<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑242/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0242</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:308">EU:C:2014:308</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WATHELET — KAWŻA C‑242/13</P><P>COMMERZ NEDERLAND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wathelet</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑242/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Commerz Nederland NV</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Havenbedrijf Rotterdam NV</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Għajnuna mogħtija mill-Istati</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mogħtija minn impriża pubblika fil-forma ta’ garanzija lil bank</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni meħuda mid-direttur tal-impriża pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tad-dispożizzjonijiet tal-istatut tal-impriża pubblika</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tikkonċerna, sabiex eventwalment jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, l-imputabbiltà lill-Istat ta’ garanziji mogħtija lil bank minn impriża pubblika bi ksur tar-regoli interni li jirregolawha. F’din il-kawża, dawn il-garanziji ngħataw minn W. Scholten, amministratur waħdieni ta’ Havenbedrijf Rotterdam NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>HbR<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), l-impriża portwarja ta’ Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), favur kumpanniji li jappartjenu għall-grupp Olandiż RDM (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>grupp RDM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Ġie stabbilit li, bl-għoti ta’ dawn il-garanziji, W. Scholten aġixxa b’mod arbitrarju, żamm deliberatament is-sigriet tal-għoti ta’ dawn il-garanziji u kiser l-istatuti tal-impriża pubblika meta ma talabx minn qabel l-approvazzjoni tal-kunsill ta’ sorveljanza ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Sa hawnhekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/><HT TYPE="ITALIC">nihil sub sole novum</HT><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Liber Ecclesiastes, Kapitolu 1, vers 10.</P></NOTE>, iżda għall-kuntrarju huwa sorprendenti li l-Istat Membru kkonċernat qiegħed jiddefendi l-idea li l-miżuri kkonċernati huma imputabbli lilu u jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tat-Trattat FUE filwaqt li l-benefiċjarju tal-garanziji, li b’mod evidenti ħafna jixtieq jitħallas, iqis li l-garanziji ma humiex għajnuna mill-Istat għaliex ingħataw <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Garanzija li b’mod simili ħafna tgħaqqad, bl-eċċezzjoni ta’ min isellef, l-istess sieħba kienet is-suġġett tas-sentenza Residex Capital IV<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>C‑275/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:814">EU:C:2011:814</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Kif tinnota l-Avukat Ġenerali Kokott, fil-punt 2 tal-konklużjonijiet tagħha fil-kawża msemmija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>C‑275/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:354">EU:C:2011:354</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, din il-garanzija ngħatat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>f’ċirkustanzi misterjużi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> mill-korp tal-komun ta’ Rotterdam (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Komun<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u l-predeċessur ta’ HbR, Gemeentelijk Havenbedrijf Rotterdam (Impriża portwarja komunali ta’ Rotterdam, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>GHR<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), favur kumpannija li<?PAGE NO="2"?> tappartjeni wkoll għall-grupp Olandiż RDM. Peress li l-kwistjoni ta’ imputabbiltà ma tqajmitx f’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ttrattat biss il-kwistjoni dwar jekk it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(3) TFUE jobbligax lil qorti nazzjonali tqis bħala nulla garanzija komunali li ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea u li ma ġietx approvata minn din tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali tqajjem domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE kif ukoll tal-punti 50 sa 58 tas-sentenza fil-kawża Franza vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>C‑482/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> dwar il-kwistjoni tal-imputazzjoni lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna fis-sens ta’ dawn l-artikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-qosor, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’din is-sentenza, li l-imputabbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna lill-Istat ma tistax tiġi dedotta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>mis-sempliċi fatt li l-miżura inkwistjoni ttieħdet minn impriża pubblika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (punt 51), minħabba li din tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>tista’ taġixxi xi ftit jew wisq b’indipendenza, skont il-livell ta’ awtonomija permess lilha mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (punt 52). Il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet ukoll li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sempliċi fatt li impriża pubblika [tkun] ġiet ikkostitwita fil-forma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju rregolata mid-dritt ġenerali jitqies — f’dak li jikkonċerna l-awtonomija li din il-forma ġuridika tista’ tagħtiha — bħala suffiċjenti sabiex jiġi eskluż li miżura ta’ għajnuna meħuda minn tali kumpannija tkun imputabbli lill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fil-punt 52 tal-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, sabiex tiġi imputata miżura ta’ għajnuna lill-Istat, kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>għadu neċessarju li jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi kellhomx jitqiesu bħala involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Madankollu hija qieset fl-imsemmija sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ma jistax ikun meħtieġ li jintwera, fuq il-bażi ta’ istruzzjoni preċiża, li l-awtoritajiet pubbliċi ħeġġew b’mod konkret lill-impriża pubblika sabiex tieħu l-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (punt 53), minħabba li tali prova tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>diffiċli ħafna<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għal parti terza (punt 54). Għal din ir-raġuni, hija ammettiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna meħuda minn impriża pubblika [setgħet] tiġi dedotta minn sett ta’ indizji li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-każ u mill-kuntest li fih ittieħdet dik il-miżura<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li hija kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>diġà ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-korp inkwistjoni ma setax jieħu d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma jqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi [...] jew li, minbarra l-elementi ta’ natura organika li jorbtu lill-impriżi pubbliċi tal-Istat, dawn, li permezz tagħhom kienet ingħatat l-għajnuna, kellhom iqisu d-direttivi maħruġa [mill-Istat]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (sentenza Franza vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>indizji oħra, jekk ikun il-każ, jistgħu jkunu rilevanti sabiex tintlaħaq il-konklużjoni li miżura ta’ għajnuna meħuda minn impriża pubblika għandha tiġi imputata lill-Istat, bħalma huma, b’mod partikolari, l-integrazzjoni tagħha fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta’ dawn fis-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni mal-operaturi privati, l-istatus ġuridiku tal-impriża, li taqa’ taħt id-dritt pubbliku jew id-dritt ġenerali tal-kumpanniji, l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża jew kwalunkwe indizju ieħor li jindika, f’każ konkret, involviment tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ assenza ta’ involviment fl-adozzjoni ta’ miżura, b’kunsiderazzjoni wkoll tal-ambitu tagħha, tal-kontenut tagħha jew tal-kundizzjonijiet li tinvolvi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (sentenza Franza vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-port ta’ Rotterdam huwa ġestit minn HbR, kumpannija b’responsabbiltà limitata li l-kapital azzjonarju tagħha jappartjeni għall-Komun (madwar 70 %) u għall-Istat Olandiż (madwar 30 %). Fi żmien il-fatti, il-Komun kien l-uniku azzjonarju ta’ HbR, bl-Istat Olandiż jakkwista l-ishma tiegħu fl-2006.