<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-377/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0377</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:478">EU:T:2018:478</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>37</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>37</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180713">13.7.2018</DATE> – Kawża T-377/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">SQ vs BEI</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Persunal tal-BEI</KEYWORD><KEYWORD>Ilment għal fastidju psikoloġiku</KEYWORD><KEYWORD>Investigazzjoni amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit li l-aġir ikkritikat ikun rripetut biex jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li tinfetaħ proċedura dixxiplinari kontra l-awtur ta’ dan l-aġir</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ kunfidenzjalità dwar l-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva pendenti u, sussegwentement, dwar id-deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura li tikkonstata l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju psikoloġiku</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑377/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SQ</HT>, membru tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, irrappreżentat minn N. Cambonie u P. Walter, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)</HT>, irrappreżentat minn G. Faedo u K. Carr, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat, u J. Currall, barrister,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba, imressqa skont l-Artikolu 50a(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI, intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tal-<DATE ISO="20170320">20 ta’ Marzu 2017</DATE> u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni morali u materjali allegatament imġarrba mir-rikorrenti bħala riżultat tal-fastidju psikoloġiku tas-superjur ġerarkiku tagħha u tal-aġir tal-BEI,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, P. Nihoul u J. Svenningsen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 308 TFUE, l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI, jew iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Bank<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) huwa stabbilit mill-Protokoll Nru 5 anness ma’ dan it-trattat u mat-Trattat UE, li jifforma parti integrali minnu. L-Artikolu 7(3)(h) ta’ dan il-protokoll dwar l-Istatut tal-Bank jipprovdi li l-Bord tal-Gvernaturi għandu japprova r-regoli interni tal-Bank. L-Artikolu 31 ta’ dan ir-regolament intern, approvat fl-<DATE ISO="19581204">4 ta’ Diċembru 1958</DATE> u emendat diversi drabi wara, jipprevedi li r-regolamenti dwar il-persunal tal-Bank għandhom jiġu deċiżi mill-bord tad-diretturi. F’dan ir-rigward, fl-<DATE ISO="19600420">20 ta’ April 1960</DATE>, il-bord tad-diretturi tal-Bank adotta r-Regolamenti tal-Persunal tal-Bank (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża, li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-bord tad-diretturi tal-Bank tal-<DATE ISO="20130604">4 ta’ Ġunju 2013</DATE> u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ wara, l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>It-tilwim ta’ natura individwali bejn il-Bank u l-membri tal-persunal tiegħu għandu jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe azzjoni minn membru tal-persunal kontra miżura tal-Bank li tista’ tikkawżalu preġudizzju għandha tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur.</ALINEA><ALINEA>Minbarra l-azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja […] u qabel l-introduzzjoni tagħha, it-tilwim, minbarra dak li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri previsti fl-Artikolu 38, għandu jkun suġġett għal proċedura bonarja quddiem il-kummissjoni ta’ konċiljazzjoni tal-Bank.</ALINEA><ALINEA>It-talba għall-konċiljazzjoni għandha titressaq fi żmien tliet xhur [li jibdew] minn meta seħħew il-fatti jew min-notifika tal-miżuri li huma s-suġġett tat-tilwima.