|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1353 |
20.11.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1353
tal-1 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 dwar il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fir-rigward tal-informazzjoni dwar ir-riparabbiltà u li jiċċara xi aspetti tal-metodi tal-kejl u tal-kalkolu, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, id-dokumentazzjoni teknika u l-proċedura ta’ verifika
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 (2) jistabbilixxi rekwiżiti armonizzati għat-tikkettar tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, li jippermetti lill-klijenti jieħdu deċiżjonijiet infurmati waqt ix-xiri skont l-effiċjenza enerġetika u informazzjoni supplimentari dwar l-apparat. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jispeċifika wkoll il-kontenut u l-format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott u tad-dokumentazzjoni teknika, u jeżiġi li l-fornituri jdaħħlu l-parametri rilevanti fir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL). |
|
(2) |
Hu importanti li jiġi indirizzat it-tnaqqis sinifikanti fil-ħajja tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fl-aħħar 15-il sena, li wassal biex żdiedet ir-rata tal-produzzjoni biex tikkumpensa għall-ħajja iqsar. L-għoti tal-informazzjoni dwar ir-riparabbiltà tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ permezz ta’ indiċi tar-riparabbiltà jista’ jwassal għal bosta benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi billi jħeġġeġ lill-konsumaturi jagħżlu prodotti riparabbli aktar. L-indiċi tar-riparabbiltà jenħtieġ li jiġi kkalkolat abbażi ta’ parametri li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-faċilità tat-tiswija ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. |
|
(3) |
Mill-1 ta’ Jannar 2027 ’il quddiem, jenħtieġ li kull magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku mqiegħda fis-suq tingħata b’tikketta u bi skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott li jkun fiha informazzjoni dwar ir-riparabbiltà. Biex tkun żgurata l-introduzzjoni bla skossi tal-indiċi tar-riparabbiltà, il-fornituri jistgħu jipprovdu tikketti bl-informazzjoni dwar ir-riparabbiltà qabel l-iskadenza obbligatorja tal-1 ta’ Jannar 2027, minflok it-tikketti mingħajr l-informazzjoni dwar ir-riparabbiltà. |
|
(4) |
Billi l-implimentazzjoni ta’ indiċi tar-riparabbiltà ma tinvolvix riklassifikazzjoni tat-tikketta, jenħtieġ li wara l-1 ta’ Jannar 2027 in-negozjanti jitħallew ibigħu, mingħajr limitazzjoni taż-żmien, il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku mqiegħda fis-suq qabel dik id-data, b’tikketti mingħajr l-indiċi tar-riparabbiltà. |
|
(5) |
Biex tittejjeb ir-riparabbiltà tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, jenħtieġ li jiġi inkluż element addizzjonali fir-rieżami previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2534, jiġifieri l-valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu inklużi l-pompi tas-sħana fost il-parts prijoritarji kkunsidrati meta jiġi kkalkolat l-indiċi tar-riparabbiltà. |
|
(6) |
Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiżdiedu d-definizzjonijiet rilevanti rigward l-indiċi tar-riparabbiltà u l-kontenut medju tal-indewwa finali. |
|
(7) |
Biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati dwar il-grad tat-tiswija u tal-manutenzjoni tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, jenħtieġ li l-klassi rilevanti tar-riparabbiltà tiġi inkluża fit-tikketti enerġetiċi għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’kondensatur jew mingħajr kondensatur, li jvarjaw minn A sa E, fejn l-ogħla klassi A tikkorrespondi għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku bl-aqwa punteġġi tar-riparabbiltà u l-aktar klassi baxxa E tikkorrespondi għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku bl-agħar indiċijiet tar-riparabbiltà. |
|
(8) |
Fid-deskrizzjoni tat-tikketta pprovduta fl-Anness III, it-terminu “logo” jenħtieġ li jiġi sostitwit b’“pittogramma” ħalli jkun konsistenti ma’ atti delegati oħrajn dwar it-tikkettar enerġetiku. Barra minn hekk, ir-referenza għall-Ekotikketta tal-UE jenħtieġ li titħassar mill-Anness III għax din m’għadhiex tingħata. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġi definit metodu tal-kalkolu tal-indiċi tar-riparabbiltà tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, biex tkun tista’ tiġi assenjata klassi tar-riparabbiltà għal kull mudell tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. |