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-passat, il-port ta’ Rotterdam kien ġestit minn Havenbedrijf der Gemeente Rotterdam (impriża portwarja tal-Komun ta’ Rotterdam), servizz muniċipali mingħajr personalità ġuridika stabbilit fl-1932 u li sar GHR matul is-snin 80. Fl-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, GHR ġiet issostitwita minn HbR.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni ta’ HbR hija fdata lil kunsill ta’ amministrazzjoni b’superviżjoni minn kunsill ta’ sorveljanza. Fl-1992, W. Scholten inħatar amministratur waħdieni ta’ GHR/HbR. Fi żmien l-għoti tal-garanziji inkwistjoni, il-membru tal-kunsill tal-Komun responsabbli għall-port kien president tal-kunsill ta’ sorveljanza.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-grupp RDM kien sett ta’ kumpanniji li jappartjenu għal J. van den Nieuwenhuyzen. Dan il-grupp kien attiv fil-produzzjoni u l-kunsinna ta’ materjal militari. Dan kien falla u l-attivitajiet tiegħu ma reġgħux inbdew minn impriża oħra. Il-grupp RDM ma kien marbut bl-ebda mod ma’ HbR.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20021228">28 ta’ Diċembru 2002</DATE>, RDM Holding NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>RDM Holding<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) impenjat ruħha b’kuntratt fil-konfront ta’ GHR (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kuntratt dwar is-sottomarini<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) li ma tqiegħed għad-dispożizzjoni tat-Tajwan ebda informazzjoni jew materjal li jkunu ta’ interess għall-kostruzzjoni jew l-użu ta’ sottomarini. Inkambju, GHR impenjat ruħha li tkun garanti ma’ kredituri ta’ RDM Holding u/jew ta’ sussidjarji tagħha għal kull ammont ta’ iktar minn EUR 100 000 000, u dan għal perjodu li ma kellux jaqbeż it-tliet snin.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>GHR u RDM Holding kienu impenjati wkoll li ma jgħarrfux lil partijiet terzi dwar l-eżistenza u l-kontenut tal-kuntratt dwar is-sottomarini.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-preambolu ta’ dan il-kuntratt, GHR u RDM Holding indikaw, l-ewwel nett, li RDM Holding, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet Amerikani, kienet eżaminat il-possibbiltà li tittrasferixxi lejn it-Tajwan teknoloġija dwar il-kostruzzjoni ta’ sottomarini permezz ta’ kumpanniji oħra tal-grupp RDM, it-tieni nett, li GHR kienet informata bin-negozjati dwar dan bejn l-avukati ta’ RDM Holding u tal-Istat Olandiż, it-tielet nett, li r-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienet indikat li jekk RDM Holding tikkunsinna din it-teknoloġija lejn it-Tajwan, hija kienet ser timponi sanzjonijiet fuq il-Pajjiżi l-Baxxi, inkluż it-trasferiment tat-trasporti marittimi tagħha lejn port differenti minn Rotterdam, ir-raba’ nett, li GHR riedet tagħmel kollox sabiex tevita din l-eventwalità u, il-ħames nett, li RDM Holding kienet lesta li tirrinunzja għat-trasferiment lejn it-Tajwan ta’ din it-teknoloġija għall-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz ta’ kuntratt bid-data tal-<DATE ISO="20031105">5 ta’ Novembru 2003</DATE>, Commerz Nederland NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Commerz<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) qiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ RDM Vehicles BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>RDM Vehicles<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) faċilità ta’ kreditu ta’ EUR 25 miljun (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kreditu Vehicles<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) maħsuba għall-finanzjament tal-manifattura ta’ vettura blindata. Fl-istess ġurnata, W. Scholten iffirma garanzija li permezz tagħha GHR daħlet bħala garanti fil-konfront ta’ Commerz tal-osservanza minn RDM Vehicles tal-obbligi imposti fuqha skont il-kreditu Vehicles.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Wara li HbR issuċċediet lil GHR fl-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, W. Scholten ta, fl-<DATE ISO="20040604">4 ta’ Ġunju 2004</DATE>, l-istess garanzija għall-benefiċċju ta’ Commerz għall-kreditu Vehicles, din id-darba f’isem HbR, u Commerz irrinunzjat għad-drittijiet li kisbet mill-garanzija mogħtija fir-rigward ta’ GHR. Din il-garanzija ġiet approvata mill-kunsill ta’ sorveljanza ta’ HbR fit-<DATE ISO="20040622">22 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-istudju tal-avukati Spigthoff ta lil Commerz opinjonijiet ġuridiċi bid-dati, rispettivament, tal-<DATE ISO="20031110">10 ta’ Novembru 2003</DATE> u tal-<DATE ISO="20040604">4 ta’ Ġunju 2004</DATE>, li skonthom il-garanziji ffirmati f’isem GHR u HbR għall-kreditu Vehicles kienu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>obbligi validi, vinkolanti u li jistgħu jiġu eżegwiti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> mill-garanti. B’sentenza tas-<DATE ISO="20130417">17 ta’ April 2013</DATE>, il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage (il-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li dawn l-opinjonijiet ġuridiċi kienu stabbiliti b’mod ħażin intenzjonalment.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz ta’ kuntratti tas-<DATE ISO="20040227">27 ta’ Frar 2004</DATE>, Commerz qiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ RDM Finance I BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>RDM I<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) u għad-dispożizzjoni ta’ RDM Finance II BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>RDM II<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) faċilitajiet ta’ kreditu ta’ EUR 7.2 miljun u EUR 6.4 miljun rispettivament (iktar ’il quddiem, rispettivament, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kreditu RDM I<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kreditu RDM II<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>). Dawn il-krediti kienu maħsuba għall-finanzjament ta’ ordnijiet ta’ materjal militari mingħand RDM Technology BV.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040302">2 ta’ Marzu 2004</DATE>, W. Scholten iffirma garanziji li permezz tagħhom HbR ġiet ikkostitwita bħala garanti fil-konfront ta’ Commerz tal-osservanza tal-obbligi ta’ RDM I u ta’ RDM II skont dawn il-krediti. Fit-<DATE ISO="20040303">3 ta’ Marzu 2004</DATE>, Spigthoff ta lil Commerz opinjoni ġuridika simili għal dawk imsemmija fil-punt 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20101015">15 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ECLI:NL:RBROT:2010:BO0530.</P></NOTE>, ir-Rechtbank Rotterdam iddeċidiet li W. Scholten kien aċċetta donazzjonijiet minn J. van den Nieuwenhuyzen, proprjetarju u direttur ġenerali tal-grupp RDM, li permezz tagħhom dan tal-aħħar xtaq jikseb trattament favorevoli għall-impriża tiegħu minn W. Scholten. B’din l-istess sentenza, ir-Rechtbank Rotterdam iddeċidiet li W. Scholten kien stabbilixxa deliberatament ċertifikati b’dikjarazzjonijiet foloz li permezz tagħhom sostna li l-approvazzjoni tal-garanziji mill-kunsill ta’ sorveljanza ma kinitx neċessarja u li W. Scholten kien deliberatament naqas milli jsemmi l-garanziji inkwistjoni fil-kontijiet ta’ HbR għas-snin 2002 u 2003. Fl-aħħar nett, ir-Rechtbank Rotterdam iddeċidiet li W. Scholten żamm deliberatament il-garanziji mogħtija sigrieti, għaliex kien jaf li l-kunsill ta’ sorveljanza ma kienx se jagħti l-approvazzjoni tiegħu li kieku ġie informat. Ir-Rechtbank Rotterdam ikkundannat lil W. Scholten għal tnax‑il xahar ta’ priġunerija għal korruzzjoni passiva, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u ingann ta’ HbR.