</ALINEA><ALINEA>Il-kummissjoni ta’ konċiljazzjoni hija magħmula minn tliet membri. Meta tiltaqa’ l-kummissjoni, wieħed mill-membri jinħatar mill-President tal-Bank, it-tieni mill-parti kkonċernata – dawn iż-żewġ ħatriet isiru fi żmien ġimgħa mit-talba ta’ waħda mill-partijiet lill-oħra. It-tielet membru, li jippresjedi l-kummissjoni, jinħatar mill-ewwel tnejn fi żmien ġimgħa wara l-ħatra tal-ewwel żewġ membri. Dan jista’ jintgħażel minn barra l-Bank. Jekk l-ewwel żewġ membri ma jistgħux jaqblu dwar il-ħatra tal-president fi żmien ġimgħa mill-ħatra tagħhom, il-ħatra ssir mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</ALINEA><ALINEA><P>Il-proċedura ta’ konċiljazzjoni għandha titqies, skont il-każ, li falliet:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jekk fi żmien erba’ ġimgħat mid-data tat-talba indirizzata lilu mill-President tal-Bank, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jkunx ħatar lill-President [tal-kummissjoni ta’ konciljazzjoni];</P></ITEM><ITEM><P>jekk, fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-istabbiliment tagħha, il-kummissjoni ta’ konċiljazzjoni ma tasalx għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060801">1 ta’ Awwissu 2006</DATE>, il-Bord tad-Diretturi tal-Bank adotta Kodiċi ta’ Kondotta tal-persunal tal-Bank (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kodiċi ta’ Kondotta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). L-Artikolu 3.6 ta’ dak il-kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Dinjità fuq il-post tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ebda forma ta’ fastidju jew ta’ intimidazzjoni ma hija aċċettabbli. Kull vittma ta’ fastidju jew ta’ intimidazzjoni jista’, skont il-politika tal-Bank fil-qasam tad-dinjità fix-xogħol, jindirizza ruħu lid-Direttur [ġenerali u kap tad-dipartiment tal-persunal], mingħajr ma dan jista’ jintuża kontra tiegħu. Il-Bank huwa obbligat jaġixxi bi premura fir-rigward tal-individwu kkonċernat u għandu joffrilu l-assistenza tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku, l-Artikolu 3.6.1 tal-imsemmi kodiċi jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>6.1 Fastidju psikoloġiku</ALINEA><ALINEA>Ikun hemm fastidju psikoloġiku meta, fuq perijodu pjuttost twil, ikunu rrepetuti kliem, attitudnijiet jew aġir ostili jew mhux f’lokhom, espressi jew manifesti minn membru jew iktar tal-persunal fil-konfront ta’ membru ieħor tal-persunal. Meta jintqal kumment offensiv jew meta, fil-kuntest ta’ argument, jintqal kliem mhux pjaċevoli minħabba rabja ma jfissirx li hemm fastidju psikoloġiku. Għall-kuntrarju, eċċessi ta’ rabja regolari, ibbuljar, kummenti jew referenzi offensivi, li jkunu rrepetuti b’mod regolari għal diversi ġimgħat jew xhur huma indizji, mingħajr ebda dubju, ta’ fastidju fuq ix-xogħol.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Madankollu, sa mill-2003, il-Bank adotta wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Politika fil-qasam tar-rispett tad-dinjità tal-persuna fix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>politika ta’ dinjità fix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Intimidazzjoni u fastidju: x’inhuma?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, il-politika tad-dinjità fix-xogħol tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-fastidju u l-intimidazzjoni jistgħu jieħdu, it-tnejn li huma, diversi forom. Ta’ natura fiżika jew verbali, il-manifestazzjonijiet tagħhom ħafna drabi jseħħu fuq perijodu ta’ żmien, għalkemm jista’ jkun hemm ukoll inċidenti serji ta’ darba. Il-kwistjoni ta’ jekk l-aġir inkwistjoni jkunx intenzjonat jew le ma hijiex rilevanti. Il-prinċipju determinanti huwa li l-fastidju u l-intimidazzjoni huma aġir mhux mixtieq u inaċċettabbli li jippreġudika l-istima u l-fiduċja fiha nfisha tal-persuna li tkun suġġetta għalih.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-politika dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol tipprevedi żewġ proċeduri interni intiżi biex jiġu indirizzati l-każijiet ta’ intimidazzjoni u ta’ fastidju, jiġifieri, minn naħa, proċedura informali, li permezz tagħha l-membru tal-persunal ikkonċernat ifittex soluzzjoni bonarja għall-problema, u, min-naħa l-oħra, proċedura formali ta’ investigazzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>proċedura ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li permezz tagħha dan iressaq uffiċjalment ilment li jiġi ttrattat minn kumitat ta’ investigazzjoni kompost minn tliet persuni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kumitat ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). L-inkarigu ta’ dan il-kumitat ta’ investgiazzjoni huwa li jwettaq investigazzjoni oġġettiva u indipendenti u li jagħti opinjoni b’rakkomandazzjoni mmotivata lill-President tal-Bank, li fl-aħħar mill-aħħar huwa responsabbli sabiex jiddeċiedi dwar x’miżuri għandhom jittieħdu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċedura ta’ investigazzjoni, il-politika ta’ dinjità fuq il-post tax-xogħol tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-membru tal-persunal għandu jressaq il-każ, oralment jew bil-miktub, għall-attenzjoni [tad-direttur ġenerali u kap tad-Dipartiment tal-persunal]. Jekk dan jikkunsidra li l-każ ma huwiex każ immedjat u ċar għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari u li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, dan il-każ jista’ jiġi kklassifikat bħala fastidju, il-membru tal-persunal ikkonċernat jista’ jiskatta l-proċedura ta’ investigazzjoni b’dan il-mod:</P><P><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-membru tal-persunal għandu jitlob uffiċjalment [lid-direttur ġenerali u kap tad-Dipartiment tal-persunal], bil-miktub, sabiex jiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni, filwaqt li jindika s-suġġett tal-ilment u l-identità tal-persuna jew tal-persuni li allegatament huma responsabbli għall-fastidju.