Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt din id-direttiva.
2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.