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20040820">20 ta’ Awwissu 2004</DATE>, Commerz irtirat il-kreditu Vehicles u talbet il-pagament tal-bilanċ dovut. Wara li ma sar ebda pagament, Commerz talbet lil HbR tħallasha, skont il-garanzija mogħtija, l-ammont ta’ EUR 19 843 541.80, u l-ammont ta’ dejn anċillari. HbR ma laqgħatx din it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>B’ittri tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Commerz irtirat il-krediti RDM I u RDM II u talbet ir-rimbors tal-bilanċ dovut. Fl-assenza ta’ pagament, Commerz stiednet lil HbR tħallasha, skont il-garanziji mogħtija, l-ammont ta’ EUR 4 869.00 u EUR 14 538.24 rispettivament, u d-dejn anċillari. HbR lanqas ma laqgħat din it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Wara r-rifjut ta’ HbR li tosserva l-obbligi li ġejjin mill-garanziji, Commerz ippreżentat rikors kontra HbR quddiem ir-Rechtbank Rotterdam, b’talba għall-pagament tal-ammont dovut, skont il-garanzija pprovduta minn HbR, għall-kreditu Vehicles. Din il-qorti ċaħdet din it-talba u qieset li din il-garanzija kienet tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE li kellha tkun innotifikata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) TFUE, li ma kienx sar, u li, konsegwentement, din il-garanzija kienet nulla fuq il-bażi tal-Artikolu 3:40(2), tal-Kodiċi Ċivili Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Commerz ippreżenta appell minn din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage bl-istess talba għall-kundanna ta’ HbR għall-pagament tal-ammonti dovuti skont il-garanziji pprovduti minn HbR għall-krediti RDM I u RDM II. Il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage kkonfermat is-sentenza tar-Rechtbank Rotterdam u ċaħdet it-talbiet ta’ Commerz.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage, l-eżami tal-fatti fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fis-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) iwassal għall-konklużjoni li l-għoti tal-garanziji inkwistjoni għandu jiġi imputat lill-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage bbażat ruħha fuq iċ-ċirkustanzi li, l-ewwel nett, il-Komun kellu l-ishma kollha ta’ HbR, it-tieni nett, il-membri tat-tmexxija u tal-kunsill ta’ sorveljanza kienu nnominati mill-assemblea ġenerali tal-azzjonisti u għalhekk mill-Komun, it-tielet nett, il-membru tal-kunsill responsabbli għall-port kien jippresjedi l-kunsill ta’ sorveljanza, ir-raba’ nett, l-istatuti ta’ HbR kienu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-kunsill ta’ sorveljanza għall-għoti ta’ garanziji bħal dawk f’dan il-każ u, il-ħames nett, l-iskop mogħti lil HbR mill-istatuti tagħha ma kienx komparabbli ma’ dak ta’ sempliċi impriża kummerċjali, fid-dawl tal-importanza mogħtija lill-interess ġenerali fil-ġestjoni ta’ port bħal dak ta’ Rotterdam.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Commerz ikkontestat din is-sentenza quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden li għandha dubju dwar il-kwistjoni tal-imputabbiltà lill-Istat Olandiż tal-garanziji inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li anki jekk W. Scholten aġixxa b’mod totalment arbitrarju, qabeż il-limiti tas-setgħa tiegħu ta’ amministratur waħdieni ta’ HbR — billi żamm deliberatament sigrieta l-eżistenza tal-kuntratt dwar is-sottomarini kif ukoll il-garanziji u billi ma talabx l-approvazzjoni tal-kunsill ta’ sorveljanza qabel l-għoti tal-garanziji inkwistjoni —, il-garanziji mogħtija bi ksur tal-istatuti ta’ HbR ma jonqsux milli jorbtu lil din il-kumpannija skont id-dritt privat Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest fattwali, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar jekk, sabiex tasalx jew le għall-konklużjoni li l-garanziji inkwistjoni għandhom jiġu imputati lill-Istat Olandiż, għandux jiġi adottat approċċ reali u fattwali jew għall-kuntrarju approċċ ġuridiku. Il-qorti tar-rinviju tqis li, jekk jiġi segwit l-ewwel approċċ, ikollu jitqies li l-Istat lanqas biss ma kien informat bl-eżistenza tal-garanziji u kien wisq inqas approva l-għoti tagħhom. Għall-kuntrarju, jekk wieħed isegwi t-tieni approċċ, ikun biżżejjed, skont il-qorti tar-rinviju, li jintwera li l-Istat jiddetermina bħala regola ġenerali l-proċess deċiżjonali li għandu jiġi segwit fi ħdan l-impriża pubblika fl-adozzjoni ta’ miżuri, bħall-għoti ta’ garanziji jew minn tal-inqas jeżerċita influwenza qawwija u predominanti fuq dan il-proċess.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Filwaqt li tqis li din hija kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>L-imputabbiltà lill-awtoritajiet pubbliċi — meħtieġa sabiex għajnuna tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikoli 107 [TFUE] u 108 TFUE — ta’ garanzija mogħtija minn impriża pubblika hija neċessarjament eskluża f’sitwazzjoni fejn din il-garanzija ngħatat, bħal f’dan il-każ, mill-amministratur (waħdieni) tal-impriża pubblika, li, ċertament kien awtorizzat jagħmel dan skont id-dritt ċivili, iżda li aġixxa b’mod arbitrarju, deliberatament żamm l-għoti tal-garanzija sigriet u injora l-istatuti tal-impriża pubblika billi ma talabx l-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ Sorveljanza, u fejn, barra minn hekk, hemm lok li wieħed jippreżumi li l-entità pubblika inkwistjoni (f’dan il-każ il-Komun [ta’ Rotterdam]) ma riditxx li l-garanzija tingħata?</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq ma jeskludux neċessarjament l-imputabbiltà lill-awtoritajiet pubbliċi, allura dawn huma irrilevanti sabiex tingħata risposta għad-domanda dwar jekk l-għoti tal-garanzija jistax jiġi imputat lill-awtoritajiet pubbliċi, jew il-qorti għanda għaldaqstant twettaq evalwazzjoni fid-dawl tal-indizji l-oħra li huma favur jew kontra l-imputabbiltà lill-awtoritajiet pubbliċi?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet lill-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20130429">29 ta’ April 2013</DATE>. Commerz, HbR, il-Gvern Olandiż kif ukoll il-Kummissjoni ressqu osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>F’konformità mal-Artikolu 61(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, fl-<DATE ISO="20140120">20 ta’ Jannar 2014</DATE> il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat lill-partijiet diversi mistoqsijiet għal tweġiba fis-seduta, iżda minkejja r-rilevanza u l-importanza tagħhom — sabiex tingħata risposta ġusta u utli lill-qorti tar-rinviju — il-Gvern Olandiż iddeċieda li ma jipparteċipax fis-seduta tat-<DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din il-kollaborazzjoni bit-tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, fi proċess b’aspetti multipli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>sorprendenti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, kienet tkun prezzjuża. Jiddispjaċini li l-Gvern Olandiż ma tahiex lill-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-seduta għalhekk dehru biss Commerz, HbR u l-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-għoti <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> tal-garanziji inkwistjoni, u b’mod partikolari l-fatt li W. Scholten tahom bi ksur tal-istatuti tal-impriża tiegħu u mingħajr ma informa lill-kunsill ta’ sorveljanza ta’ din l-impriża dwarhom jeskludix l-imputazzjoni ta’ dawn il-garanziji lill-Istat Olandiż u, fil-każ kuntrarju, jekk iċ-ċirkustanzi li fihom ingħataw il-garanziji jistgħux jitqiesu fid-deċiżjoni dwar l-imputazzjoni tagħhom lill-Istat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni ta’ Commerz