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-[direttur ġenerali u kap tad-Dipartiment tal-persunal], bi qbil mar-rappreżentanti tal-persunal, għandu jipproponi lill-[P]resident [tal-Bank] il-kompożizzjoni tal-kumitat u għandu jiffissa data għall-bidu tal-investigazzjoni, li ma għandhiex tkun iktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara li jkun wasal l-ilment.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>[Id-direttur ġenerali u kap tad-Dipartiment tal-persunal] għandu jikkonferma immedjatament li rċieva n-nota tal-membru tal-persunal ikkonċernat, filwaqt li [b’hekk] jikkonferma[lu] l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huwa għandu jitlob lill-membru tal-persunal ikkonċernat jesponi l-ilment tiegħu f’memorandum u jibgħatlu fi żmien għaxart ijiem, jekk ikun jixtieq, kwalunkwe evidenza jew dokumenti probatorji, b’mod kunfidenzjali,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huwa għandu jitlob lill-membru tal-persunal, fil-memorandum tiegħu, jekk persuni jistgħux jissejħu jixhdu (mingħajr ma jiġi ċċitat l-isem),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>huwa għandu jindika li, wara li jasal il-memorandum imsemmi iktar ’il fuq, il-persuna li allegatament hija responsabbli għall-fastidju ser tiġi informata bis-suġġett tal-ilment u ser tingħata l-informazzjoni neċessarja f’dan ir-rigward, iżda li din il-persuna ma hijiex ser tingħata kopja tal-memorandum,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>huwa għandu jinforma lill-membru tal-persunal li l-ilment ma jistax jiġi rtirat u li l-proċedura [ta’ investigazzjoni] għandha tasal fi tmiemha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>huwa għandu jinforma [lill-lanjant] li l-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju ser tiġi mfakkra li [l-lanjant] f’ebda mument ma jista’ jiġi kkonfrontat dwar il-każ u li l-ilment għandu jiġi ttrattat b’mod strettament kunfidenzjali miż-żewġ partijiet (permezz ta’ nota li għandha tkun iddatata u li għandha tintbagħat lura [lid-direttur ġenerali u kap tad-dipartiment tal-persunal] b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>huwa għandu jindika li l-investigazzjoni għandha tibda fi żmien 30 jum tal-kalendarju u li ż-żewġ partijiet se jiġu nnotifikati bid-data […] tas-smigħ individwali tagħhom, id-drittijiet tagħhom li jiġu rrappreżentati jew akkumpanjati u l-kompożizzjoni tal-Kumitat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Meta jiġi rċevut il-memorandum [tal-lanjant], [id-direttur ġenerali u kap tad-dipartiment tal-persunal]:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandu jibgħat mingħajr dewmien nota lill-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju fejn jippreċiża s-suġġett tal-ilment u kull informazzjoni neċessarja u għandu jitlobha tibgħatlu fi żmien [għaxart] ijiem, b’mod kunfidenzjali, risposta bil-miktub flimkien, jekk tkun tixtieq, ma’ dokumenti ta’ sostenn jew provi,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistieden lill-persuna tindika, fir-risposta tagħha, jekk hemmx persuni li ser jintalbu jixhdu (mingħajr ma jiġi ċċitat l-isem),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>għandu jfakkar lill-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju li l-lanjant f’ebda mument ma jista’ jiġi kkonfrontat dwar il-każ u li l-ilment għandu jiġi ttrattat b’mod strettament kunfidenzjali miż-żewġ partijiet (permezz ta’ nota li għandha tkun iddatata u li għandha tintbagħat lura (lid-direttur ġenerali u l-kap tad-dipartiment tal-persunal) b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta).</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></NP></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-smigħ, il-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam ta’ politika ta’ dinjità fuq il-post tax-xogħol tgħid kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-għan tas-smigħ huwa li jiġi stabbilit bi preċiżjoni x’seħħ u li jinġabru l-fatti li fuq il-bażi tagħhom tkun tista’ tiġi stabbilita rakkomandazzjoni mmotivata […].</P><?PAGE NO="5"?