<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-198/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0198</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1001">EU:C:2019:1001</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20191121">21.11.2019</DATE> – Kawża C‑198/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">CeDe Group</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20191121">21 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1346/2000</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 4 u 6</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Liġi applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn kuntrattwali qabel falliment</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni ta’ tpaċija bbażata fuq dejn kuntrattwali li sar qabel il-falliment</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑198/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20180312">12 ta’ Marzu 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20180320">20 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CeDe Group AB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">KAN sp. z o.o., fi stralċ</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, S. Rodin, D. Šváby u K. Jürimäe (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, inizjalment minn M. A. Sampol Pucurull, sussegwentement minn S. Centero Huerta, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller, E. Ljung Rasmussen u G. Tolstoy kif ukoll minn K. Simonsson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/2008 tal-<DATE ISO="20080724">24 ta’ Lulju 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="213" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 213, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru°1346/2000<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn CeDe Group AB, kumpannija stabbilita fl-Isvezja u KAN sp. z o.o., kumpannija Pollakka fi stralċ, dwar ir-rifjut tal-ewwel li tħallas lil tat-tieni s-somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">1532489</FT> Krona Svediża (SEK) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">143951</FT>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru°1346/2000</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 6 tar-Regolament Nru°1346/2000:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(6)</NO.P><TXT>Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw ġurisdizzjoni għal ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment u ġudizzji li jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet rigward l-għarfien ta’ dawk il-ġudizzji u rigward il-liġi applikabbli li tissodisfa wkoll dak il-prinċipju.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal proċedimenti kollettivi ta’ falliment li jinvolvu t-tneħħija tal-assi parzjali jew totali ta’ debitur u l-ħatra ta’ likwidatur.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fejn ipprovdut b’mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti ta’ falliment u l-effetti tagħhom għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ tali proċedura, minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>.”</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-liġi ta’ l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-ftuħ ta’ dawk il-proċedimenti, il-manjiera tagħhom u l-egħluq tagħhom. Għandu jiddetermina b’ mod partikolari:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet li bihom il-kumpens b’ bilanċ [tpaċija] jista’ jiġi invokat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-effetti tal-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li minnhom id-debitur jagħmel parti;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>it-talbiet li jkunu ġew ippreżentati kontra l-propjetà tad-debitur u t-trattament tat-talbiet li joriġinaw wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru°1346/2000, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kumpens b’bilanċ [tpaċija]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment m’għandhomx jeffetwaw id-dritt tal-kredituri li jinsistu fuq kumpens b’bilanċ tat-talbiet tagħhom kontra t-talbiet tad-debitur, meta kumpens b’bilanċ ikun permissibli bil-liġi applikabbli għat-talbiet tad-debitur fallut.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Ruma I</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 87</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir- Regolament Ruma I”):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mill-partijiet. L-għażla għandha ssir espressament jew tkun manifestata b’mod ċar permezz tat-termini tal-kuntratt jew taċ-ċirkostanzi tal-każ. Bl-għażla tagħhom, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għat-totalità jew għal parti biss tal-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Meta d-dritt għal tpaċija ma jkunx miftiehem mill-partijiet, it-tpaċija għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għal dak id-dritt li kontrih tiġi eċċepita t-tpaċija.