27.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/25


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11058 — ALTOR / MARLIN / MELTWATER)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 145/15)

1.   

Fid-19 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Altor Fund Manager AB (“Altor”, l-Iżvezja),

—

Marlin Management Company LLC (“Marlin”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Meltwater N.V. (“Meltwater”, in-Netherlands).

Altor u Marlin se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Meltwater.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Altor: ditta ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji ta’ daqs medju fil-biċċa l-kbira Nordiċi bil-għan li toħloq valur permezz ta’ inizjattivi ta’ tkabbir u titjib operazzjonali,

—

Marlin: ditta ta’ investiment globali li hija ffukata fuq li tipprovdi lill-ġenituri korporattivi, lill-azzjonisti u lil partijiet ikkonċernati oħra b’soluzzjonijiet imfassla apposta li jissodisfaw il-ħtiġijiet kummerċjali u ta’ likwidità tagħhom,

—

Meltwater: fornitur globali ta’ intelligence tal-media u analitika soċjali fl-aħbarijiet online, il-media soċjali, l-istampar, ix-xandir, u l-podcasts.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11058 — ALTOR / MARLIN / MELTWATER

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.