|
12.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/393
tal-11 ta’ Marzu 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Russja fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni, jew jgħaddu minnha bi tranżitu, ċerti prodotti tat-tjur b’rabta mal-marda ta’ Newcastle
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur (il-prodotti). Jipprevedi li tista’ ssir importazzjoni tal-prodotti jew li dawn jgħaddu mill-Unjoni bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni u mill-kumpartimenti li hemm imniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) u mill-marda ta’ Newcastle. |
|
(3) |
Ir-Russja hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, u t-tranżitu minnha, ta’ ċerti prodotti tat-tjur, mit-territorju kollu tiegħu. Madankollu, l-awtorizzazzjoni tar-Russja għal-laħam tat-tjur għall-konsum uman maħsub għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha, kienet sospiża mis-17 ta’ Novembru 2016, minħabba l-konferma ta’ tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fl-istabbilimenti tat-tjur fit-territorju tagħha. |
|
(4) |
Fit-28 ta’ Jannar 2019, ir-Russja kkonfermat il-preżenza tal-marda ta’ Newcastle fi stabbiliment tat-tjur fit-territorju tagħha. Minn dak iż-żmien, ir-Russja kkonfermat diversi tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle fi stabbilimenti tat-tjur fit-territorju tagħha. |
|
(5) |
F’Awwissu 2019, l-awtoritajiet veterinarji tar-Russja ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar it-tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle fit-territorju tagħha minn Jannar 2019 ’l hawn. |
|
(6) |
Minħabba dawk it-tifqigħat ikkonfermati, ir-Russja ma tistax titqies bħala ħielsa minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tar-Russja mhumiex f’pożizzjoni li jiċċertifikaw il-kunsinni ta’ laħam tat-tjur għall-konsum uman maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha. |
|
(7) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, l-entrata għar-Russja fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika f’dak il-pajjiż terz u tindika d-data tal-għeluq li minnha dak il-pajjiż terz ma jistax jitqies bħala ħieles mill-marda ta’ Newcastle. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għar-Russja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur |
Status ta’ tilqim kontra l-influwenza tat-tjur |
Status tal-kontroll tas-Salmonella(6) |
||
|
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data tal-għeluq(1) |
Data tal-ftuħ(2) |
|||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6B |
7 |
8 |
9 |
|
“RU-Ir-Russja |
RU-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4” |
|
POU |
|
P2 |
17.11.2016 |
|
|
|
||||
|
|
P3 |
28.1.2019 |
|
|
|
|||||