|
(10) |
Il-kalkolu tal-indiċi tar-riparabbiltà jenħtieġ li jsir b’formula bbażata fuq parametri speċifiċi tal-punteġġ li tqiesu rilevanti biex tiġi ddeterminata l-faċilità tat-tiswija għal kull mudell tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Dawk il-parametri tal-punteġġ huma l-fond taż-żarmar, it-tip ta’ elementi tal-irbit, it-tip ta’ għodod u l-informazzjoni dwar it-tiswija. |
|
(11) |
Ħlief għall-informazzjoni dwar it-tiswija, li trid tiġi vvalutata fil-livell tal-prodott, it-tliet parametri tal-punteġġ l-oħra jenħtieġ li jiġu evalwati fil-livell tal-part tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tkun trid tinbidel. Għal din ir-raġuni, il-parts prijoritarji ntgħażlu u ġew inklużi fil-formula ta’ kull parametru tal-punteġġ, b’medja ponderata li tirrifletti r-rilevanza ta’ kull part prijoritarja f’termini ta’ bejgħ u rati tal-falliment. |
|
(12) |
Id-deskrizzjoni tal-passi taż-żarmar użati biex jiġi kkalkolat il-parametru tal-punteġġ tal-fond taż-żarmar jenħtieġ li tkun konsistenti mal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li trid tingħata lis-sewwejja professjonali. |
|
(13) |
Mill-informazzjoni li trid tingħata fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott jixraq jitneħħew id-dettalji tal-metodu tal-kalkolu tal-kontenut medju tal-indewwa finali tal-programm eko li oriġinarjament kienu ġew stabbiliti fl-Anness IV, il-punt 1(g) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2534. Ġie nnotat li l-kisba ta’ valur ta’ 0 % fil-kontenut medju tal-indewwa finali spiss tkun akkumpanjata minn effetti sekondarji negattivi mhux mixtieqa, f’termini ta’ ħsara lit-tessuti minħabba s-sħana kkaġunata bi tnixxif żejjed u konsum eċċessiv tal-enerġija, li jridu jiġu evitati. Minflok, jenħtieġ li jintużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu previsti fl-istandards armonizzati biex jiġi kkalkolat dan il-parametru, għax dawn jipprevedu tolleranzi xierqa. |
|
(14) |
Biex ikun żgurat li l-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati u jitħeġġeġ il-konsum sostenibbli, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-indiċi tar-riparabbiltà u l-punteġġi parzjali għal kull wieħed mill-parametri tal-punteġġ ikunu parti mill-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott. Biex ikun evitat piż amministrattiv bla bżonn għall-fornituri, għad-definizzjoni ta’ mudell ġdid jenħtieġ li jitqiesu rilevanti biss il-bidliet fil-punteġġ ġenerali tal-indiċi tar-riparabbiltà ta’ prodott. Għall-kuntrarju, il-bidliet fil-kalkoli parzjali tal-parametri tal-punteġġ li ma jbiddlux l-indiċi tar-riparabbiltà ġenerali huma meqjusa mhux rilevanti. |
|
(15) |
Biex tkun evitata l-konfużjoni għall-fornituri u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li jiġi ċċarat il-kontenut tad-dokumentazzjoni teknika, inkluż l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riparabbiltà |
|
(16) |
Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet emendatorji
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4, il-punt (a) hu sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu hu sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025 ’il quddiem. Iżda l-Artikolu 9 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 ’il quddiem u l-Artikolu 3(1) u (1a) għandu japplika kif stabbilit fih.”; |
|
(5) |
l-Annessi I, II u III huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(6) |
it-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness IIIa; |
|
(7) |
l-Annessi IV u V huma emendati f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(8) |
it-test stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Va; |
|
(9) |
l-Anness VI hu emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(10) |
it-test stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness VIa; |
|
(11) |
l-Annessi VII, VIII, IX u X huma emendati f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1369/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 (ĠU L, 2023/2534, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2534/oj).
