<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-881/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0881</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:15">EU:C:2022:15</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220113">13.1.2022</DATE> – Kawża C‑881/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tesco Stores ČR</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20220113">13 ta’ Jannar 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1169/2011</KEYWORD><KEYWORD>Punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel lill-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/36/KE</KEYWORD><KEYWORD>Punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata</KEYWORD><KEYWORD>Lista ta’ ingredjenti ta’ prodott tal-ikel iddestinat għall-konsumaturi fi Stat Membru</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑881/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20191025">25 ta’ Ottubru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20191204">4 ta’ Diċembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Tesco Stores ČR a.s.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministerstvo zemědělství,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, C. Lycourgos, President tar-Raba’ Awla, I. Jarukaitis, I. Ziemele u M. Ilešič (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Tesco Stores ČR a.s., minn L. Šrubař, advokát,</P></ITEM><ITEM><P>għal Ministerstvo zemědělství, minn R. Pokorný,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil kif ukoll minn J. Očková, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Hofstötter u P. Ondrůšek kif ukoll minn B. Rous Demiri, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 18</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 331, p. 40</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 266, p. 7</REF.DOC.OJ>) moqri flimkien mal-punt 2(c) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20000623">23 ta’ Ġunju 2000</DATE> rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 431).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Tesco Stores ČR a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Tesco<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Ministerstvo zemědělství (il-Ministeru għall-Agrikoltura, ir-Repubblika Ċeka) dwar l-ittikkettjar ta’ prodotti mibjugħa minn Tesco fir-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Nru 1169/2011</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 3, 4, 13, 17, 20, 22 u 26 tar-Regolament Nru 1169/2011 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 169 [TFUE] jipprevedi li l-Unjoni [Ewropea] għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta taħt l-Artikolu 114 [TFUE].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu infurmati b’mod adegwat dwar l-ikel li jieklu. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-<DATE ISO="20020128">28 ta’ Jannar 2002</DATE> li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 6, p. 463 u<?PAGE NO="3"?> rettifiki fil- <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 327, p. 9</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 227, p. 5</REF.DOC.OJ>) huwa prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-ikel li tiġi provduta bażi biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati rigward l-ikel li jieklu u biex jipprevjenu kwalunkwe prattika li tista’ tiżgwida lill-konsumatur.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet, prinċipji, rekwiżiti u proċeduri komuni sabiex jiġi ffurmat qafas ċar u bażi komuni għall-miżuri tal-Unjoni u nazzjonali li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Il-konsiderazzjoni ewlenija biex tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw u jagħmlu użu adatt tal-ikel u biex jagħmlu għażliet li jaqblu mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha tipprojbixxi l-użu ta’ informazzjoni li tista’ tiżgwida lill-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel, l-effetti jew il-proprjetajiet tal-ikel, jew tattribwixxi proprjetajiet mediċinali lill-ikel. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Għandha titfassal lista tal-informazzjoni kollha obbligatorja li fil-prinċipju għandha tingħata għall-ikel kollu maħsub għall-konsumatur finali u għall-fornituri tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni ladarba ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur fir-rigward tal-informazzjoni għall-konsumatur.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>It-tikketti tal-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kapitolu I tar-Regolament Nru 1169/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jinkludi l-Artikoli 1 u 2 tiegħu:</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi biex jiġi assigurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur b’rabta mal-informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-bżonnijiet tagħhom għal informazzjoni filwaqt li jassigura li s-suq intern jiffunzjona mingħajr xkiel.