mal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, primjum li l-ammont tiegħu jkun miftiehem bil-quddiem, imsejjaħ il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>primjum gross<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jitħallas bil-quddiem u perjodikament. Dan il-primjum jiġi investit f’fondi ta’ investiment magħżula mid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni. Mill-valur hekk iddeterminat, jitnaqqsu xi spejjeż perjodikament kif ukoll xi primjums għall-kopertura tar-riskju ta’ mewt integrat. Dawn il-primjums tal-aħħar ma humiex, għalhekk, meħuda inkunsiderazzjoni separatament, iżda jagħmlu parti integrali, bħall-imsemmija spejjeż, mill-primjum gross.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Qabel is-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni għall-ħajja, NN ipprovdiet lil H.W. Van Leeuwen <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>proposta għal investiment flessibbli assigurat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Fiha jidhru tliet tipi ta’ investimenti fil-kapital, ibbażati fuq prestazzjonijiet differenti u fuq spejjeż ta’ ġestjoni ta’ 0.3 %. Barra minn hekk, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Rendiment tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, kien hemm imsemmi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[d-]differenza bejn ir-rendiment tal-fondi u dak tal-prodott tiddependi mir-riskji assigurati, l-ispejjeż, kif ukoll minn xi koperaturi addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, qamet tilwima bejn NN u H.W. Van Leeuwen fir-rigward tal-ammont tal-ispejjeż u tal-primjum għall-koperta tar-riskju ta’ mewt imnaqqsa mill-assiguratur.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Parti mit-tilwima fil-kawża prinċipali hija dwar jekk NN ikkomunikatx biżżejjed informazzjoni dwar l-imsemmija spejjeż u primjums għal riskju qabel is-sottoskrizzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni. B’mod partikolari, hemm inkwistjoni n-nuqqas ta’ komunikazzjoni lil H.W. Van Leeuwen ta’ informazzjoni ġenerali separata jew ħjiel tal-ispejjeż attwali u/jew definittivi kif ukoll tal-istruttura tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkunsidrat li, billi sempliċement ipprovdiet, lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, l-informazzjoni dwar l-impatt tal-ispejjeż u tal-primjums tar-riskju fuq il-valur tal-investiment, NN issodisfat ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2(2)(q) u (r) tar-RIAV 1998, iżda kisret ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>regoli miftuħa u/jew mhux miktuba<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tad-dritt Olandiż, li jinkludu, fil-każ inkwistjoni, l-obbligu ta’ diliġenza tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, il-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> prekuntrattwali kif ukoll ir-raġonevolezza u l-ekwità.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-informazzjoni msemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza ma taqax ma’ dik imsemmija fl-Anness II tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja. NN tqis, madankollu, li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) ta’ din id-direttiva, ma jippermettix l-impożizzjoni, fuq l-impriżi ta’ assigurazzjoni, li jipprovdu lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, l-informazzjoni relatata ma’ dawn ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>regoli miftuħa u/jew mhux miktuba<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-Rechtbank te Rotterdam iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, jipprekludi li, abbażi ta’ regoli miftuħa u/jew mhux miktuba tad-dritt Olandiż, bħar-raġonevolezza u l-ekwità li jirregolaw ir-relazzjoni (pre)kuntrattwali bejn persuna li tipprovdi assigurazzjoni għall-ħajja u persuna assigurata potenzjali, u/jew l-obbligu ġenerali u/jew partikolari ta’ diliġenza, il-persuni li jipprovdu assigurazzjoni għall-ħajja jkunu obbligati jikkomunikaw lill-persuni assigurati iktar informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-primjums ta’ riskju tal-assigurazzjoni minn dak li ġie preskritt fl-1999 permezz tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Olandiż li jimplementaw id-Direttiva [b’mod partikolari l-Artikolu 2(2)(q) u (r) tar-RIAV 1998]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-effetti, jew l-effetti possibbli, li d-dritt Olandiż jirrelata man-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, huma rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li impriża ta’ assigurazzjoni, fuq il-bażi ta’ prinċipji ġenerali ta’ dritt intern, bħar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>regoli miftuħa u/jew mhux miktuba<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun obbligata li tikkomunika lid-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni ċerta informazzjoni addizzjonali għal dik elenkata fl-Anness II ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mill-premessa 23 tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja jirriżulta li din hija maħsuba, essenzjalment, biex tikkoordina d-dispożizzjonijiet minimi sabiex il-konsumatur jirċievi informazzjoni ċara u eżatta dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti ta’ assigurazzjoni li jiġu proposti lilu. Bħalma<?PAGE NO="6"?