ANNESS I
L-Annessi I, II u III tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(2) |
fl-Anness II, tiżdied it-Taqsima 4 li ġejja: “4. KLASSI TAR-RIPARABBILTÀ Il-klassi tar-riparabbiltà ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-indiċi tar-riparabbiltà, kif stabbilit fit-Tabella 3a. L-indiċi tar-riparabbiltà għandu jiġi ddeterminat f’konformità mat-Taqsima 5 tal-Anness IV. Tabella 3a Klassi tar-riparabbiltà
|
|
(3) |
l-Anness III hu emendat kif ġej:
|
ANNESS II
“ANNESS IIIa
TIKKETTA BL-INFORMAZZJONI DWAR IR-RIPARABBILTÀ
A. Tikketta għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur b’pittogramma tal-klassi tar-riparabbiltà
1. TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ B’KONDENSATUR B’PITTOGRAMMA TAL-KLASSI TAR-RIPARABBILTÀ
Illustrazzjoni 4a
It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
I |
Kodiċi QR; |
|
II |
it-trademark; |
|
III |
identifikatur tal-mudell; |
|
IV |
l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G; |
|
V |
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddeterminata f’konformità mal-Anness II; |
|
VI |
il-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV; fil-każ tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, il-konsum medju ponderat tal-enerġija (gass u elettriku) għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV; |
|
VII |
il-klassi tar-riparabbiltà ddeterminata f’konformità mal-Anness II u kkalkolata f’konformità mal-Anness IV; |
|
VIII |
il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni ddeterminata f’konformità mal-Anness II, bil-pittogramma rilevanti u bil-valur imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV; |
|
IX |
il-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja taċ-ċiklu tat-tnixxif tal-programm eko, bil-logo rilevanti u bil-valur f’dB(A), iddeterminata f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness IV; |
|
X |
il-kapaċità nominali f’kg, għall-programm eko b’tagħbija sħiħa; |
|
XI |
it-tul tal-programm eko b’tagħbija sħiħa f’sigħat u minuti [s:min], imqarreb sal-eqreb minuta; |
|
XII |
in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2023/2534”. |
2. DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ B’KONDENSATUR B’PITTOGRAMMA TAL-KLASSI TAR-RIPARABBILTÀ
Illustrazzjoni 4b
Fejn:
|
(a) |
it-tikketta għandha tkun imqar 96 mm wiesgħa u 192 mm għolja. Meta t-tikketta tiġi stampata b’format akbar, il-kontenut tagħha għandu xorta jibqa’ proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Illustrazzjoni 4b; |
|
(b) |
l-isfond għandu jkun 100 % abjad; |
|
(c) |
it-tipa għandha tkun Verdana; |
|
(d) |
id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi fuq it-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta f’dan l-Anness; |
|
(e) |
il-kuluri għandhom ikunu CMYK – cyan, maġenta, isfar u iswed, bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed; |
|
(f) |
it-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-Illustrazzjoni 4b).