><P>Il-kumitat għandu l-possibbiltà li jimxi bil-mod li huwa jidhirlu xieraq. Bħala regola ġenerali, is-smigħ għandu jsir fil-forma ta’ sensiela ta’ intervisti separati, imwettqa f’din l-ordni:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>qabel kollox, [il-lanjant;]</P></ITEM><ITEM><P>ix-xhieda li jistgħu jissemmew [mil-lanjant;]</P></ITEM><ITEM><P>il-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju;</P></ITEM><ITEM><P>ix-xhieda li jistgħu jissemmew mill-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju;</P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-riżultat tal-investigazzjoni, il-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Meta jkunu nstemgħu l-partijiet kollha u meta jkunu twettqu l-investigazzjonijiet adegwati l-oħra kollha li jistgħu jkunu meħtieġa, il-kumitat għandu jkun f’pożizzjoni li jiddelibera u li jipproponi rakkomandazzjoni mmotivata. Dan ma għandux is-setgħa li jieħu deċiżjoni.</P><P>Il-kumitat jista’ jesprimi diversi rakkomandazzjonijiet maħsuba sabiex:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-każ jiġi abbandunat, peress li ż-żewġ partijiet setgħu jiċċaraw is-sitwazzjoni u nstabet soluzzjoni għall-futur, aċċettabbli għaż-żewġ naħat;</P></ITEM><ITEM><P>il-każ ma jitqiesx bħala intimidazzjoni jew fastidju, iżda bħala kunflitt ta’ xogħol li għandu jkun is-suġġett ta’ eżami iktar fil-fond jew segwitu;</P></ITEM><ITEM><P>l-ilment jiġi miċħud;</P></ITEM><ITEM><P>jittieħdu l-miżuri neċessarji fil-każ li l-kumitat juri li l-ilment huwa infondat u malizzjuż;</P></ITEM><ITEM><P>tinfetaħ il-proċedura dixxiplinari [fir-rigward tal-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju].</P></ITEM></LIST></P><P>Ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tal-kumitat għandha titfassal fi żmien ħamest ijiem wara tmiem l-investigazzjoni u tiġi indirizzata lill-President [tal-Bank] għal deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjoni meħuda mill-President tal-Bank, il-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Id-deċiżjoni tal-President [tal-Bank] għandha tispeċifika l-miżuri li eventwalment għandhom jittieħdu, kif ukoll l-iskeda ta’ żmien li fihom għandhom jittieħdu; dawn jistgħu jkunu, pereżempju:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-implementazzjoni ta’ proċedura dixxiplinari [fir-rigward tal-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju],</P></ITEM><ITEM><P>it-tnedija ta’ investigazzjonijiet addizzjonali f’diviżjoni ta’ xogħol jew ta’ dipartiment speċifiku,</P></ITEM><ITEM><P>soluzzjoni aċċettata bi qbil komuni bejn il-partijiet.</P></ITEM></LIST></P><P>Jekk il-fastidju ma seħħx, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ksur tar-regoli fis-seħħ, jeħtieġ li ż-żewġ partijiet jiġu żgurati li l-proċedura [ta’ investigazzjoni] ma twassal għal ebda konsegwenza negattiva fil-konfront tagħhom.</P><?PAGE NO="6"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Żamma ta’ data<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, il-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol tippreċiża:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Biex jiġu protetti l-partijiet kollha kkonċernati, l-atti għandhom jinżammu f’kunfidenzjalità l-iktar stretta u l-informazzjoni tingħata biss fil-każ ta’ ħtieġa assoluta. [Id-dipartiment tal-persunal] għandu jżomm kunfidenzjali, u taħt il-kontroll tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data personali, il-fajls li fihom l-ismijiet, id-dati, l-ilmenti u r-riżultati, għall-monitoraġġ tal-politika u biex tkun żgurata l-koerenza u l-ekwità.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, SQ, membru tal-persunal tal-Bank, daħlet fis-servizz tal-Bank fl-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE> bħala uffiċjal [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Data kunfidenzjali moħbija.</P></NOTE> assenjata fid-dipartiment [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>dipartiment inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-2011, id-direttur responsabbi dak iż-żmien għad-dipartiment inkwistjoni ddeċida li r-rikorrenti kellha tkun assenjata direttament mad-dipartimenti tiegħu u, f’dan ir-rigward, ir-rikorrenti rċeviet fajls speċifiċi. Barra minn hekk, minn Ottubru 2011, ir-rikorrenti effettivament kienet kap ta’ tim li, fl-2013 u fl-2014, kien kompost minn uffiċjal tal-komunikazzjoni, minn assistent full-time u minn gradwat reċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, id-direttur tad-dipartiment inkwistjoni dak iż-żmien fis-servizz, talab diversi drabi li r-rwol tagħha kellu jiġi evalwat mill-ġdid, li t-tim immexxi mir-rikorrenti jiġi ttrasformat f’diviżjoni waħda u li, għaldaqstant, din issir il-kap ta’ diviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’Ottubru 2014, wara t-tluq tad-direttur, daħal fil-kariga direttur ġdid (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Direttur il-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>). B’mod partikolari, dan ġie inkarigat mill-Bank biex jagħmel ristrutturazzjoni tad-dipartiment inkwistjoni minħabba li r-rendiment tiegħu ma kienx sodisfaċenti, inkluż minħabba nuqqas ta’ ħiliet li kellhom jiġu rrimedjati permezz ta’ reklutaġġ estern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tad-dipartiment inkwistjoni, it-tim li kienet tmexxi r-rikorrenti ma nżammx. Barra minn hekk, ir-rikorrenti, f’diversi okkażjonijiet, talbet, mingħajr suċċess, lid-Direttur il-ġdid li d-deskrizzjoni tax-xogħol tagħha tiġi aġġornata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, ir-rikorrenti ngħatat leave mediku, li kien il-konsegwenza ta’ burn out.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ltaqgħet mal-kap tad-diviżjoni tar-relazzjonijiet soċjali u tal-benesseri fuq ix-xogħol tad-dipartiment tar-relazzjonijiet soċjali u tad-dipartimenti amministrattivi tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> kif ukoll ma’ uffiċjal tad-dipartiment tal-persunal. Wara dik it-taħdita, hija bagħtet liż-żewġ interlokuturi tagħha messaġġ elettroniku li fiha ddeskriviet ċertu aġir tad-Direttur il-ġdid li jikkostitwixxi, skont hi, fastidju psikoloġiku u diskriminazzjoni minħabba s-sess. F’dan il-messaġġ elettroniku, hija talbet b’mod partikolari li tinstab soluzzjoni amikevoli u ta’ malajr għal din is-sitwazzjoni, li setgħet tikkonsisti jew fl-għoti lir-rikorrenti ta’ leave għal raġunijiet personali (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>LRP<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) ta’ sentejn, jew il-ħatra permanenti tagħha f’dipartiment ieħor bħala kap ta’ diviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-rikorrenti, permezz tal-formola prevista għal dan il-għan, ressqet talba għal-LRP ta’ sentejn li, fil-fehma tagħha, kien iġġustifikat mill-fatt li hija kienet is-suġġett ta’ fastidju psikoloġiku min-naħa tad-direttur il-ġdid u li dan kien ħaddan politika ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq<?PAGE NO="7"?> is-sess. Għalhekk, minn naħa, ir-rikorrenti tispjega li l-LRP għal sentejn kien jippermetti lill-Bank jinvestiga l-fatti u jieħu l-miżuri neċessarji biex jitwaqqaf l-aġir tad-direttur il-ġdid mingħajr ma jkollha biża’ jew issofri kwalunkwe miżura ta’ ritaljazzjoni eventwali. Min-naħa l-oħra, l-imsemmi LRP jippermettilha li terġa’ tinkiseb fiduċja fil-kwalitajiet tagħha ta’amministratur meta terġa tingħaqad jew meta toħloq impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE> ukoll, ir-rikorrenti, skont ir-regoli interni tal-Bank, ressqet ilment (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ilment<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) intiż li tirrapporta l-aġir tad-Direttur il-ġdid fir-rigward tagħha, bħala li jikkostitwixxi, prinċipalment, fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikoli 3.6 u 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta u ksur tar-regoli interni dwar ir-rispett tad-dinjità. Sussidjarjament, ir-rikorrenti sostniet li dan l-aġir kien jikser l-Artikoli 1.1, 3.1, 3.3 u 3.5 tal-Kodiċi ta’ Kondotta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Dejjem fis-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-rikorrenti, skont l-Artikolu 1.5.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta, moqri flimkien mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>politika ta’ senjalazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> adottata mill-Bank fis-<DATE ISO="20090121">21 ta’ Jannar 2009</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>politika ta’ senjalazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), għamlet senjalazzjoni tal-aġir tad-Direttur il-ġdid li, fil-fehma tagħha, tiżvela, skont hi, politika ta’ ksur ta’ opportunitajiet indaqs, skont l-Artikolu 1.2 tal-imsemmi kodiċi u ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, fis-sens tal-Artikolu 1.3 ta’ dan l-istess kodiċi (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>senjalazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>). Essenzjalment, ir-rikorrenti allegat li, fost is-sitt membri ta’ sess femminili tal-persunal tad-dipartiment inkwistjoni, li kellhom funzjonijiet amministrattivi, erba’ twarrbu biex jibbenefikaw impjegati ta’ sess maskili. B’hekk, id-Direttur il-ġdid essenzjalment ġie mdawwar bl-irġiel u wettaq prattiki li kienu jiksru l-Kodiċi ta’ Kondotta.