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jispeċifika, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser id-dettalji rekwiżiti li għandhom jiġu provduti lill-konsumatur finali mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ingredjent<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kull sustanza jew prodott, inklużi l-aromatizzanti, l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-manifattura jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula; […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ingredjent kompost<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta’ aktar minn ingredjent wieħed;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>isem ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għalih jew, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn, l-isem previst fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih jinbiegħ l-ikel lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-massa;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1169/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għanijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li jinsab fil-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1169/2011, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Prinċipji ġenerali dwar l-informazzjoni tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-forniment tal-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u tal-interessi tagħhom billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b’mod sigur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Rekwiżiti ġenerali għal informazzjoni dwar l-ikel u r-responsabbiltajiet tal-operaturi tan-negozji tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 7 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Rekwiżit bażiku<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kull ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur finali jew lil fornituri tal-massa għandu jkollu miegħu l-informazzjoni dwar l-ikel skont dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Prassi ġusta dwar l-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida, b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel u, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 1169/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, taħt it-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Kontenut u preżentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 15 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Lista ta’ dettalji obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Konformement mal-Artikoli 10 sa 35 u skont l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, hija obbligatorja l-indikazzjoni tad-dettalji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-isem tal-ikel;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-lista ta’ ingredjenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) u (2) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Rekwiżiti lingwistiċi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(3), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher f’lingwa mifhuma faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b’waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 17, li jinsab fl-istess Kapitolu IV tal-istess regolament, taħt it-Taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Dispożizzjonijiet dettaljati dwar dettalji obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, huwa stess intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Isem tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Lista ta’ ingredjenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li jinsab fl-istess Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 1169/2011, jistabbilixxi, fil-paragrafi 1, 2 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ingredjenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/>. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha tal-ikel, f’ordni li tonqos skont l-użin, kif innotati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni tal-ikel.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 17 u fl-Anness VI.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu huma stipulati fl-Anness VII.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Indikazzjoni u speċifikazzjoni ta’ ingredjenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, jinkludi b’mod partikolari Parti E, li min-naħa tagħha hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>L-ispeċifikazzjoni ta’ ingredjenti komposti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>1.</NO.P><TXT>Ingredjent kompost jista’ jiġi inkluż fil-lista ta’ ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b’lista ta’ ingredjenti tiegħu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-lista ta’ ingredjenti għall-ingredjenti komposti m’għandhiex tkun obbligatorja:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn il-komposizzjoni tal-ingredjent kompost huwa definit fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni, u sal-limitu li l-ingredjent kompost jikkostitwixxi anqas minn 2 % tal-prodott finali […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>fejn l-ingredjent kompost huwa ikel li għalih mhix meħtieġa lista ta’ ingredjenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2000/36</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 8 tad-Direttiva 2000/36 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>(7)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ggarantita n-natura waħdiena tas-suq intern, il-prodotti kollha miċ-ċikkulata koperti b’din id-Direttiva jridu jkunu kapaċi jimxu ġewwa l-[Unjoni] bl-ismijiet tal-bejgħ iddikjarati fid-disposizzjonijiet ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Skond ir-regoli ġenerali dwar it-tikkettjar iddikjarati fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-<DATE ISO="19781218">18 ta’ Diċembru 1978</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fejn għandhom x’jaqsmu t-tikkettjar, il-preżentazzjoni u l-pubbliċità ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="033" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, L 33, p. 1</REF.DOC.OJ>] huwa għalhekk obbligatorju li jiġu elenkati l-ingredjenti skond l-Artikolu 6 tagħha; din id-Direttiva tagħmel illi d-Direttiva 79/112/KEE tapplika għall-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata sabiex tipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif korrett.