|
“B. Tikketta għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mingħajr kondensatur b’pittogramma tal-klassi tar-riparabbiltà
1. TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ MINGĦAJR KONDENSATUR B’PITTOGRAMMA TAL-KLASSI TAR-RIPARABBILTÀ
Illustrazzjoni 4c
It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
I |
Kodiċi QR; |
|
II |
it-trademark; |
|
III |
identifikatur tal-mudell; |
|
IV |
l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G; |
|
V |
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddeterminata f’konformità mal-Anness II; |
|
VI |
il-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV; fil-każ tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, il-konsum medju ponderat tal-enerġija (gass u elettriku) għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV; |
|
VII |
il-klassi tar-riparabbiltà ddeterminata f’konformità mal-Anness II u kkalkolata f’konformità mal-Anness IV; |
|
VIII |
il-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja taċ-ċiklu tat-tnixxif tal-programm eko, bil-logo rilevanti u bil-valur f’dB(A), iddeterminata f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness IV; |
|
IX |
il-kapaċità nominali f’kg, għall-programm eko b’tagħbija sħiħa; |
|
X |
it-tul tal-programm eko b’tagħbija sħiħa f’sigħat u minuti [s:min], imqarreb sal-eqreb minuta; |
|
XI |
in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2023/2534”. |
2. DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ MINGĦAJR KONDENSATUR B’PITTOGRAMMA TAL-KLASSI TAR-RIPARABBILTÀ
Illustrazzjoni 4d
Fejn:
|
(a) |
it-tikketta għandha tkun imqar 96 mm wiesgħa u 192 mm għolja. Meta t-tikketta tiġi stampata b’format akbar, il-kontenut tagħha xorta għandu jibqa’ proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Illustrazzjoni 4d; |
|
(b) |
l-isfond għandu jkun 100 % abjad; |
|
(c) |
it-tipa għandha tkun Verdana; |
|
(d) |
id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi fuq it-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta f’dan l-Anness; |
|
(e) |
il-kuluri għandhom ikunu CMYK — cyan, maġenta, isfar u iswed, bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed; |
|
(f) |
it-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-Illustrazzjoni 4d).
|
ANNESS III
L-Annessi IV u V tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness IV hu emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness V hu emendat kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/517/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2533 tas-17 ta’ Novembru 2023 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 (ĠU L, 2023/2533, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2533/oj).
(1) Din l-entrata m’għandhiex titqies rilevanti għall-fini tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2) Għall-programm eko.
(3) Bidliet f’dawn l-entrati m’għandhomx jitqiesu rilevanti għall-fini tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(4) Jekk il-bażi tad-data tal-prodotti tiġġenera awtomatikament il-kontenut definittiv ta’ dik iċ-ċellola, il-fornitur m’għandux idaħħal din id-data.
(5) L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għal sit web fejn ikun hemm l-informazzjoni rilevanti. Iżda l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata f’konformità mal-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness II, il-punt 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2023/2533.
(6) L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għal sit web fejn ikun hemm l-informazzjoni rilevanti. Madankollu, l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata f’konformità mal-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness II, il-punt 5(1)(d) tar-Regolament (UE) 2023/2533.
(7) L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għas-sit web fejn ikun hemm l-informazzjoni rilevanti. Madankollu, l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata f’konformità mal-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness II, il-punt 5(1)(f) tar-Regolament (UE) 2023/2533.
(8) Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, ikkalkolat bħala l-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu ta’ tnixxif f’konformità mat-Taqsima 1, il-punt (f) ta’ dan ir-Regolament, diviż b’100.”
ANNESS IV
“ANNESS Va
SKEDA TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT B’INFORMAZZJONI DWAR IR-RIPARABBILTÀ
Skont l-Artikolu 3(1), il-punt (c)(ii), mill-1 ta’ Jannar 2027 ’il quddiem, il-fornitur għandu jdaħħal l-informazzjoni kif stabbilita fit-Tabella 4a fil-bażi tad-data tal-prodotti. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 3(1a) ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri jistgħu jdaħħlu l-informazzjoni meħtieġa fit-Tabella 4a fil-bażi tad-data tal-prodotti minn-24 ta’ Novembru 2025 flok l-informazzjoni meħtieġa fit-Tabella 4 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
Il-manwal tal-utent jew kitbiet oħra mogħtija mal-prodott għandhom jindikaw il-link URL għall-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew billi jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.