hija li l-garanziji inkwistjoni, għalkemm jorbtu lil HbR fid-dritt privat, ma humiex imputabbli lill-Istat. Huwa jinvoka, bħala bażi għall-argument tiegħu, l-interpretazzjoni tal-punti 50 sa 58 tas-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li ġiet proposta fil-Hoge Raad der Nederland mill-Avukat Ġenerali Keus fil-konklużjonijiet tiegħu tas-<DATE ISO="20121207">7 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont dan l-Avukat Ġenerali, l-imputazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna lill-Istat tassumi involviment reali u fattwali tal-awtoritajiet statali fil-miżuri kkonċernati. Minn din is-sentenza jirriżulta li l-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura meħuda minn impriża pubblika teħtieġ li l-Istat ikun involut, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>fil-każ konkret<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>fl-adozzjoni ta’ din il-miżura<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u li huwa jkun effettivament eżerċita kontroll fuq din tal-aħħar (punt 52). Sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fil-punti 55 sa 57 tal-imsemmija sentenza, li l-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura meħuda minn impriża pubblika setgħet tiġi dedotta minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>sett ta’ indizji<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-każ u mill-kuntest li fih ittieħdet din il-miżura, l-Avukat Ġenerali Keus sostna li, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddefinixxiet livell ta’ prova u l-mod kif din il-prova setgħet tiġi prodotta, hija ma kinitx biddlet is-suġġett tal-prova, jiġifieri l-involviment konkret tal-awtoritajiet pubbliċi fil-miżura inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Commerz tqis li l-qrati Olandiżi ma jistgħux jibbażaw ruħhom, kif għamlet il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage, fuq sett ta’ indizji meħuda mill-kuntest ġenerali li fih ingħataw il-garanziji, filwaqt li jinjoraw b’dan il-mod iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ. Peress li W. Scholten aġixxa b’mod awtonomu, arbitrarju u sigriet, kontra r-rieda tal-Komun u mingħajr ma kkunsidra r-rekwiżiti imposti minn dan tal-aħħar, Commerz tqis li l-Komun ma kienx involut fl-għoti tal-garanziji kontenzjużi. Konsegwentement, huwa jqis li l-garanziji la jistgħu jkunu imputati lill-Komun u lanqas lill-Istat u, f’dan ir-rigward, ma jikkostitwixxux miżuri ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE u li għalhekk dawn ma kellhomx jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>HbR u l-Gvern Olandiż ma jaqblux ma’ din l-interpretazzjoni tas-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>HbR tqis li l-imputabbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna lill-Istat għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux fuq ir-rieda preżunta tal-Istat. Għalhekk, skont HbR, għandu jiġi ddeterminat jekk l-Istat kienx jew kellux ikun involut u mhux jekk riedx jew kienx irid li jkun.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>HbR tenfasizza li, peress li huwa marbut mill-garanziji inkwistjoni, minkejja l-għoti <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> tagħhom, il-Komun kien involut fl-għoti tagħhom għaliex dan l-għoti ma setax iseħħ mingħajr l-intervent tiegħu, irrispettivament minn jekk riedx jew le li jsir dan l-għoti. Għal dawn ir-raġunijiet, HbR tqis li l-garanziji inkwistjoni huma imputabbli lill-Istat u, konsegwentement, jikkostitwixxu miżuri ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE li kellhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Olandiż, il-fatt li l-garanziji kienu ngħataw <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> ma jipprekludix l-imputazzjoni tagħhom lill-Istat. F’dan ir-rigward, huwa jaqbel mal-pożizzjoni tal-Gerechtshof te ’s-Gravenhage kif mogħtija fil-qosor fil-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet, fis-sens li l-imputazzjoni tal-garanziji inkwistjoni lill-Istat Olandiż hija bbażata fuq il-pożizzjoni predominanti li għandu l-Komun fil-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>HbR u l-Gvern Olandiż iqisu wkoll li l-effettività tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat tista’ tkun affettwata b’mod inaċċettabbli jekk l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli tiġi eskluża għar-raġuni li amministratur statutorju ta’ impriża pubblika jkun eċċeda, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ miżura, ir-regoli tal-istatut ta’ din l-impriża. Fil-fatt, fil-prattika, ma jkunx dejjem possibbli li jiġi vverifikat jekk il-miżura inkwistjoni ttiħditx kontra r-rieda tal-impriża pubblika jew le u Stat Membru jkun jista’ għalhekk jistaħba wara l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>iżbalji<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ta’ amministratur sabiex jevita li l-miżura tkun tista’ tiġi imputata lilu.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni topponi wkoll għall-interpretazzjoni tas-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) proposta minn Commerz u mill-Avukat Ġenerali Keus. Fuq il-bażi tal-punti 55 u 56 ta’ din is-sentenza, hija tqis li, sabiex miżura ta’ għajnuna tiġi imputata lill-Istat, ikun biżżejjed li dan tal-aħħar jiddetermina b’mod effettiv il-proċess deċiżjonali segwit fi ħdan l-impriża pubblika jew li jeżerċita b’mod effettiv influwenza qawwija u predominanti fuq dan il-proċess.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis għalhekk li ma huwiex neċessarju li tiġi pprovata istruzzjoni preċiża sabiex jiġi konkluż li kien hemm involviment konkret tal-Istat fl-adozzjoni tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. Hija tfakkar li, li kieku dan kien il-każ, il-kundizzjoni ta’ imputabbiltà ma tkunx issodisfatta ħlief b’mod eċċezzjonali ħafna fil-każ ta’ miżura ta’ għajnuna mogħtija minn impriża pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkonkludi li hija r-responsabbiltà tal-qorti nazzjonali li tevalwa l-indizji indikati fil-punti 55 sa 57 tas-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u taqbel mal-analiżi magħmula mill-Gerechtshof te ’s-Gravenhage li jiena tajt fil-qosor fil-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari tal-għoti tal-garanziji li huma s-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-Kummissjoni tqis li dawn ma għandhom ebda impatt fuq l-imputabbiltà tal-garanziji lill-Komun peress li, minn naħa, huwa l-Komun stess li ħoloq is-sitwazzjoni li fiha l-garanziji inkwistjoni ngħataw minn HbR u, min-naħa l-oħra, l-għoti tagħhom ma jagħmilx parti mill-attivitajiet kummerċjali normali ta’ HbR, iżda iktar jidher iddettat mill-kunsiderazzjonijiet ta’ interess ġenerali evokati fil-preambolu tal-kuntratt dwar is-sottomarini.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’dan il-każ huma involuti miżuri ta’ għajnuna jew deċiżjonijiet essenzjalment kummerċjali?</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Qabel ma ngħaddi għall-eżami ta’ dawn l-argumenti, inqis li huwa neċessarju li nivverifika jekk il-garanziji inkwistjoni jikkostitwixxux miżuri ta’ għajnuna. Fil-fatt, huwa biss meta garanzija ġġib vantaġġ għal impriża li din il-garanzija tista’ tikkostitwixxi għajnuna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 C 155, p. 10</REF.DOC.OJ>, punt 3.1.)</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-Avukat Ġenerali Kokott, fil-punt 17 tal-konklużjonijiet tagħha fil-kawża Residex Capital IV (C‑275/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:354">EU:C:2011:354</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet ikkonkludiet li kien hemm għajnuna għall-benefiċċju ta’ RDM Aerospace NV li, infakkar, kienet tagħmel parti mill-istess grupp tal-impriżi benefiċjarji tal-garanziji f’din il-kawża, għaliex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[s]kont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, mingħajr din il-garanzija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, l-impriża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ma kinitx tkun tista’ tikseb dan is-self<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalkemm il-qorti tar-rinviju ma tindirizzax dan il-punt f’din il-kawża, hemm kull possibbiltà sabiex wieħed jaħseb li l-garanziji inkwistjoni f’din il-kawża ġabu vantaġġ għall-impriżi tal-grupp RDM li mingħajrhom ma kinux ikunu jistgħu jakkwistaw il-krediti Vehicles, RDM I u RDM II.