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/36:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Id-Direttiva 79/112/KEE għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, bla ħsara għall-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-ismijiet tal-bejgħ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw biss għall-prodotti rriferiti fih u jridu jiġu wżati fil-kummerċ sabiex jiddenominawhom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Madankollu, dawn l-ismijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu wżati wkoll b’żieda u skond id-disposizzjonijiet jew l-użanzi li japplikw fl-Istat Membru li fih jinbigħ il-prodott lill-aħħar konsumatur, biex jagħtu isem lil prodotti oħra li ma jistgħux jitħawdu ma’ dawk iddefiniti fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/36 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, l-Istati Membri ma għandhomx jadottaw disposizzjonijiet nazzjonali mhux ipprovduti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Anness I ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>L-ismijiet tal-bejgħ, id-definizzjonijiet u l-karatteristiċi tal-prodotti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jinkludi Parti A, li min-naħa tagħha hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>L-ismijiet tal-bejgħ u d-definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Il-punt 2(ċ), li jinsab taħt din il-parti jistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>It-trab taċ-ċikkulata, iċ-ċikkulata fi trab</P><P>jagħtu l-isem lill-prodott li jikkonsisti minn taħlita ta’ trab tal-kawkaw ma’ tipi ta’ zokkor, u li jkun fihom inqas minn 32 % ta’ trab tal-kawkaw (kokotina).<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-grupp Tesco, bejjiegħ bl-imnut multinazzjonali stabbilit fir-Renju Unit, jopera supermarkets, b’mod partikolari, fir-Repubblika Ċeka. Is-sussidjarja Ċeka tiegħu kienet tikkummerċjalizza ċerti prodotti tal-ikel bit-trade mark Monte fil-ħwienet tagħha li jinsabu fir-Repubblika Ċeka. L-ittikkettjar tal-prodotti inkwistjoni, jiġifieri Monte deżerta tal-ħalib taċ-ċikkulata bil-ġellewż ta’ 220 g, Monte deżerta tal-ħalib taċ-ċikkulata ta’ 100 g u Monte drink, xarba tal-ħalib taċ-ċikkulata bil-ġellewż ta’ 200 ml, indikat lista ta’ ingredjenti li fosthom kien hemm iċ-čokoládový prášek (trab taċ-ċikkulata) mingħajr ma tippreċiża lanqas il-kompożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, is-Státní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát v Brně (l-Awtorità Nazzjonali ta’ Kontroll Agroalimentari, Spezzjoni ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>SZPI<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>) ordnat lil Tesco jirtira mill-istabbilimenti tagħha li jinsabu fir-Repubblika Ċeka l-prodotti inkwistjoni u pprojbixxietha milli tkompli bil-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Hija bbażat ruħha fuq il-fatt li l-ittikkettjar tal-imsemmija prodotti kien jinkludi l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>) mingħajr ma speċifika l-ingredjenti, bi ksur tal-Artikolu 9(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 18(1) u (4) tar-Regolament Nru 1169/2011. Barra minn hekk, mill-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36 jirriżulta li, biċ-Ċek, it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ċikkulata fi trab<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>) għandhom jintużaw u mhux il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara lment imressaq minn Tesco, is-SZPI, permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet separati tas‑<DATE ISO="20160606">6 ta’ Ġunju 2016</DATE>, annullat il-miżuri adottati fis‑<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>. Għalhekk, permezz tal-ewwel deċiżjoni, hija annullat il-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti inkwistjoni u, permezz tat-tieni deċiżjoni, l-irtirar ta’ dawn il-prodotti mill-istabbilimenti kollha li jinsabu fir-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid aċċellerat, l-ústřední inspektorát Státní zemědělské a potravinářské inspekce (l-Ispettorat Ċentrali tal-Awtorità Nazzjonali ta’ Kontroll Agroalimentari, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE>, emenda d-deċiżjonijiet tas-SZPI tas‑<DATE ISO="20160606">6 ta’ Ġunju 2016</DATE>, billi ċaħad l-ilment ta’ Tesco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Ministeru għall-Agrikoltura ċaħad, permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal‑<DATE ISO="20170421">21 ta’ April 2017</DATE>, ir-rikors ippreżentat minn Tesco kontra d-deċiżjonijiet adottati fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid aċċellerata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Tesco ppreżenta rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka), fejn sostna li l-eċċezzjoni skont il-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011 tapplika wkoll għaċ-čokoládový prášek (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>) peress li l-kontenut ta’ din il-formula huwa identiku għal dak taċ-čokoláda v prášku<?PAGE NO="8"?> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>ċikkulata fi trab<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>). Il-konklużjoni li hija biss il-verżjoni bil-lingwa Ċeka tad-Direttiva 2000/36 li hija determinanti hija, skont Tesco, kuntrarja għall-prinċipji ta’ funzjonament tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-verżjonijiet lingwistiċi kollha ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni huma wkoll awtentiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno) ċaħdet l-imsemmi rikors, billi kkunsidrat li l-isem li jinsab f’kull verżjoni lingwistika tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36 huwa obbligatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Tesco appella fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza quddiem in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka). Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, din il-qorti annullat is-sentenza appellata u rrinvijat il-kawża quddiem il-Qorti Reġjonali, sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li għal darba oħra ġiet adita bil-kawża, il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno) tosserva li kemm id-Direttiva 2000/36 kif ukoll ir-Regolament Nru 1169/2011 għandhom bħala għan il-protezzjoni tal-konsumaturi. Konsegwentement, huwa importanti li l-operaturi ekonomiċi jsegwu, f’kull Stat Membru, l-isem kif previst mil-leġiżlatur tal-Unjoni f’lingwa li tinftiehem faċilment f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tirrileva, barra minn hekk, li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-riżoluzzjoni ta’ diverġenza bejn verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tapplikax f’dan il-każ. Fil-fatt, ma teżisti ebda diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 2000/36, minkejja l-eżistenza ta’ isem wieħed jew iktar għall-istess ingredjent skont il-verżjonijiet lingwistiċi rispettivi. Dawn huma listi awtonomi ta’ ismijiet obbligatorji bil-lingwi uffiċjali rispettivi, imposti għall-prodotti intiżi għall-konsumaturi tal-Istat Membru li fih tintuża l-lingwa uffiċjali kkonċernata. Is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>TofuTown.com</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑422/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:458">EU:C:2017:458</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fuqha bbażat ruħha n-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema), tista’ wkoll tiġi interpretata fis-sens li huwa impossibbli li jintużaw sinonimi jew traduzzjonijiet ta’ ismijiet obbligatorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Ir-regola li tinsab fil-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-[Regolament Nru 1169/2011] għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward ta’ prodott tal-ikel, iddestinat għall-konsumatur finali fir-Repubblika Ċeka, ingredjent kompost inkluż fil-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-[Direttiva 2000/36] jista’ jiġi inkluż biss fil-lista ta’ ingredjenti tal-prodott mingħajr indikazzjoni ddettaljata tal-kompożizzjoni tiegħu meta dan l-ingredjent kompost jitniżżel fl-ittikkettjar eżattament kif previst fil-verżjoni lingwistika Ċeka tal-Anness I tad-[Direttiva 2000/36]?<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011 għandux jiġi interpretat fis-sens li operatur ekonomiku, fil-kuntest tal-ittikkettjar ta’ prodotti kkummerċjalizzati fit-territorju ta’ Stat Membru, huwiex eżentat mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti kollha li jikkostitwixxu ingredjent kompost, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(h) ta’ dan ir-regolament, biss jekk dan l-ingredjent kompost li<?PAGE NO="9"?> huwa s-suġġett ta’ isem tal-bejgħ skont il-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36 huwa indikat fil-lista tal-ingredjenti, billi jintuża dan l-isem tal-bejgħ, fil-verżjoni lingwistika tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, din id-domanda saret fil-kuntest ta’ tilwima li qamet waqt il-kummerċjalizzazzjoni minn Tesco ta’ ċerti prodotti tal-ikel fir-Repubblika Ċeka, sa fejn iċ-ċikkulata fi trab, li tagħmel parti mill-manifattura ta’ dawn il-prodotti tal-ikel, ma ġietx identifikata, fil-lista tal-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti, bl-użu tal-isem li taħtu dan l-ingredjent kompost huwa msejjaħ fil-verżjoni bil-lingwa Ċeka tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/><HT TYPE="ITALIC">čokoláda v prášku</HT><QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Tesco ssostitwixxa dan l-isem bit-traduzzjoni Ċeka tiegħu b’verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ dan l-anness, bħall-verżjoni Ġermaniża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Schokoladenpulver<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u l-verżjoni Pollakka (li tinkludi l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>proszek czekoladowy<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>czekolada w proszku<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>). Dawn it-traduzzjonijiet wasslu għall-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>) sabiex jindika dan l-ingredjent kompost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar, l-ewwel, li d-Direttiva 2000/36 twettaq armonizzazzjoni kompleta tal-ismijiet tal-bejgħ relatati mal-prodotti tal-kawkaw u miċ-ċikkulata intiżi għall-konsum mill-bniedem maħsuba sabiex tiġi żgurata n-natura unika tas-suq intern. B’hekk, l-ismijiet tal-bejgħ previsti fl-Anness I tad-Direttiva 2000/36 huma, skont il-punt 1 tal-Artikolu 3 tagħha, kemm obbligatorji kif ukoll irriżervati għall-prodotti li jidhru fl-imsemmi anness. L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/36 li jipprojbixxi, barra minn hekk, lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali li ma humiex previsti minn din id-direttiva fir-rigward tal-prodotti ddefiniti fl-Anness I tagħha, l-imsemmija direttiva għandha titqies li ħolqot sistema, obbligatorja u eżawrjenti, tal-ismijiet tal-bejgħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:714">EU:C:2010:714</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>It-tieni, mill-punt 2(c) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 3 kif ukoll il-premessa 7 ta’ din id-direttiva, jirriżulta li prodott li jikkonsisti f’taħlita ta’ kawkaw fi trab u zokkor li fih tal-inqas 32 % tal-kawkaw fi trab għandu jiġi indikat, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, bħala ċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>ċikkulata fi trab<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, jekk jitqies li l-ingredjent kompost, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jissodisfa l-kriterji sabiex jiġi identifikat bħala ċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>ċikkulata fi trab<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, fis-sens tal-punt 2(c) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, dan l-ingredjent kompost għandu jissejjaħ fil-kummerċ bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>ċikkulata fi trab<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija sostnuta mill-fatt li l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>ċikkulata fi trab<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, li jinsab fil-punt 2(c) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>isem legali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> preskritt mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għal dan il-prodott tal-ikel, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(n) tar-Regolament Nru 1169/2011. Tali isem għandu jintuża fit-territorju kollu tal-Unjoni, skont l-Artikoli 17 u 18 ta’ dan ir-regolament. Skont l-Artikolu 15(1) tal-imsemmi regolament, dan l-isem għandu, barra minn hekk, jidher fuq il-prodott tal-ikel f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi tal-Istat Membru fejn dan il-prodott tal-ikel huwa kkummerċjalizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 9(1)(b) u l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1169/2011, il-lista tal-ingredjenti li għandha tidher fuq l-ikel għandha tinkludi l-ingredjenti kollha tal-prodott tal-ikel ikkonċernat, f’ordni dixxendenti tal-importanza ponderanti tagħhom fil-mument tal-implimentazzjoni tagħhom fil-manifattura ta’ dan l-ikel.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011, l-elenkar tal-ingredjenti li jikkostitwixxu ingredjent kompost jista’ jiġi ommess meta l-kompożizzjoni tal-ingredjent kompost hija ddefinita fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ, u sakemm l-ingredjent kompost jinsab inqas minn 2 % fil-prodott lest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-punti 36 u 37 ta’ din is-sentenza jirriżulta li tali ommissjoni tal-ingredjenti li jidħlu fil-kompożizzjoni ta’ ingredjent kompost, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija permessa biss sakemm dan l-ingredjent kompost huwa identifikat mill-isem li huwa tiegħu skont il-leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi tal-Istat Membru fejn il-prodott tal-ikel huwa kkummerċjalizzat. F’dan il-każ, jidher għalhekk li, sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fil-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011, l-ingredjent kompost li jidher fuq l-ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel ikkummerċjalizzati fir-Repubblika Ċeka għandu jiġi identifikat taħt ismu bil-lingwa Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk l-eċċezzjoni prevista fil-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011 tistax tapplika anki f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-operatur ekonomiku ma użax l-isem tal-ingredjent kompost, kif jidher fil-verżjoni bil-lingwa Ċeka tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36, iżda ssostitwixxa dan l-isem bit-traduzzjoni tiegħu bil-lingwa Ċeka tal-isem ta’ dan l-ingredjent, kif jidher fil-verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ dan l-Anness I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel, li, sa fejn jistabbilixxi deroga mir-regola li l-ingredjenti kollha li jikkomponu prodott tal-ikel għandhom jissemmew fil-lista tal-ingredjenti tiegħu, il-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011 għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni, għandu jiġi enfasizzat li r-Regolament Nru 1169/2011 huwa intiż b’mod partikolari, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tiegħu u mill-Artikolu 3(1) tiegħu moqrija fid-dawl tal-premessi 1, 3 u 4 tal-imsemmi regolament, sabiex jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tal-informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel, b’osservanza tad-differenzi fil-perċezzjoni tagħhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Lactalis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑485/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:763">EU:C:2020:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ir-Regolament Nru 1169/2011 huwa intiż li jiżgura, skont l-Artikolu 3(1) tiegħu, moqri flimkien mal-premessi 3 u 4 ta’ dan ir-regolament, li l-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi tippermetti lil dawn tal-aħħar jiddeċiedu b’għarfien sħiħ tal-kwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Organisation juive européenne u Vignoble Psagot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:954">EU:C:2019:954</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, mill-premessa 17 tar-Regolament Nru 1169/2011 jirriżulta li n-natura obbligatorja tal-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel jirriżulta min-neċessità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw u jagħmlu użu adatt tal-ikel u biex jagħmlu għażliet li jaqblu mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Tali għan jeżiġi li l-informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel tkun korretta, newtrali u oġġettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Breitsamer und Ulrich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑113/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:718">EU:C:2016:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Lactalis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑485/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:763">EU:C:2020:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, din l-informazzjoni ma għandhiex tkun ta’ natura li tqarraq bil-konsumatur, b’mod partikolari dwar in-natura, l-identità, il-kwalitajiet, il-kompożizzjoni,<?PAGE NO="11"?