> huwa rrilevat fl-istess premessa, sabiex jibbenefika b’mod sħiħ, fis-suq uniku tal-assigurazzjoni, mill-għażla ikbar u iżjed varjata ta’ kuntratti u minn kompetizzjoni ikbar, il-konsumatur għandu jkollu l-informazzjoni neċessarja sabiex jagħżel il-kuntratt l-iżjed adatt għall-bżonnijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 31 ta’ din id-direttiva jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li mill-inqas l-informazzjoni elenkata fil-punt A tal-Anness II tal-imsemmija direttiva għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-polza qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni u, fil-paragrafu 2 tiegħu, li l-persuna kkonċernata għandha tinżamm informata, waqt it-tul kollu tal-kuntratt, dwar kull modifikazzjoni li tikkonċerna l-informazzjoni elenkata fil-punt B tal-Anness II tal-istess direttiva. L-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, li huwa l-unika dispożizzjoni msemmija fit-talba għal deċiżjoni preliminari, jipprevedi li l-Istat Membru tal-impenn jista’ jeżiġi li l-impriżi ta’ assigurazzjoni jipprovdu informazzjoni addizzjonali għal dik elenkata fl-Anness II ta’ din id-direttiva biss jekk tali informazzjoni tkun neċessarja sabiex id-detentur tal-polza jifhem sewwa l-elementi essenzjali tal-impenn li għalih ikun ser jissottoskrivi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jirriżulta mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, tal-Anness II u tal-premessa 23 tagħha, li l-informazzjoni addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu, konformement ma’ dan l-artikolu, għandha tkun ċara, eżatta u neċessarja sabiex id-detentur tal-polza jifhem sew il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti ta’ assigurazzjoni li jkunu proposti lilu (sentenza Axa Royale Belge, C-386/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:136">EU:C:2002:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali jista’ jiġi impost biss sa fejn din tkun neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan ta’ informazzjoni tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni u fejn l-informazzjoni mitluba tkun eżatta u ċara biżżejjed biex tilħaq dan il-għan u b’hekk, b’mod partikolari, tiggarantixxi lill-impriżi ta’ assigurazzjoni livell suffiċjenti ta’ ċertezza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill, C-48/14, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:91">EU:C:2015:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). Hekk kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tagħha, jekk l-informazzjoni rikjesta tkun vaga u ġenerali, din ma tistax titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>informazzjoni neċessarja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalkemm il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk ħaseb li jiddefinixxi n-natura tal-informazzjoni addizzjonali li, fl-interess tal-konsumaturi, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu mill-impriżi ta’ assigurazzjoni, u dan sabiex jippermetti lill-imsemmija konsumaturi japprofittaw b’mod sħiħ mill-għażla ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni offruti fil-kuntest ta’ suq uniku tal-assigurazzjoni, l-Artikolu 31(3) ta’ din id-direttiva, min-naħa l-oħra, ma stabbilixxiex u lanqas ma llimita l-mod li bih l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu li jimponu fuq l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jikkomunikaw l-informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata skont l-Artikolu 31(1) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, elenkata fil-punt A tal-Anness II tagħha, iżda li l-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu jinkludi possibbiltà li tiddependi mill-Istati Membri jekk jirrikorrux għaliha jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 31(4) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja jirriżulta li huwa l-Istat Membru tal-impenn li għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja, li twettaq armonizzazzjoni minima fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lid-detenturi tal-polza ta’ assigurazzjoni, fl-Artikolu 31(3) tirregola, madankollu, il-possibbiltà msemmija fil-punt 24 ta’ din is-sentenza billi tippreċiża, fuq naħa, li din l-informazzjoni għandha tippermetti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni<?PAGE NO="7"?> jifhem sewwa l-elementi essenzjali tal-impenn. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni tillimita l-informazzjoni addizzjonali li jista’ jimponi, fuq l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-Istat Membru tal-impenn għal dak li huwa neċessarju għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa, għalhekk, l-Istat Membru kkonċernat li għandu jiddetermina, skont il-karatteristiċi tal-ordinament ġuridiku tiegħu u tal-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni li jrid jirregola, il-bażi legali tal-obbligu li tiġi kkomunikata informazzjoni addizzjonali sabiex jiġi ggarantit, fl-istess waqt, li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jifhem sewwa l-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti ta’ assigurazzjoni li jkunu proposti lilu u livell suffiċjenti ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-bażi legali ta’ tali obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali, u b’mod partikolari ta’ jekk dan l-obbligu jirriżultax minn prinċipji ġenerali ta’ dritt intern, bħar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>regoli miftuħa u/jew mhux miktuba<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li għalihom tirreferi l-qorti tar-rinviju, ma għandhiex, bħala prinċipju, impatt fuq il-konformità tagħhom mad-Direttiva, sa fejn l-imsemmi obbligu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja msemmija fil-punti 21 u 27 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-bażi legali li minn fuqha l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja għandha tkun dik li, skont il-prinċipju ta’ ċertezza legali, tippermetti lill-impriżi ta’ assigurazzjoni jidentifikaw bi prevedibbiltà suffiċjenti l-informazzjoni addizzjonali li huma jkollhom jikkomunikaw u li fuqha d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun jista’ jiddependi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, waqt li jiġu evalwati r-rekwiżiti li għandhom jiġu imposti dwar il-prevedibbiltà tal-obbligu li tiġi kkomunikata informazzjoni addizzjonali, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li hija l-impriża ta’ assigurazzjoni li għandha tiddetermina n-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti ta’ assigurazzjoni li hija tipproponi, b’mod li hija għandha, bħala prinċipju, tkun tista’ tidentifika l-karatteristiċi ta’ dawn il-prodotti li jkunu ta’ natura li jiġġustifikaw in-neċessità li tiġi kkomunikata, lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, informazzjoni addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li, skont in-nota ta’ spjega tar-RIAV 1998, l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament hija rregolata, b’mod partikolari, mid-dritt ċivili nazzjonali fis-seħħ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>bħar-rekwiżiti ta’ raġuni u ekwità<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> msemmija fl-Artikolu 2 tal-Kapitolu 6 tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, madankollu, ma pprovdiet lill-Qorti tal-Ġustizzja ebda spjegazzjonijiet dettaljati la dwar in-natura preċiża, fid-dritt Olandiż, tal-obbligu li tiġi kkomunikata informazzjoni addizzjonali, u lanqas dwar ir-rwol u l-kamp ta’ applikazzjoni eżatt, fid-dritt nazzjonali, tar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>regoli miftuħa u/jew mhux miktuba<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tad-dritt Olandiż, u sempliċement semmiet l-obbligu ta’ diliġenza tal-impriża ta’ assigurazzjoni, kif ukoll il-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> prekuntrattwali u/jew ir-rekwiżiti ta’ raġonevolezza u ta’ ekwità li għandhom jirregolaw il-konklużjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>regoli miftuħa u/jew mhux miktuba<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fil-kawża prinċipali jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li impriża ta’ assigurazzjoni, fuq il-bażi ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt intern, bħar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>regoli miftuħa u/jew mhux miktuba<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun obbligata li tikkomunika, lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, ċerta informazzjoni addizzjonali, minbarra dik elenkata fl-Anness II ta’ din id-direttiva, sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ċara, eżatta u neċessarja sabiex id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jifhem sewwa l-elementi essenzjali tal-impenn u li tiggarantixxi ċertezza legali suffiċjenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-effetti li d-dritt nazzjonali jorbot man-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja humiex rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda jirriżulta li l-effetti li d-dritt intern jorbot man-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, bħala prinċipju, ma għandhomx rilevanza għall-konformità tal-obbligu ta’ komunikazzjoni mal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 31(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-<DATE ISO="19921110">10 ta’ Novembru 1992</DATE>, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li impriża ta’ assigurazzjoni, fuq il-bażi ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt intern, bħar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>regoli miftuħa u/jew mhux miktuba<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun obbligata li tikkomunika, lid-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, ċerta informazzjoni addizzjonali, minbarra dik elenkata fl-Anness II ta’ din id-direttiva, sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ċara, preċiża u neċessarja sabiex id-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jifhem b’mod effettiv l-elementi essenzjali tal-impenn u sakemm tiggarantixxi ċertezza legali suffiċjenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-effetti li d-dritt nazzjonali jorbot man-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, bħala prinċipju, ma għandhomx rilevanza għall-konformità tal-obbligu ta’ komunikazzjoni mal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 92/96.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>