Tabella 4a
Kontenut, ordni u format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
|
Identifikatur tal-mudell: (1) |
|||||
|
Teknoloġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ |
[ventilazzjoni tal-arja bl-elettriku, kondensatur b’pompa tas-sħana elettrika, kondensatur konvenzjonali tal-elettriku, taħdem bil-gass] |
||||
|
Parametri ġenerali tal-prodott: |
|||||
|
Parametru |
Valur |
Parametru |
Valur |
||
|
Kapaċità nominali (2) (kg) |
x,x |
Għoli |
x |
||
|
Wisa’ |
x |
||||
|
Fond |
x |
||||
|
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) (2) |
x,x |
Klassi tal-effiċjenza enerġetika (2) |
[A/B/C/D/E/F/G] (4) |
||
|
Effiċjenza tal-kondensazzjoni (%) (2) (jekk applikabbli) |
xx |
Klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni (jekk applikabbli) (2) |
[A/B/C/D] (4) |
||
|
Il-konsum ponderat tal-enerġija f’kWh għal kull ċiklu tat-tnixxif. (8) Il-konsum reali tal-enerġija jiddependi fuq kif jintuża l-apparat. |
x,xx |
|
|
||
|
Tul tal-programm (2) (sigħat:minuti) |
Kapaċità nominali |
x:xx |
Tip |
[built-in/awtonomu] |
|
|
Nofs |
x:xx |
||||
|
Emissjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru (2) (dB(A) rigward 1 pW) |
x |
Klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja (2) |
[A/B/C/D] (4) |
||
|
Modalità mitfi (jekk applikabbli) (W) |
x,xx |
Modalità standby (jekk applikabbli) (W) |
x,xx |
||
|
Bidu differit (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
Standby man-network (W) (jekk applikabbli) |
x,xx |
||
|
Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jkunu attrezzati b’pompa tas-sħana, l-isem kimiku jew id-denominazzjoni aċċettata tal-industrija tal-gass refriġerant użat, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 517/2014 dwar il-gassijiet serra fluworurati. (1) (1) , (3) |
|
||||
|
Informazzjoni dwar ir-riparabbiltà: |
|||||
|
Klassi tar-Riparabbiltà (abbażi tal-indiċi ta’ hawn taħt) |
[A/B/C/D/E] (4) |
||||
|
Indiċi tar-Riparabbiltà (1) |
x,xx |
||||
|
x,xx |
|||||
|
x,xx |
|||||
|
x,xx |
|||||
|
x,xx |
|||||
|
Link għal sit web bl-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-ispare parts għas-sewwejja professjonali u l-utenti finali (1) , (3) , (5) |
|||||
|
Link għal sit web bl-istruzzjonijiet tat-tiswija għall-utenti finali (1) , (3) , (6) |
|||||
|
Link għal sit web bi prezzijiet indikattivi ta’ qabel it-taxxa (1) , (3) , (7) |
|||||
|
Tul minimu tal-garanzija kummerċjali offruta mill-fornitur (1) , (3) (xhur) |
|
||||
|
Informazzjoni addizzjonali (5) |
|
||||
|
Link għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fl-Anness II, il-punt 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2533 (5) (2) |
|||||
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/517/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2533 tas-17 ta’ Novembru 2023 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 (ĠU L, 2023/2533, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2533/oj).
(1) Din l-entrata m’għandhiex titqies rilevanti għall-fini tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2) Għall-programm eko.
(3) Bidliet f’dawn l-entrati m’għandhomx jitqiesu rilevanti għall-fini tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(4) Jekk il-bażi tad-data tal-prodotti tiġġenera awtomatikament il-kontenut definittiv ta’ dik iċ-ċellola, il-fornitur m’għandux idaħħal din id-data.