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment dwar fastidju psikoloġiku u s-senjalazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija u tispjega li l-karriera tagħha twaqqfet ħesrem wara d-dħul fil-kariga tad-Direttur il-ġdid, bir-rikorrenti sostniet fl-ilment li d-Direttur il-ġdid kien ħoloq prattiki intiżi sabiex iwarrab l-aministraturi nisa mid-dipartiment inkwistjoni u, f’dan il-kuntest, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>jkisser<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> lir-rikorrenti li kellha l-fiduċja sħiħa tal-predeċessur tiegħu. Meta ttrasferixxa lir-rikorrenti f’pożizzjoni mingħajr responsabbiltajiet u li l-għanijiet tagħha ma kinux ġew iddefiniti b’mod ċar, id-Direttur il-ġdid kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>eżiljaha<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti barra minn hekk tinvoka <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>żarmar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, mid-Direttur il-ġdid, tat-tim ta’ tliet persuni li hija kienet tmexxi qabel, tqegħid ta’ dubju dwar il-leġittimità tar-rikorrenti fir-rigward ta’ dawn it-tliet persuni u l-kritika ripetuta fil-konfront tagħha, l-għoti lil persuni oħra ta’ xogħlijiet li bħala prinċipju kienu tagħha, iż-żamma ta’ informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ fajls li kienet fdata bihom, b’mod partikolari billi ma kinitx mistiedna għal laqgħat ta’ tħejjija ta’ laqgħa importanti mal-President tal-Bank, in-nuqqas ta’ risposta dwar il-prestazzjonijiet professjonali li madankollu ppreżentat lid-Direttur il-ġdid fid-dawl ta’ tali risposta (feedback) kif ukoll diversi atti malizzjużi, inkluż wara li ħadet il-leave tal-mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, id-Direttur il-ġdid kien b’mod partikolari maqdar lir-rikorrenti ma’ kollega u ħabiba tagħha b’ton aggressiv; huwa kellu l-ħsieb li jitlob lid-dipartiment tal-persunal li r-rikorrenti tgħaddi minn kontroeżami mediku minkejja ċ-ċertifikati mediċi pprovduti mir-rikorrenti; huwa kien iddeċieda l-għanijiet annwali tar-rikorrenti matul ix-xahar ta’ Ġunju 2016, minkejja li hija kienet fuq leave tal-mard, u, fl-aħħar nett, huwa għadda għall-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal applikazzjonijiet biex timtela’ l-pożizzjoni tar-rikorrenti, minkejja li hija kienet għadha ma informatx lid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> bil-fatt li ma kienx beħsiebha li terġa’ lura għad-dmirijiet tagħha wara l-leave mediku tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega wkoll li hija ġiet ippenalizzata mid-Direttur il-ġdid fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għażla għal kariga ta’ kap ta’ diviżjoni. Fil-fatt, filwaqt li hija kienet kandidata għal din il-kariga, id-Direttur il-ġdid informa lir-rikorrenti, fid-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li kien ser jippreżenta l-organigramma l-ġdida tad-dipartiment inkwistjoni fi tmiem il-ġurnata. Issa, mingħajr ma ngħata kas tal-intervista li r-rikorrenti kien ser ikollha l-għada mal-bord tal-għażla għall-post ta’ kap ta’ diviżjoni u li<?PAGE NO="8"?> normalment kellha tkun deċiżiva biex timtela din il-kariga, id-Direttur il-ġdid kien ippreżenta, lill-persunal tad-dipartiment inkwistjoni, l-organigramma l-ġdida tad-dipartiment mingħajr ma inkluda lir-rikorrenti fil-kariga ta’ kap ta’ diviżjoni, li skont il-persuna kkonċernata, juri li d-Direttur il-ġdid kien diġà ddeċida li jwarrabha f’din il-proċedura ta’ għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tattribwixxi lid-Direttur il-ġdid dikjarazzjonijiet mhux f’lokhom, aggressivi, ta’ żebliħ u akkużatorji, inkluż f’laqgħat, tressiq ta’ talbiet bla sens, strambi u konfużi kif ukoll kritika fil-konfront tagħha mhux fil-preżenza tagħha. B’mod partikolari, id-Direttur il-ġdid kien iddikjara li l-impjegati tal-Bank ma għandhomx jilmentaw, peress li dawn kienu xxurtjati li kellhom dawk il-karigi u s-salarji. Barra minn hekk, huwa jgħid li ma setax jifhem, sa mill-mument tar-reklutaġġ tiegħu bħala direttur, kif, kuntrarjament għal dak li huwa seta’ jagħmel fil-kariga preċedenti tiegħu, huwa ma setax ikeċċi liberament l-impjegati li għalih ma jkunux adegwati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti lmentat ukoll, minn naħa, b’atti ta’ favoritiżmu favur ċerti membri tal-persunal, b’mod partikolari persuni li kienu ħadmu f’organizzazzjoni internazzjonali oħra u li d-Direttur il-ġdid kien iffaċilita r-reklutaġġ tagħhom u, min-naħa l-oħra, attitudni kritika jew diżinteressata lejn ix-xogħol tal-persunal, inkluż dak ipprovdut mir-rikorrenti, li kienet diġà taħdem fid-dipartiment qabel id-dħul fil-kariga tiegħu bħala direttur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk ir-rikorrenti kkonkludiet l-ilment tagħha billi talbet lill-Bank:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel nett, jordna l-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva, skont