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu għandha tiġi eżaminata wkoll il-kwistjoni dwar jekk, bl-għoti ta’ dawn il-garanziji, HbR aġixxietx għal raġunijiet essenzjalment kummerċjali, bħalma kien jagħmel investitur privat, b’tali mod li l-vantaġġ miksub mill-impriżi tal-grupp RDM jirrappreżenta għalhekk il-kontroparti ta’ vantaġġi reċiproċi li huma taw lil HbR<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Din il-kwistjoni ma ġietx diskussa fil-kawża Residex Capital IV (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:814">EU:C:2011:814</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), bħalma lanqas ma kienet diskussa barra minn hekk dik tal-imputabbiltà lill-Istat tal-garanziji mogħtija għall-benefiċċju ta’ RDM Aerospace NV, li waslet sabiex dawn il-garanziji jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Huwa biss fil-każ ta’ risposta negattiva għal din il-kwistjoni li jkun meħtieġ li jiġi eżaminat il-punt dwar jekk il-garanziji mogħtija minn HbR jimmobilizzawx riżorsi pubbliċi u jekk humiex imputabbli lill-Istat. Bħalma qal l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Franza vs Il-Kummissjoni (C‑482/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:685">EU:C:2001:685</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>id-deċiżjonijiet kummerċjali li tieħu birrerija pubblika fl-assenza ta’ kwalunkwe indħil mill-awtoritajiet pubbliċi għandhom jitqiesu bħala li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-istess prinċipju ġie ddikjarat fil-paġna 250 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Slynn fil-kawża Kwekerij van der Kooy <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (67/85, 68/85 u 70/85, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:177">EU:C:1987:177</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li, fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni f’dik il-kawża, jiġifieri l-iffissar ta’ tariffa preferenzjali, qajjem il-kwistjoni dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>jekk l-iffissar ta’ din it-tariffa preferenzjali, anki jekk taħt l-influwenza tal-Istat u li tikkawża telf għal dan l-Istat, kienx meħtieġ minħabba kunsiderazzjonijiet kummerċjali li jeskludi li dan jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li, f’dan il-każ, l-għoti ta’ garanziji jikkostitwixxi miżura ddettata minn rekwiżiti imperattivi ta’ interess ġenerali u mhux minn kunsiderazzjonijiet kummerċjali. Il-konklużjoni tagħha hija bbażata fuq l-indizji indikati mill-Gerechtshof te ’s-Gravenhage sabiex tissostanzja l-konklużjoni tagħha li HbR hija taħt il-kontroll effettiv tal-Istat Olandiż<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> kif ukoll fuq l-għanijiet ta’ interess ġenerali li jispiraw l-azzjoni ta’ HbR, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribut għall-iżvilupp urban, l-iżvilupp ta’ portijiet urbani u t-titjib tan-nisġa urbana tal-belt u tar-reġjun ta’ Rotterdam.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għalkemm dawn l-indizji jikkorrispondu għar-realtà, inqis li jistgħu jiġu invokati biss fir-rigward tal-imputabbiltà tal-garanziji lill-Istat — bħalma fil-fatt għamlet il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage — u mhux bħalma tagħmel il-Kummissjoni sabiex taqta’ l-kwistjoni dwar jekk fil-każ konkret tal-garanziji inkwistjoni l-għoti tagħhom kienx iddettat jew le minn kunsiderazzjonijiet ta’ natura kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, jiena nxaqleb lejn risposta affermattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Bħalma semmejt fil-punti 14 sa 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-preambolu tal-kuntratt dwar is-sottomarini jiżvela li l-grupp RDM eżamina, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet Amerikani, il-possibbiltà li jittrasferixxi teknoloġija tas-sottomarini lejn it-Tajwan. Il-punt A tal-preambolu jsemmi n-negozjati bejn l-avukati ta’ RDM Holding u tal-Istat Olandiż f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-punt B tal-preambolu jirreferi għat-theddida ddikjarata mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li timponi sanzjonijiet fuq il-Pajjiżi l-Baxxi, inkluż id-devjazzjoni tat-trasporti marittimi tagħha lejn port ieħor minbarra dak ta’ Rotterdam fil-każ ta’ trasferiment lejn it-Tajwan ta’ teknoloġija dwar is-sottomarini kif ukoll għar-rieda ta’ GHR li tagħmel minn kollox sabiex tevita din l-eventwalità.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-validità u l-awtentiċità ta’ dan il-kuntratt ġew ikkontestati. Bħalma Commerz informat lill-Qorti tal-Ġustizzja matul is-seduta, ir-Rechtbank Rotterdam ikkundannat lil W. Scholten għal korruzzjoni passiva fil-forma ta’ riċeviment ta’ donazzjonijiet magħmula minn J. van den Nieuwenhuyzen. Madankollu, l-istess Rechtbank Rotterdam iddeċidiet li l-falsifikazzjoni ma ġietx ipprovata b’mod legali u persważiv (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>niet wettig en overtuigend<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>), u l-ministeru pubbliku ressaq appell kontra din il-parti tas-sentenza. Matul is-seduta, HbR indikat li dan l-appell kien għadu pendenti quddiem il-qrati Olandiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Huwa għal din ir-raġuni li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet mistoqsija dwar dan is-suġġett<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja staqsiet b’mod partikolari jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>mill-osservazzjonijiet bil-miktub ta’ HbR jirriżultax, minn naħa, li l-għan statutorju tagħha jinkludi b’mod partikolari t-tisħiħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>tal-kumpless industrijali ta’ Rotterdam’ kif ukoll ’l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-operat tal-port u taż-żona industrijali ta’ Rotterdam, fis-sens l-iktar wiesa’ tat-terminu<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="2019" ID="QE0039"/>. Min-naħa l-oħra, mill-punt 17 tal-imsemmija osservazzjonijiet jirriżulta li fil-proċedura prinċipali ġiet sostnut li l-għoti tal-garanziji kien iġġustifikat kemm mill-għan li jiġu żgurati l-impjiegi fl-industrija importanti tal-manifattura tal-port kif ukoll mill-kuntratt tat-<DATE ISO="20021228">28 ta’ Diċembru 2002</DATE> dwar l-astensjoni, mill-grupp RDM, li jikkunsinna teknoloġija għal sottomarini lejn it-Tajwan, li huwa msemmi wkoll fil-punti 3.3 (II) u 3.4 tat-talba għal deċiżjoni preliminari. Commerz, HbR u l-Gvern Olandiż huma mitluba jippreċiżaw, matul is-seduta, jekk jeżistux, għar-raġunijiet imsemmija jew għal ċirkustanzi oħra, indizji li skonthom l-għoti tal-garanziji kontenzjużi kien fl-interess ta’ HbR u/jew tal-[Komun] u/jew tal-Istat Olandiż? B’mod partikolari, huma mitluba jikkummentaw dwar l-eżatteza taċ-ċirkustanzi evokati fil-kunsiderazzjonijiet A sa C tal-imsemmi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</P></NOTE>, bil-ħsieb li, lil hinn minn Commerz u HbR, il-Gvern Olandiż kien bla dubju f’pożizzjoni tajba li jiddeċiedi dwar il-kredibbiltà tal-allegazzjonijiet fattwali ttrattati fil-preambolu tal-kuntratt dwar is-sottomarini. Bħalma indikajt, il-Gvern Olandiż ma pparteċipax fis-seduta, parteċipazzjoni li kienet tippermettilu jikkontesta li l-garanziji inkwistjoni kienu ngħataw għar-raġunijiet kummerċjali evokati fil-preambolu tal-kuntratt dwar is-sottomarini. Dan isaħħaħ l-idea li l-għoti ta’ garanziji kien essenzjalment iddettat minn kunsiderazzjonijiet ta’ natura kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tal-awtentiċità ta’ dan il-kuntratt (ikkontestata minn HbR) u għal sproporzjon eventwali bejn il-garanziji mogħtija u r-riskju kummerċjali li jirriżulta minn devjazzjoni eventwali tat-trasporti li ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew minn indizji fattwali oħra li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-qorti tar-rinviju, inqis li, bl-għoti, għalkemm <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT>, tal-garanziji inkwistjoni, W. Scholten segwa fl-interess ta’ GHR/HbR għan kummerċjali, jiġifieri li jevita l-konsegwenzi ta’ embargo mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq il-port ta’ Rotterdam, li kien jeħtieġ li, bħala korrispettiv għall-garanziji, jinkiseb l-impenn tal-grupp RDM li ma jittrasferix teknoloġija fil-qasam tas-sottomarini lejn it-Tajwan.