Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0055 - 0056
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, l-ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE tat-30 ta' Mejju 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE tal-15 ta' Lulju 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi cinidon-ethyl, cyhalofop butyl, famoxadone, florasulam, metalaxyl-M u picolinafenbħala sustanzi attivi [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 12a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim: "— 32002 L 0048: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE tat-30 ta' Mejju 2002 (ĠU L 148, tas-6.6.2002, p. 19), — 32002 L 0064: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE tal-15 ta' Lulju 2002 (ĠU L 189, tat-18.7.2002, p. 27)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttivi 2002/48/KE u 2002/64/KE fl-ilsna ta' l-Islanda u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, previst li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, 31 Jannar 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 25. [2] ĠU L 148, tas-6.6.2002, p. 19. [3] ĠU L 189, tat-18.7.2002, p. 27. [4] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------