ir-regoli interni dwar ir-rispett għad-dinjità, bil-għan li jinvestiga l-fatti esposti fl-ilment, inkluż billi jisma’ lir-rikorrenti, lix-xhieda li kienet biħsiebha tħarrek u kwalunkwe persuna oħra li jkollha għarfien tal-fatti;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni nett, li jikkonstata formalment li dawn il-fatti kienu jikkostitwixxu fastidju psikoloġiku kontra tagħha u, jekk ikun il-każ, fir-rigward ta’ impjegati oħra;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet nett, jiddeċiedi, skont l-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal, li tinbeda proċedura dixxiplinari kontra l-persuna (jew il-persuni) li għandha tinżamm responsabbli, b’mod partikolari d-Direttur il-ġdid fil-każ li dan tal-aħħar ma jiddeċidix li jirriżenja minn rajh;</P></ITEM><ITEM><P>ir-raba’ nett, tilqa’ t-talbiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jingħatalha LRP ta’ sentejn;</P></ITEM><ITEM><P>meta tiġi lura mil-LRP, tinħatar f’kariga ta’ kap ta’ diviżjoni, jew fid-dipartiment inkwistjoni jew f’dipartiment ieħor jekk id-dipartiment inkwistjoni jkun xorta għadu taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur il-ġdid;</P></ITEM><ITEM><P>li tiġi offruta kumpens pekunjarju xieraq sabiex, minn naħa, jagħmel tajjeb għad-dannu morali mġarrab minħabba l-fatti allegati fl-ilment tagħha, u, min-naħa l-oħra, għad-dannu materjali riżultanti minn telf ta’ qligħ minħabba li hija ma kinitx ġiet promossa għall-kariga ta’ kap ta’ diviżjoni kif kien mistenni mill-istat tal-impjieg tagħha taħt it-tmexxija u l-apprezzament tal-ex direttur tad-dipartiment inkwistjoni.</P></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-istess <DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-rikorrenti kienet ukoll, skont l-Artikolu 1.5.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta, għamlet senjalazzjoni fejn uriet politika tad-Direttur il-ġdid, implimentata fl-2015 u fl-2016 u li ma ġietx ikkontestata mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, li tidher li tikkostitwixxi ksur tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet skont l-Artikolu 1.2 tal-Kodiċi ta’ Kondotta u ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fis-sens tal-Artikolu 1.3 ta’ dak il-kodiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proċedura ta’ investigazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra elettronika tat-<DATE ISO="20161103">3 ta’ Novembru 2016</DATE>, id-direttur ġenerali u kap tad-dipartiment tal-persunal tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>kap tad-dipartiment tal-persunal<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) talab b’mod partikolari lir-rikorrenti jekk hija kellhiex l-intenzjoni li tħarrek xhieda biex jidhru fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni u jekk, fir-rigward tan-nota li kellha tinforma lid-Direttur il-ġdid dwar l-eżistenza ta’ lment li jikkonċernah, hija xtaqitx tifformula hija stess din in-nota jew sempliċement tikkummenta fuq l-abbozz ta’ nota stabbilit mid-dipartimenti tiegħu. Permezz ta’ messaġġ elettroniku tas-6 ta’ Novembru ta’ wara, ir-rikorrenti indikat li, skont l-Artikolu 3(a) u l-Artikolu 4(a) tar-regoli tal-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol, kien obbligu tal-imsemmi direttorat ġenerali li jabbozza n-nota, taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, sa mill-ilment tar-rikorrenti u tal-provi prodotti insostenn ta’ dan l-ilment. Permezz ta’ messaġġ elettroniku tad-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, avukat tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> bagħat lir-rikorrenti l-abbozz ta’ nota inkwistjoni u stedinha tippreżenta l-osservazzjonijiet eventwali tagħha, ħaġa li r-rikorrenti rrifjutat li tagħmel billi tenniet, f’messaġġ elettroniku tal-11 ta’ Novembru ta’ wara, li tali approċċ kien imur kontra d-dispożizzjonijiet applikabbli li jinkarigaw lid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> bil-formulazzjoni ta’ din in-nota li għandha tintbagħat lill-persuna involuta fl-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, l-avukat tar-rikorrenti kkuntattja lill-Bank biex jiġu diskussi t-termini ta’ eventwali ftehim bonarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>, is-Segretarju Ġenerali tal-Bank u l-kap tad-dipartiment tal-persunal irrikonoxxew, f’ittra konġunta, l-irċevuta tat-talbiet tar-rikorrenti li jidhru fl-ittra tal-avukat tagħha bid-data tal-ġurnata preċedenti. F’dan il-kuntest, huma informaw lir-rikorrenti li d-direttorat tal-konformità tal-Bank kien ġie inkarigat jinvestiga l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti. Fir-rigward tal-eventwalità li l-kwistjoni tiġi solvuta permezz