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk il-garanziji inkwistjoni huma kklassifikati bħala vantaġġi jew miżuri ta’ għajnuna, huma hekk fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Jekk il-vantaġġi li joffru l-garanziji inkwistjoni ma jsegwux għan essenzjalment kummerċjali, dawn jistgħu jitqiesu li huma għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE biss jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>jingħataw direttament jew indirettament, permezz ta’ riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u jekk ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>attribwibbli [imputabbli] lill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24) kif ukoll Association Vent De Colère <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑262/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Riżorsi tal-Istat</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat li jekk il-garanziji jiġu attivati, ikun hemm mobilizzazzjoni tar-riżorsi pubbliċi peress li HbR, impriża miżmuma fi żmien il-fatti 100 % mill-Komun, ser ikollha, fuq dawn il-bażijiet, tonora fil-konfront ta’ Commerz l-impenji finanzjarji meħuda mill-impriżi tal-grupp RDM fir-rigward ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Imputabbiltà lill-Istat</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tal-imputabbiltà ma titqajjimx meta l-miżura tal-Istat tingħata minn korp tal-Istat, irrispettivament mill-pożizzjoni ta’ dan il-korp fl-organizzazzjoni tal-Istat, kemm jekk jappartjeni għall-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll għal entità ddeċentralizzata jew iddevoluta tal-Istat. Dan kien il-każ fil-kawża li wasslet għas-sentenza Residex Capital IV (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:814">EU:C:2011:814</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet tikkonċerna l-istess entitajiet — GHR u l-grupp RDM —, l-istess tip ta’ garanzija mogħtija mill-istess persuna (W. Scholten), bl-istess mod <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> u li fiha l-kwistjoni ta’ imputabbiltà lanqas biss tqajmet, għaliex il-garanziji kienu ngħataw minn servizz amministrattiv tal-Komun.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Jekk il-miżura ta’ għajnuna tittieħed minn entità li ma tkunx korp tal-Istat fis-sens tal-punt preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod ċar ħafna, fil-punt 51 tas-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-imputabbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna lill-Istat ma setgħetx tiġi dedotta awtomatikament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>mis-sempliċi fatt li l-miżura inkwistjoni ttieħdet minn impriża pubblika<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Dan huwa fil-fatt il-każ f’din il-kawża peress li, għalkemm fil-bidu l-garanziji għall-kreditu Vehicles ingħataw minn GHR, servizz muniċipali amministrattiv, dawn il-garanziji waqqfu milli jkunu effettivi fl-<DATE ISO="20040604">4 ta’ Ġunju 2004</DATE>. Hija HbR, kumpannija b’responsabbiltà limitata bl-ishma kollha miżmuma mill-Komun li ssuċċediet lil GHR fl-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, li, fl-istess <DATE ISO="20040604">4 ta’ Ġunju 2004</DATE>, tat l-istess garanziji għall-benefiċċju ta’ Commerz. Il-garanziji relatati mal-krediti RDM I u RDM II ingħataw mill-bidu minn HbR, impriża pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi eżaminat jekk il-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni humiex xorta waħda imputabbli lill-Istat sa fejn dawn kienu ngħataw b’mod li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jitqiesu bħala li kienu involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Tali involviment tal-Istat ikun stabbilit meta l-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni jingħataw minn entità li għandha s-setgħa teżerċita prerogattivi ta’ awtorità pubblika jew minn entità li taġixxi taħt il-kontroll effettiv tal-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterju tal-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika, il-Kummissjoni saħqet matul is-seduta li HbR ma kinitx kumpannija privata ordinarja. Skont il-Kummissjoni, l-istatuti tagħha jinkarigawha tinforza l-pożizzjoni tal-kumpless portwarju u industrijali ta’ Rotterdam, tippromwovi s-sigurtà tan-navigazzjoni, tiżgura l-ordni u s-sigurtà nawtiċi u marittimi kif ukoll taġixxi bħala awtorità portwarja. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sostniet li l-garanziji inkwistjoni setgħu jiġu imputati lill-Istat Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx ma’ din il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Fil-fehma tiegħi, miżura ta’ għajnuna mogħtija minn entità li għandha s-setgħa teżerċita prerogattivi ta’ awtorità pubblika ma tistax tiġi imputata lill-Istat, ħlief sa fejn, f’każ partikolari, din il-miżura tkun ittieħdet fl-eżerċizzju ta’ dawn il-prerogattivi. F’din il-kawża, la l-għoti ta’ garanziji nnifsu u lanqas ir-raġuni li għaliha ngħataw il-garanziji ma jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika ta’ HbR.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi eżaminat jekk il-garanziji inkwistjoni jistgħux jiġu imputati lill-Istat Olandiż fuq il-bażi tal-kontroll effettiv li dan tal-aħħar jeżerċita fuq HbR.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 52 fis-sentenza tagħha Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>anki jekk l-Istat ikun f’pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċizju effettiv ta’ dan il-kontroll f’każ konkret ma jistax jiġi preżunt b’mod awtomatiku. Impriża pubblika tista’ taġixxi xi ftit jew wisq b’indipendenza, skont il-livell ta’ awtonomija permess lilha mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Qabel ma neżamina jekk in-natura <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> tal-għoti tal-garanziji inkwistjoni tipprekludix l-imputazzjoni tagħhom lill-Istat u filwaqt li nfakkar li jiena qiegħed nargumenta billi nassumi li d-deċiżjoni tal-għoti ma ġietx essenzjalment iddeterminata minn kunsiderazzjonijiet kummerċjali, naħseb — bħall-Gerechtshof te ’s-Gravenhage —, li indizji suffiċjenti, fis-sens tas-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ġew ippreżentati hawnhekk sabiex din id-deċiżjoni tiġi imputata lill-Istat, punt dan li barra minn hekk la qiegħed jiġi kkontestat minn HbR u lanqas mill-Gvern Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-imputazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna lill-Istat fuq il-bażi ta’ kontroll effettiv ma teħtieġx il-prova, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>fuq il-bażi ta’ istruzzjoni preċiża, li l-awtoritajiet pubbliċi ħeġġew b’mod konkret lill-impriża pubblika sabiex tieħu l-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53).</P></NOTE>. Bħalma kkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 54 tas-sentenza tagħha Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tali prova tirriskja li tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>diffiċli ħafna għal parti terza, preċiżament minħabba r-relazzjonijiet privileġġjati eżistenti bejn l-Istat u impriża pubblika<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, HbR u l-Gvern Olandiż jammettu li HbR tinsab taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern Olandiż. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-Gvern Olandiż ma pparteċipax fis-seduta u għalhekk ma weġibx għall-mistoqsijiet li jikkonċernaw espressament dan il-punt, huwa utli li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali kontroll indipendentement minn din is-sempliċi affermazzjoni tal-Gvern Olandiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Bħalma indikat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 56 tas-sentenza tagħha Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandha titqies serje ta’ indizji bħalma huma l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>integrazzjoni [tal-entità li ħadet il-miżura inkwistjoni] fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizju ta’ dawn fis-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni mal-operaturi privati, l-istatut ġuridiku tal-impriża, li taqa’ taħt id-dritt pubbliku jew id-dritt ġenerali tal-kumpanniji, l-intensità<?PAGE NO="12"?> tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża jew kwalunkwe indizju ieħor li jindika, f’każ konkret, involviment tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ assenza ta’ involviment fl-adozzjoni ta’ miżura, b’kunsiderazzjoni wkoll tal-ambitu tagħha, tal-kontenut tagħha jew tal-kundizzjonijiet li tinvolvi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Qabelxejn nirreferi għal elementi ta’ natura organika. Il-predeċessuri ġuridiċi ta’ HbR kienu jagħmlu parti mill-amministrazzjoni tal-Komun u diġà kienu taw garanziji tal-istess tip (jekk mhux l-istess!) lil kumpannija tal-istess grupp RDM<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Dawn il-garanziji kienu s-suġġett ta’ sentenza, jiġifieri tas-sentenza Residex Capital IV (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:814">EU:C:2011:814</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi żmien il-fatti, il-Komun kellu l-ishma kollha ta’ HbR. Il-membri tat-tmexxija u tal-kunsill ta’ sorveljanza kienu ġew innominati mill-assemblea ġenerali tal-azzjonisti u għalhekk mill-Komun. Il-membru tal-kunsill responsabbli għall-port kien jippresjedi l-kunsill ta’ sorveljanza. L-istatuti ta’ HbR kienu jippermettu, għalkemm dan bl-approvazzjoni tal-kunsill ta’ sorveljanza, l-għoti ta’ garanziji bħal dawk f’dan il-każ. Dawn l-indizji juru li HbR kellha marġni ta’ indipendenza limitata fir-rigward tal-Komun bħala azzjonist waħdieni.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Minħabba dawn ir-rabtiet stretti bejn HbR u l-Komun, ikun diffiċli li wieħed jaħseb dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>l-improbabbiltà ta’ assenza ta’ involviment<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56).</P></NOTE> min-naħa tal-Istat fl-adozzjoni tal-garanziji inkwistjoni, speċjalment fid-dawl tal-fatt li f’dan il-każ huma involuti garanziji mogħtija favur grupp attiv fil-qasam tal-armi mingħajr ma nsemmu l-kumplikazzjonijiet diplomatiċi u politiċi evokati fil-preambolu tal-kuntratt dwar is-sottomarini li setgħu ddettaw dan l-għoti.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għad trid tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk in-natura <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> tal-għoti tal-garanziji inkwistjoni tipprekludix l-imputazzjoni tagħhom lill-Istat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>In-natura <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> tal-għoti ta’ garanziji tipprekludi l-imputazzjoni tagħhom lill-Istat?</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Qabelxejn jirriżulta b’mod ċar mit-talba għal deċiżjoni preliminari li, minkejja n-natura <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> tagħhom, il-garanziji inkwistjoni jorbtu lil HbR. Għalhekk tqum il-kwistjoni dwar jekk il-fatt li W. Scholten tahom <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> jipprekludix l-imputazzjoni tagħhom lill-Istat Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Insostenn tal-pożizzjoni tiegħu fis-sens li l-imputazzjoni ma hijiex possibbli, Commerz tikkwota l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Keus ippreżentati quddiem il-qorti tar-rinviju fejn huwa jqis li fis-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja jidher li kellha f’moħħha involviment reali u fattwali tal-Istat fl-adozzjoni tal-miżuri kkonċernati. Fuq il-bażi ta’ din l-interpretazzjoni tal-imsemmija sentenza, Commerz issostni li involviment reali u fattwali simili tal-Istat fl-għoti tal-garanziji inkwistjoni huwa impossibbli meta jingħataw <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT>. Fi kliem ieħor, f’din il-kawża, kif wieħed jista’ jgħid li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>il-korp inkwistjoni ma setax jieħu [l-miżura] kkontestata mingħajr ma jqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55).</P></NOTE>, meta huwa stabbilit li dawn tal-aħħar lanqas biss kienu jafu bl-għoti tal-garanziji inkwistjoni?</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Għalkemm jiena nqis, bħalma jagħmel l-Avukat Ġenerali Keus, li l-involviment tal-Istat għandu jkun konkret, jiġifieri għandu jikkonċerna l-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Association Vent De Colère <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17).</P></NOTE> u mhux l-attivitajiet inġenerali tal-impriża pubblika, jiena ma naħsibx li din il-konstatazzjoni hija utli sabiex titwieġeb il-kwistjoni ta’ imputabbiltà tal-miżuri meħuda minn amministratur ta’ impriża pubblika mingħajr l-osservanza tar-regoli statutorji ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħalma qal l-Avukat Ġenerali Keus, l-indizji mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 55 sa 57 tas-sentenza tagħha Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jikkonċernaw iktar il-limitu tal-prova tal-eżistenza tal-kontroll effettiv, jiġifieri l-identifikazzjoni tal-indizji li minnhom jista’ jiġi dedott l-involviment tal-Istat, milli s-suġġett innifsu tal-prova, jiġifieri l-involviment tal-Istat fl-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni. Dan jirriżulta b’mod ċar mill-punt 53 ta’ din is-sentenza, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma kienx meħtieġ li jintwera <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>fuq il-bażi ta’ istruzzjoni preċiża, li l-awtoritajiet pubbliċi ħeġġew b’mod konkret l-impriża pubblika sabiex tiegħu l-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett jista’ jkun utli li nirreferu għall-prinċipji tad-dritt internazzjonali pubbliku dwar l-imputazzjoni ta’ atti illeċiti b’mod internazzjonali lill-Istat, u b’mod iktar preċiż għall-Artikolu 7 tal-artikoli tal-International Law Commission dwar ir-responsabbiltà tal-Istat għal att illeċitu b’mod internazzjonali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>artikoli dwar ir-responsabbiltà tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>UNGA A/CN.4/L.602/Rev.1. L-artikoli dwar ir-responsabbiltà tal-Istat kienu rrakkomandati għall-adozzjoni lill-Istati mill-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, ara, UNGA A/RES/56/83; UNGA A/RES/59/35 u UNGA A/RES/62/61.</P></NOTE>, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Excess of authority or contravention of instructions<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> (Eċċess ta’ awtorità jew ksur ta’ struzzjonijiet).