(5) L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għal sit web fejn ikun hemm l-informazzjoni rilevanti. Iżda l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata f’konformità mal-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness II, il-punt 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2023/2533.
(6) L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għal sit web fejn ikun hemm l-informazzjoni rilevanti. Madankollu, l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata f’konformità mal-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness II, il-punt 5(1)(d) tar-Regolament (UE) 2023/2533.
(7) L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għas-sit web fejn ikun hemm l-informazzjoni rilevanti. Madankollu, l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata f’konformità mal-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness II, il-punt 5(1)(f) tar-Regolament (UE) 2023/2533.
(8) Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, ikkalkolat bħala l-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu ta’ tnixxif f’konformità mat-Taqsima 1, il-punt (f) ta’ dan ir-Regolament, diviż b’100.
ANNESS V
L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 1 hu emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fit-Tabella 5, l-intestatura hi sostitwita b’din li ġejja: “ Tabella 5 Parametri tekniċi ddikjarati għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bl-elettriku”; |
|
(3) |
fil-punt 2, l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej: “Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (b)(i), għandha tinkludi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 (a) sa (f) ta’ dan l-Anness, u l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 6 għall-programm eko. Il-valuri fit-Tabella 6 jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX.”. |
|
(4) |
It-Tabella 6 hi emendata kif ġej:
|
|
(5) |
il-punt 3 hu sostitwit b’dan li ġej:
|
ANNESS VI
“ANNESS VIa
DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA B’INFORMAZZJONI DWAR IR-RIPARABBILTÀ
1.
Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bl-elettriku, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (c)(iii), għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:|
(a) |
deskrizzjoni ġenerali tal-mudell biex ikun jista’ jiġi identifikat b’mod ċar u faċli; |
|
(b) |
referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards oħrajn tal-kejl użati; |
|
(c) |
il-prekawzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu waqt l-immuntar, l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew l-ittestjar tal-mudell; |
|
(d) |
id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa f’konformità mal-Anness IV; |
|
(e) |
il-kundizzjonijiet tal-ittestjar, meta ma jkunux deskritti biżżejjed fir-referenzi pprovduti skont il-punt (b) ta’ din it-taqsima; |
|
(f) |
mudelli ekwivalenti, jekk ikunu jeżistu, inkluż l-identifikaturi tal-mudell; |
|
(g) |
Il-valuri tal-parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 6a għall-programm eko, li jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX; |
|
(h) |
deskrizzjoni tal-passi taż-żarmar għal kull parti prijoritarja elenkata fit-Taqsima 5 tal-Anness IV, inkluż l-għodod u l-elementi tal-irbit meħtieġa f’kull pass, jekk ikun hemm; |
|
(i) |
l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni stipulata fl-Anness II, il-punt 5(3)(e) tar-Regolament (UE) 2023/2533. |
L-informazzjoni mogħtija skont il-punti (a) sa (g) għandha tikkostitwixxi l-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur irid jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti, skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Tabella 6a
Parametri tekniċi ddikjarati għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bl-elettriku
|
PARAMETRU |
UNITÀ |
VALUR |
|
Il-kapaċità nominali fil-programm eko, f’intervalli ta’ 0,5 kg (c) |
kg |
X,X |
|
Il-konsum tal-enerġija tal-programm eko b’tagħbija sħiħa (Edry) |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
Il-konsum tal-enerġija tal-programm eko b’tagħbija parzjali (Edry,½) |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
Il-konsum ponderat tal-enerġija tal-programm eko (EtC ) |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
Il-konsum standard tal-enerġija tal-programm eko (SEC ) |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) |
— |
X,X |
|
Tul tal-programm għall-programm eco b’tagħbija sħiħa (Tdry ) |
s:min |
X:XX |
|
Tul tal-programm għall-programm eko b’tagħbija parzjali (Tdry½ ) |
s:min |
X:XX |
|
Tul ponderat tal-programm għall-programm eko (Tt ) |
s:min |
X:XX |
|
L-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm eko b’tagħbija sħiħa (Cdry ) (jekk applikabbli) |
% |
XX |
|
L-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm eko b’tagħbija parzjali (Cdry½ ) (jekk applikabbli) |
% |
XX |
|
L-effiċjenza ponderata tal-kondensazzjoni tal-programm eko (Ct ) (jekk applikabbli) |
% |
XX |
|
L-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja waqt il-programm eko |
dB(A) rigward 1 pW |
X |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi (Po ) (jekk applikabbli) |
W |
X,XX |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Psm ) (jekk applikabbli) |
W |
X,XX |
|
Il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni? |
— |
Iva/Le |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Pnsm ) waqt kundizzjoni ta’ standby man-network (jekk applikabbli) |
W |
X,XX |
|
Il-konsum tal-enerġija waqt bidu differit (Pds ) (jekk applikabbli) |
W |
X,XX |
|
Indiċi tar-Riparabbiltà |
— |
X,XX |
2.
Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (c)(iii), għandha tinkludi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (f), (h) u (i) ta’ dan l-Anness, u l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 6b għall-programm eko. Il-valuri fit-Tabella 6b jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX.L-informazzjoni pprovduta skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, ħlief il-punti (h) u (i), għandha tikkostitwixxi l-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Tabella 6b
Parametri tekniċi ddikjarati għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bil-gass
|
PARAMETRU |
UNITÀ |
VALUR |
|
Il-kapaċità nominali fil-programm eko, f’intervalli ta’ 0,5 kg (c) |
kg |
X,X |
|
Il-konsum tal-gass tal-programm eko b’tagħbija sħiħa (Egdry ) |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
Il-konsum tal-gass tal-programm eko b’tagħbija parzjali (Egdry,½ ) |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
Il-konsum awżiljarju tal-elettriku tal-programm eko b’tagħbija sħiħa |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
Il-konsum awżiljarju tal-elettriku tal-programm eko b’tagħbija parzjali |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
Il-konsum ponderat tal-enerġija tal-programm eko (EtC ) |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
Il-konsum standard tal-enerġija tal-programm eko (SEC ) |
kWh/ċiklu tat-tnixxif |
X,XX |
|
L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) |
— |
X,X |
|
Tul tal-programm għall-programm eco b’tagħbija sħiħa (Tdry ) |
s:min |
X:XX |
|
Tul tal-programm għall-programm eko b’tagħbija parzjali (Tdry½ ) |
s:min |
X:XX |
|
Tul ponderat tal-programm għall-programm eko (Tt ) |
s:min |
X:XX |
|
L-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja waqt il-programm eko |
dB(A) rigward 1 pW |
X |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi (Po ) (jekk applikabbli) |
W |
X,XX |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Psm ) (jekk applikabbli) |
W |
X,XX |
|
Il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni? |
— |
Iva/Le |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Pnsm ) waqt kundizzjoni ta’ standby man-network (jekk applikabbli) |
W |
X,XX |
|
Il-konsum tal-enerġija waqt bidu differit (Pds ) (jekk applikabbli) |
W |
X,XX |
|
Indiċi tar-Riparabbiltà |
— |
X,XX |
3.
Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ partikolari għall-użu domestiku tkun inkisbet:|
(a) |
minn mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li tkun mogħtija minn fornitur differenti, |
|
(b) |
b’kalkolu abbażi tad-disinn jew tal-estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess fornitur jew ta’ fornitur differenti, |
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tal-kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-fornituri biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, meta xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ fornituri differenti.
ANNESS VII
L-Annessi VII, VIII, IX u X tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness VII, il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:
|
|
(2) |
l-Anness VIII hu emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Anness IX hu emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Anness X hu emendat kif ġej:
|
(*1) Meta jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali f’konformità mal-punt 6, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati għal dawk it-tliet unitajiet addizzjonali.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1353/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)