> il-kwantità, iż-żmien li jżomm, l-oriġini jew il-provenjenza, il-metodu ta’ manifattura jew ta’ kisba ta’ dan il-prodott (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑195/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:361">EU:C:2015:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, tali għan ikun serjament kompromess jekk, meta jkunu obbligati jikkonformaw ruħhom mal-isem tal-bejgħ ta’ ingredjent kompost, kif impost mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu ma josservawx l-isem ta’ dan l-ingredjent, kif jidher fil-verżjoni lingwistika rilevanti ta’ din il-leġiżlazzjoni, u jittraduċi liberament it-termini li permezz tagħhom l-imsemmi ingredjent kompost huwa msejjaħ f’verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punti 63 u 71 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali traduzzjonijiet liberi ma jippermettux lill-konsumaturi li jkunu jafu, b’ċertezza, il-kompożizzjoni ta’ tali ingredjent kompost, permezz tas-sempliċi qari tal-indikazzjoni tiegħu fil-lista tal-ingredjenti tal-prodott tal-ikel li fih huwa inkorporat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi enfasizzat, b’mod iktar partikolari, li huma biss il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>iċ-ċikkulata fi trab<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>) li huma s-suġġett ta’ definizzjoni preċiża, li tinsab fil-punt 2(c) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36. Min-naħa l-oħra, tali definizzjoni ma teżistix, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għat-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>it-trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-fatt li, kif enfasizza Tesco fir-risposta bil-miktub tiegħu għad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-ingredjent kompost, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fih il-kawkaw u z-zokkor u li l-volum tiegħu f’kawkaw huwa ta’ mill-inqas 32 %, u li, għaldaqstant, jissodisfa kompletament ir-rekwiżiti tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36 sabiex ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>ċikkulata fi trab<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, ma jbiddel xejn mill-fatt li, f’dan il-każ, huwa biss l-isem ta’ dan l-ingredjent kompost, kif imsemmi fil-verżjoni bil-lingwa Ċeka tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36 li huwa f’miżura li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni xierqa lill-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-operaturi ekonomiċi jitħallew jidentifikaw ingredjent kompost, li huwa s-suġġett ta’ isem tal-bejgħ, skont id-Direttiva 2000/36, billi jirrifletti liberament tali isem, kif jidher f’verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ din id-direttiva, jippreġudika l-armonizzazzjoni totali tal-ismijiet tal-bejgħ magħmula mill-imsemmija direttiva, kif ġie deskritt fil-punt 34 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, minn dan isegwi li l-lista ta’ ingredjenti ta’ prodott tal-ikel tista’ ssemmi ingredjent kompost, imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 2000/36, taħt isem li ma jidher fl-ebda waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan l-anness u li, konsegwentement, jidderoga mill-isem ġuridiku impost minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, f’dan ir-rigward, li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ ekwivalenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax iwassal sabiex operatur ekonomiku ma jkun jista’ jikkonforma ruħu ma’ ebda waħda minn dawn il-verżjonijiet. Bl-istess mod, il-konstatazzjoni magħmula fil-punt 47 ta’ din is-sentenza ma tikkontestax il-prinċipju li, fil-każ ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma hemmx lok li tingħata preferenza lil waħda minnhom. Fil-fatt, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sempliċi fatt li verżjonijiet lingwistiċi differenti jipprevedu ismijiet differenti għall-ingredjent kompost ikkonċernat, peress li wħud minnhom jużaw biss isem wieħed filwaqt li oħrajn jużaw diversi ismijiet, ma jfissirx li teżisti diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur ekonomiku, fil-kuntest tal-ittikkettjar ta’ prodotti kkummerċjalizzati fit-territorju ta’ Stat Membru, huwa eżentat mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti kollha li jikkostitwixxu ingredjent kompost, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(h) ta’ dan ir-regolament, biss jekk dan l-ingredjent kompost huwa s-suġġett ta’ isem ta’ bejgħ skont il-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36, huwa indikat, fil-lista tal-ingredjenti, billi jintuża dan l-isem ta’ bejgħ, fil-verżjoni lingwistika tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur ekonomiku, fil-kuntest tal-ittikkettjar ta’ prodotti kkummerċjalizzati fit-territorju ta’ Stat Membru, huwa eżentat mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti kollha li jikkostitwixxu ingredjent kompost, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(h) ta’ dan ir-regolament, biss jekk dan l-ingredjent kompost huwa s-suġġett ta’ isem ta’ bejgħ skont il-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20000623">23 ta’ Ġunju 2000</DATE> rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem, huwa indikat, fil-lista tal-ingredjenti, billi jintuża dan l-isem ta’ bejgħ, fil-verżjoni lingwistika tal-Istat Membru kkonċernat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>