</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Dan l-artikolu jiddisponi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>l-imġiba ta’ korp tal-Istat jew ta’ persuna jew entità li għandha s-setgħa teżerċita prerogattivi ta’ awtorità pubblika titqies bħala att tal-Istat skont id-dritt internazzjonali <HT TYPE="ITALIC">jekk dan il-korp, din il-persuna jew din l-entità jaġixxu f’din il-funzjoni, anki jekk jeċċedu l-kompetenza tagħhom jew jiksru l-istruzzjonijiet tagħhom</HT><QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Enfasi magħmula minni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Din ir-regola hija stabbilita sew fil-ġurisprudenza internazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara Nazzjonijiet Uniti, Maal Case, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des sentences arbitrales</HT>, Col. X (1903), p. 732 u 733; La Masica Case (Great Britain, Honduras) tas-<DATE ISO="19161207">7 ta’ Diċembru 1916</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des sentences arbitrales</HT>, Vol. XI (1916), p. 560; Thomas H. Youmans (USA) vs United Mexican States tat-<DATE ISO="19261123">23 ta’ Novembru 1926</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des sentences arbitrales</HT>, Vol. IV (1926), p. 116; Francisco Mallén (United Mexican States) vs USA tas-<DATE ISO="19270427">27 ta’ April 1927</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des sentences arbitrales</HT>, Vol. IV (1927), p. 177; Charles S. Stephens and Bowman Stephens (USA) vs United Mexican States tas-<DATE ISO="19270717">17 ta’ Lulju 1927</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des sentences arbitrales</HT>, Vol. IV (1927), p. 267 u 268; William T. Way (USA) vs United Mexican States tat-<DATE ISO="19281018">18 ta’ Ottubru 1928</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des sentences arbitrales</HT>, Vol. IV (1928), p. 400 u 401, kif ukoll Estate of Jean-Baptiste Caire vs United Mexican States tas-<DATE ISO="19290607">7 ta’ Ġunju 1929</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des sentences arbitrales</HT>, Vol. V (1929), p. 531. Dan il-prinċipju jagħmel parti wkoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ara s-sentenza tal-QEDB Ilaşcu <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Moldova u Ir-Russja tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des arrêts et décisions</HT> 2004-VII, p. 90 u 106), tal-Inter-American Court of Human Rights [ara s-sentenza tal-IACHR Velásquez-Rodríguez vs Il-Ħonduras tad-<DATE ISO="19880729">29 ta’ Lulju 1988</DATE>, Serje C, Nru 4 (1989), punti 169 sa 172] u tat-Tribunal tal-ilmenti Stati Uniti-Iran [ara Petrolane, Inc. vs Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran (1991) 27 Iran-U.S.C.T.R. 64, p. 92].</P></NOTE> u hija rrikonoxxuta mill-International Law Commission fil-kummentarju tagħha dwar l-artikoli dwar ir-responsabbiltà tal-Istat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Punti 4 sa 6 tal-kummentarju dwar l-Artikolu 7 tal-artikoli dwar ir-responsabbiltà tal-Istat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, u anki jekk wieħed ma jqisx il-fatt li fit-<DATE ISO="20040622">22 ta’ Ġunju 2004</DATE>, il-kunsill ta’ sorveljanza ta’ HbR approva <HT TYPE="ITALIC">ex post facto</HT> l-garanzija mogħtija għall-kreditu Vehicles, huwa ċar li W. Scholten aġixxa fil-kapaċità tiegħu ta’ amministratur waħdieni ta’ HbR u li la l-istatuti u lanqas l-għan statutorju ta’ HbR ma jipprojbixxu l-għoti ta’ garanziji bħal dawk inkwistjoni u li fir-rigward tagħhom Commerz seta’ jemmen mingħajr dubju li kien hemm impenn minn HbR bħala tali. Dan japplika iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li Commerz irċeviet opinjonijiet ġuridiċi li kkonfermawlu l-validità tal-garanziji mogħtija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-punti 19 u 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Gerechtshof te ’s-Gravenhage ddeċidiet li dawn l-opinjonijiet ġuridiċi kienu stabbiliti b’mod ħażin intenzjonalment. Anki jekk wieħed jassumi fuq din il-bażi li Commerz kienet jew segħat kienet informata bl-invalidità tal-garanziji mogħtija fir-rigward tal-istatuti interni ta’ GHR/HbR, dan ma għandu jkollu ebda impatt fuq l-imputabbiltà tal-garanziji lill-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, bħal HbR u l-Gvern Olandiż, jiena nqis li l-effettività tar-regoli fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi affettwata jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun tista’ tiġi evitata għas-sempliċi raġuni li l-amministratur statutorju ta’ impriża pubblika, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna, ma rrispettax l-istatuti ta’ din l-impriża jew ikun instab ħati, bħal f’dan il-każ, ta’ korruzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imputazzjoni lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna għandha natura purament oġġettiva, fejn il-kunċett suġġettiv ta’ nuqqas min-naħa tal-korpi jew tal-aġenti tiegħu jew ir-raġunijiet tagħhom ma għandhom ebda rwol. Li kieku kien mod ieħor, l-effikaċja u l-uniformità ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-għajnuna mill-Istat kienu jiddgħajfu b’mod kunsiderevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi preliminari hija li garanziji bħal dawk inkwistjoni jkunu imputabbli lill-Istat meta jikkostitwixxu miżuri ta’ għajnuna u jkunu ngħataw mill-amministratur waħdieni ta’ impriża pubblika, anki jekk dan l-amministratur, meta aġixxa f’din il-funzjoni, eċċeda l-kompetenza tiegħu jew kiser l-istatuti ta’ din l-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Lil hinn minn din il-konklużjoni bbażata fuq indizji sempliċi riprodotti fis-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), nixtieq inżid ukoll li jiena għandi dubji kbar li HbR, il-Komun u l-Gvern Olandiż ma kellhomx l-iċken ħjiel tal-eżistenza tal-garanziji mogħtija minn W. Scholten favur grupp industrijali attiv fil-produzzjoni u l-kunsinna ta’ materjal militari.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Il-qafas fattwali ta’ din il-kawża huwa fil-fatt partikolari ħafna. Jiena ninnota dwar dan:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-argument sorprendenti ħafna ta’ gvern li għalih il-miżura inkwistjoni ma hijiex iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet essenzjalment kummerċjali u tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li għalhekk hija imputabbli lilu (anki jekk dan l-argument jippermetti li ma jonorax il-garanziji);</P></ITEM><ITEM><P>l-allegazzjonijiet fattwali riprodotti fil-preambolu tal-kuntratt dwar is-sottomarini li jirreferu għal tentattiv ta’ kunsinna ta’ teknoloġija ta’ sottomarini lejn it-Tajwan, għat-theddida mir-Repubblika Federali taċ-Ċina li timponi sanzjonijiet fuq il-Pajjiżi l-Baxxi, inkluż id-devjazzjoni tat-trasporti marittimi tagħha lejn port ieħor minbarra Rotterdam, għall-kooperazzjoni tal-grupp RDM mal-awtoritajiet Amerikani sabiex jittrasferixxu l-kunsinna tat-teknoloġija ta’ sottomarini lejn it-Tajwan permezz ta’ kumpanniji mhux Olandiżi tal-grupp RDM, kif ukoll għan-negozjati bejn dan il-grupp u l-Gvern Olandiż dwar din il-kunsinna;</P></ITEM><ITEM><P>il-kisba minn Commerz ta’ opinjonijiet ġuridiċi li jiċċertifikaw il-legalità tal-garanziji inkwistjoni iżda li l-qrati Olandiżi qiesu bħala li kienu stabbiliti b’mod ħażin intenzjonalment, u</P></ITEM><ITEM><P>l-approvazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex post facto</HT> tal-garanzija marbuta mal-kreditu Vehicles mill-kunsill ta’ sorveljanza ta’ HbR.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Dawn iċ-ċirkustanzi huma eċċezzjonalment strambi. L-Avukat Ġenerali Kokott ikklassifikathom bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>misterjużi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Konklużjonijiet Residex Capital IV (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:354">EU:C:2011:354</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 2).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Għalhekk jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden bil-mod li ġej:</TXT><P>Garanziji bħal dawk inkwistjoni ikunu imputabbli lill-Istat meta jikkostitwixxu miżuri ta’ għajnuna u jkunu ngħataw mill-amministratur waħdieni ta’ impriża pubblika, anki jekk dan l-amministratur, meta aġixxa f’din il-funzjoni, eċċeda l-kompetenza tiegħu jew kiser l-istatuti ta’ din l-impriża.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>