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>, CeDe Group, kumpannija stabbilita fl-Isvezja, ikkonkludiet kuntratt ta’ kunsinna ta’ merkanzija ma’ PPUB Janson sp.j., kumpannija li għandha s-sede tagħha fil-Polonja. Dan il-kuntratt kien jinkludi klawżola li tipprovdi li l-liġi Svediża hija applikabbi għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-interpretazzjoni tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’Jannar 2011, inbdew proċeduri ta’ insolvenza fil-Polonja fir-rigward ta’ PPUB Janson. F’Lulju 2011, l-istralċjarju maħtur fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri ta’ insolvenza adixxa lill-Kronofogdemyndigheten (l-Awtorità Pubblika tal-Infurzar, l-Isvezja) bi proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas indirizzata kontra CeDe Group u li tirrigwarda dejn li jammonta għal <FT TYPE="NUMBER">1532489</FT> Krona Svediża (SEK) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">143951</FT>), flimkien mal-interessi, li jikkorrispondi għall-ħlas ta’ merkanzija li PPUB Janson kienet ikkunsinnat lil CeDe Group b’applikazzjoni tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-istralċjarju ta’ PPUB Janson talab lil Malmö tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Malmö, l-Isvezja), li kienet ġiet adita b’din il-proċedura sabiex tikkundanna lil CeDe Group tħallasha l-ammont tad-dejn inkwistjoni, flimkien mal-interessi. CeDe Group ikkontestat din it-talba filwaqt li sostniet li PPUB Janson kellha dejn magħha f’ammont ogħla minn dik is-somma li hija kienet qiegħda tintalab, li jammonta għal iktar minn SEK 3.9 miljun (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">366497</FT>) u li kien jikkorrispondi għall-kumpens għal kunsinni mhux imwettaq u għal merkanzija difettuża kkunsinnata. CeDe Group għaldaqstant invokat it-tpaċija tad-djun, li ġie kkontestat mill-istralċjarju ta’ PPUB Janson minħabba li huwa kien ċaħad id-dejn invokat minn CeDe Group fil-proċeduri ta’ insolvenza mibdija fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Quddiem il-Malmö tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Malmö), kienet tqajmet il-kwistjoni tal-liġi applikabbi għat-talba ta’ tpaċija tad-dejn imressqa minn CeDe Group.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-istralċjarju ta’ PPUB Janson sostna li l-liġi Pollakka kienet applikabbli konformement mal-kliem tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru°1346/2000. Huwa jqis li għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Artikolu 4(2)(d) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-liġi tal-Istat Membru fejn tinbeda l-proċedura ta’ insolvenza tiddeterimina l-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi invokata tpaċija. Dan l-istralċjarju sostna, barra minn hekk, li l-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament huwa applikabbli biss fil-każ li l-liġi tal-Istat Membru fejn tinbeda l-proċedura ta’ insolvenza ma taċċettax it-tpaċija ta’ djun fil-kuntest ta’ tali proċedura bħala mezz ta’ clearance ta’ dejn reċiproku. Fil-fehma tiegħu, dan ma huwiex il-każ, fil-kawża prinċipali, tal-liġi Pollakka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>CeDe Group oġġezzjonat u sostniet li l-liġi Svediża hija applikabbli għat-tpaċija tad-djun. It-talba tal-istralċjarju ta’ PPUB Janson tirrigwarda dejn li sar fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali rregolati mill-kuntratt tad-<DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li kien jinkludi klawżola li kienet tagħżel lil-liġi Svediża bħala l-liġi applikabbli għal dan il-kuntratt. L-applikazzjoni obbligatorja ta’ din il-klawżola tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Ruma I. Fi kwalunkwe każ, fl-assenza ta’ ftehim bejn il-partijiet kontraenti, l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament jipprevedi li t-tpaċija tiġi rregolata bil-liġi applikabbli għal dak id-dritt li kontrih tiġi eċċepita t-tpaċija li, fil-każ ineżami, hija l-liġi Svediża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, CeDe Group sostna li, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru°1346/2000, il-proċedura ta’ insolvenza ma taffettwax id-dritt ta’ kreditur li jinvoka tpaċija tad-dejn jekk din tkun aċċettata taħt il-liġi applikabbli għad-dejn tad-debitur suġġett għall-proċeduri ta’ insolvenza. Madankollu, fil-fehma ta’ CeDe Group, il-liġi Svediża kienet applikabbli għad-dejn tal-istralċjarju ta’ PPUB Janson. Hija, għaldaqstant, applikabbli wkoll għat-tpaċija tad-djun ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Malmö tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Malmö) ikkonstatat li, skont ir-regola ta’ prinċipju ffissata mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru°1346/2000, il-liġi Pollakka kienet applikabbli għall-kawża li biha kienet adita. Hija injorat l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, minħabba li l-liġi Pollakka la tillimita u lanqas tipprojbixxi t-tpaċija ta’ djun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>CeDe Group appellat minn din is-sentenza quddiem il-Hovrätten över Skåne och Blekinge (il-Qorti tal-Appell sedenti f’Malmö, l-Isvezja). Matul din il-proċedura, l-istralċjarju ta’ PPUB Janson ittrasferixxa d-dejn inkwistjoni fil-kawża prinċipali lil KAN, kumpannija Pollakka li daħlet flok l-istralċjarju ta’ PPUB Janson fl-imsemmija proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tal-appell ikkonfermat is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza. Hija kkonstatat li ma kienx hemm lok li ssir devjazzjoni mir-regola ta’ prinċipju li tipprovdi li l-liġi applikabbli hija dik tal-Istat Membru fejn tinfetaħ il-proċedura ta’ insolvenza. Fil-fehma tagħha, iċ-ċaħda mill-istralċjarju ta’ PPUB Janson tat-talba għal tpaċija mressqa minn De Group hija irrilevanti għal din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Quddiem il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja), CeDe Group isostni li l-liġi Svediża hija l-liġi applikabbli għat-talba għal tpaċija tad-djun. KAN titlob, min-naħa tagħha, il-konferma tas-sentenza mogħtija fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul il-proċedura pendenti quddiem il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema), inbdew proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ KAN. L-istralċjarju ta’ KAN iddikjara li l-massa ta’ kredituri ma kinux qed jagħmlu tagħhom it-talba mressqa minn KAN. Għaldaqstant, issa hija KAN, fi stralċ ġudizzjarju, li hija parti fil-proċedura quddiem din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000 għal dak li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati tal-Istati Membri fil-qasam tal-insolvenza, b’mod partikolari billi eżaminat il-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi<?PAGE NO="5"?> ta’ dan ir-regolament u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja tat importanza partikolari, mhux lill-kuntest proċedurali li minnu tagħmel parti l-azzjoni, iżda lill-bażi legali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-kawża prinċipali tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-azzjoni, imressqa mill-massa ta’ kredituri, għall-ħlas ta’ dejn li sar qabel il-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza, jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru°1346/2000. Hija essenzjalment tistaqsi jekk, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu, għandux jiġi traspost ir-raġunament adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament relattiv għall-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali fil-qasam tal-insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-każ li jiġi deċiż li r-Regolament Nru 1346/2000 huwa applikabbli għal azzjoni bħal dik prevista fil-punt preċedenti, din il-qorti tistaqsi wkoll dwar ir-rabta tal-Artikoli 4 u 6 tal-imsemmi regolament għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal talba għal tpaċija ta’ dejn bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-[Regolament Nru 1346/2000] għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha azzjoni quddiem qorti Svediża mill-istralċarju ta’ kumpannija Pollakka suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza fil-Polonja, imressqa kontra kumpannija Svediża, għal ħlas ta’ merkanzija kkonsenjata skont kuntratt li dawn il-kumpanniji kkonkludew qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-fatt li l-istralċarju jittraferixxi t-talba għal kreditu kontenzjuża lil kumpannija, li ssir parti fil-proċeduri minflok l-istralċarju, huwa ta’ importanza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, il-fatt li l-kumpannija li b’hekk issir parti fil-proċeduri insegwitu tkun hija stess suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza, huwa ta’ importanza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk f’sitwazzjoni bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda, il-konvenuta ssostni li t-talba għal kreditu kontriha invokata mill-istralċarju għandha tkun ikkumpensata b’talba kuntrarja għal kreditu li ġejja mill-istess kuntratt, din is-sitwazzjoni ta’ kumpens taqa’ taħt l-Artikolu 4(2)(d) [tar-Regolament Nru 1346/2000]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-Artikoli 4(2)(d) u 6(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet [ta’ dan l-]Artikolu 6(1) huma applikabbli biss jekk il-liġi tal-Istat ta’ ftuħ ma tippermettix il-kumpens, jew [l-imsemmi] Artikolu 6(1) jista’ japplika f’ċirkustanzi oħra, per eżempju fejn hemm differenza biss bejn l-ordinamenti legali rilevanti dwar id-dritt għal kumpens fejn ma hemm l-ebda differenza, iżda dak il-kumpens huwa, minkejja dan, irrifjutat fl-Istat tal-ftuħ?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru°1346/2000 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għal azzjoni mibdija mill-istralċjarju ta’ kumpannija fi stralċ, stabbilita fi Stat Membru, u intiża għall-ħlas ta’ merkanzija kkunsinnata, b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel ftuħ il-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija, kontra l-kumpannija kontraenti l-oħra, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, bla ħsara għal dispożizzjoni kuntrarja f’dan ir-regolament, il-liġi applikabbli għall-proċedura ta’ insolvenza u għall-effetti tagħha għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ il-proċedura ta’ insolvenza. L-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament, minn naħa, jippreċiża li l-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-ftuħ, għall-iżvolġiment u għat-tmiem il-proċedura ta’ insolvenza, u, min-naħa l-oħra, jelenka b’mod mhux limitat id-diversi regoli ta’ proċedura rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedimenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>MG Probud Gdynia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:24">EU:C:2010:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din il-lista tinkludi, fil-punt (d) ta’ din id-dispożizzjoni, il-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi invokata tpaċija, fil-punt (e), l-effetti tal-proċedura ta’ insolvenza fuq il-kuntratti kurrenti li għalihom id-debitur huwa parti, kif ukoll, fil-punt (g), it-talbiet li jkunu ġew ippreżentati kontra l-proprjetà tad-debitur u t-trattament tat-talbiet li joriġinaw wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-liġi tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedimenti hijiex applikabbli għal azzjoni għall-ħlas ta’ merkanzija kkunsinnata konformement ma’ kuntratt konkluż qabel ftuħ il-proċedura ta’ insolvenza, meta din l-azzjoni hija eżerċitata mill-istralċjarju ta’ kumpannija fi stralċ stabbilita fi Stat Membru kontra l-parti kontraenti l-oħra, kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi ddeterminat jekk tali azzjoni taqax taħt il-proċedura ta’ insolvenza jew tal-effetti tagħha, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru°1346/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, bħalma jagħmel l-Avukat Ġenerali fil-punt 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, li mill-qari flimkien tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru°1346/2000 jirriżulta li din il-leġiżlazzjoni hija, fil-prinċipju, intiża li tallinja l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni internazzjonali mal-liġi applikabbli għall-proċeduri ta’ insolvenza. Fil-fatt, minbarra fil-każijiet li għalihom dan ir-regolament jipprevedi espliċitament dispożizzjonijiet kuntrarji, il-liġi applikabbli ssegwi, b’applikazzjoni tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, il-ġurisdizzjoni internazzjonali ddeterminata b’applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, għal dak li jikkonċerna l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru°1346/2000, moqri fid-dawl tal-premessa 6 ta’ dan ir-regolament, li l-azzjonijiet li jirriżultaw direttament minn proċedura ta’ insolvenza u li huma marbuta mill-qrib magħha biss jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190206">6 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>NK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:96">EU:C:2019:96</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-kuntest, il-kriterju determinanti adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tidentifika l-qasam li taqa’ fih azzjoni ma huwiex il-kuntest proċedurali li minnu tagħmel parti din l-azzjoni, iżda l-bażi legali ta’ din tal-aħħar. Għaldaqstant, skont dan l-approċċ, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk id-dritt jew l-obbligu li fuqu tkun ibbażata l-azzjoni joriġinax mir-regoli komuni tad-dritt ċivili u kummerċjali jew minn regoli derogatorji, speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190206">6 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>NK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:96">EU:C:2019:96</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, ladarba azzjoni toriġina minn regoli derogatorji speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza, hija taqa’, bla ħsara għal dispożizzjoni kuntrarja prevista mir-Regolament Nru°1346/2000, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kornhaas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑594/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:806">EU:C:2015:806</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif l-Avukat Ġenerali enfasizza fil-punt 34 tal-konklużjonijiet tiegħu, din id-dispożizzjoni għandha kamp ta’ applikazzjoni iktar estiż minn dak tal-Artikolu 3 inkwantu hija ma tapplikax biss għall-proċeduri ta’ insolvenza, iżda wkoll għall-effetti tagħhom. Barra minn hekk, ma jistax jiġi dedott mis-sempliċi fatt li azzjoni ma toriġinax minn regoli derogatorji speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza li tali azzjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru°1346/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Apparti dan, għandu jiġi vverifikat jekk l-azzjoni kkonċernata taqax taħt l-effetti ta’ proċedura ta’ insolvenza fis-sens ta’ dan l-artikolu tal-aħħar filwaqt li jiġi żgurat li tali azzjoni ma hijiex il-konsegwenza diretta u inseparabbli ta’ tali proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 36 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-riferiment magħmul mill-Artikolu 4(2)(d) u (e) tar-Regolament Nru 1346/2000 għall-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi invokata tpaċija ta’ dejn u għall-effetti tal-insolvenza fuq il-kuntratti kurrenti ma jistax jimplika li kull azzjoni bbażata fuq kuntratt li waħda mill-partijiet tiegħu hija suġġetta għal proċedura ta’ insolvenza taqa’, minħabba dan is-sempliċi fatt, taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] u [ta]l-effetti tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’mod partikolari, is-sempliċi fatt li stralċjarju jkun ressaq tali azzjoni ma huwiex determinanti sabiex jiġi evalwat jekk din taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] u [ta]l-effetti tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Fil-fatt, minn naħa, azzjoni għall-ħlas ta’ merkanzija kunsinnata konformement ma’ kuntratt tista’, fil-prinċipju, titressaq mill-kreditur innifsu b’tali mod li ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-istralċjarju. Min-naħa l-oħra, it-tressiq ta’ tali azzjoni bl-ebda mod ma jiddependi mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza inkwantu tali azzjoni għal ħlas tista’ tiġi eżerċitata barra minn kwalunkwe proċedura ta’ insolvenza. Għaldaqstant, azzjoni għall-ħlas ta’ merkanzija kkunsinnata konformement ma’ kuntratt, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax titqies li hiia l-konsegwenza diretta u inseparabbli ta’ tali proċedura (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190206">6 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>NK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:96">EU:C:2019:96</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jitqies li azzjoni għal ħlas ta’ merkanzija kkunsinnata b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel ftuħ il-proċedura ta’ insolvenza, ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] u [ta]l-effetti tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Atikolu 4(1) tar-Regolament Nru°1346/2000, meta din l-azzjoni tiġi eżerċitata mill-istralċjarju ta’ kumpannija fi stralċ stabbilita fi Stat Membru kontra l-kumpannija kontraenti l-oħra stabbilita fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, l-interpretazzjoni mwettqa fil-punt preċedenti tas-sentenza preżenti bla ebda mod ma tippreġudika l-liġi applikabbli għat-talba għal tpaċija u lanqas regoli rilevanti li jistgħu jiddeterminaw il-liġi applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għanda tkun li l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għal azzjoni mressqa mill—istralċjarju ta’ kumpannija fi stralċ, stabbilita fi Stat Membru, u intiża għall-ħlas ta’ merkanzija kkunsinnata, b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel ftuħ il-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija, kontra l-kumpannija kontraenti l-oħra, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni sal-ħames domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju miġbura fil-qosor fil-punt 25 tas-sentenza preżenti jirriżulta li t-tieni sal-ħames domanda ġew magħmula biss fil-każ li tingħata risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni sal-ħames domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad‑<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar proċedimenti ta’ falliment, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/2008 tal-<DATE ISO="20080724">24 ta’ Lulju 2008</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għal azzjoni mressqa mill—istralċjarju ta’ kumpannija fi stralċ, stabbilita fi Stat Membru, u intiża għall-ħlas ta’ merkanzija kkunsinnata, b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel ftuħ il-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija, kontra l-kumpannija kontraenti l-oħra, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>