ta’ ftehim bonarju, huma indikaw li, minħabba proċeduri amministrattivi pendenti u l-gravità tal-fatti allegati, il-Bank ma setax jilqa’ t-talba tar-rikorrenti. B’mod partikolari, fir-rigward tat-talba għad-danni li hija kienet ressqet, din dehret, fil-fehma tagħhom, prematura, sakemm il-proċeduri ma jistabbilixxux il-veradiċità eventwali tal-fatti allegati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20161122">22 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ġiet informata, mill-kap tad-dipartiment tal-persunal u mid-direttur tad-dipartiment tar-relazzjonijiet soċjali u tad-dipartimenti amministrattivi, li l-Bank kien iddeċieda li jilqa’ l-applikazzjoni tagħha għal-LRP għall-perijodu mill-<DATE ISO="20161201">1 ta’ Diċembru 2016</DATE> sal-<DATE ISO="20181231">31 ta’ Diċembru 2018</DATE>, u dan esklużivament għar-raġuni invokata mir-rikorrenti dwar il-proġett tagħha li terġa’ tingħaqad jew toħloq impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20161125">25 ta’ Novembru 2016</DATE>, it-tliet membri tal-kumitat ta’ investigazzjoni stabbilit fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni nħatru skont il-politika ta’ dinjità fix-xogħol. F’dan il-każ dawn kienu professur tad-dritt, psikologu li jaħdem mal-Gvern Lussemburgiż u ex direttur tal-persunal tal-Bank issa rtirat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161202">2 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet lid-DG <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> l-isem ta’ seba’ xhieda li xtaqet li l-kumitat ta’ investigazzjoni jisma’, hekk kif informat immedjatament lill-kumitat ta’ investigazzjoni, waqt l-intervista, li hija kienet ser tkun assistita mill-avukat u mill-konjuġi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Hija ġiet informata, fil-5 ta’ Diċembru ta’ wara, li din il-lista kienet intbagħtet lill-kumitat ta’ investigazzjoni li kien ser jiddeċiedi dwar is-segwitu ta’ din it-talba. Ir-rikorrenti ntalbet ukoll, f’dan il-kuntest, li taħtar, f’konformità mal-politika ta’ dinjità fix-xogħol, l-unika persuna biex tassistiha fl-intervista mal-kumitat ta’ investigazzjoni, bir-rakkomandazzjoni, madankollu, li teskludi minn din l-għażla lill-membri tal-familja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20161205">5 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti pprovdiet xi dokumenti supplimentari, b’mod partikolari rapport tal-psikjatra tagħha li ċċertifika li hija kienet ġiet suġġetta għal burn out minħabba aġir tad-Direttur il-ġdid li kienet esposta għalih. Barra minn hekk, f’din l-istess data, hija talbet formalment li tiġi megħjuna legalment mill-avukat tagħha u moralment mill-konjuġi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20161209">9 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ġiet informata bid-deċiżjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni li jisma’ biss tlieta mis-seba’ xhieda li hija kienet ipproponiet u li jirrifjuta, minħabba dewmien, li jdaħħal fil-fajl l-informazzjoni li hija kienet bagħtet fil-<DATE ISO="20161205">5 ta’ Diċembru 2016</DATE>. Barra minn hekk, hija ġiet informata li l-kumitat ta’ investigazzjoni kien aċċetta li tkun megħjuna miż-żewġ persuni li hija kienet semmiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti kkontestat din id-deċiżjoni proċedurali tal-kumitat ta’ investigazzjoni. Minn skambju ta’ messaġġi elettroniċi sussegwenti jirriżulta li, essenzjalment, il-kumitat ta’ investigazzjoni fl-aħħar mill-aħħar aċċetta li jeżamina d-dokumenti ppreżentati fit-<DATE ISO="20161202">2 ta’ Diċembru 2016</DATE>, li r-rikorrenti kienet ġiet awtorizzata ddaħħal fil-fajl ix-xhieda bil-miktub tal-erba’ xhieda li l-kumitat ta’ investigazzjoni kien irrifjuta li jisma’ u li kien ġie deċiż, bi ftehim komuni bejn il-Bank u r-rikorrenti, li s-seduti ta’ smigħ quddiem il-kumitat ta’ investigazzjoni jiġu rreġistrati, iżda li, ladarba tiġi adottata mill-President tal-Bank id-deċiżjoni tiegħu dwar dan il-każ, dawn ir-reġistrazzjonijiet jinqerdu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170104">4 ta’ Jannar 2017</DATE>, ir-rikorrenti, id-Direttur il-ġdid u tliet xhieda ċċitati mir-rikorrenti nstemgħu mill-kumitat ta’ investigazzjoni. Sussegwentement, dan stieden lir-rikorrenti twieġeb l-aħħar mistoqsija bil-miktub, ħaġa li għamlet permezz ta’ messaġġ elettroniku tal-avukat tagħha tat-<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170206">6 ta’ Frar 2017</DATE>, permezz tal-avukat tagħha, ir-rikorrenti kienet madankollu indirizzat lill-President tal-Bank, kif ukoll lil tmien destinatarji oħra li jaħdmu fil-BEI, bil-posta u b’mod elettroniku, ittra li fiha hija ddenunzjat disfunzjonijiet fil-politika ta’ senjalazzjoni tal-BEI billi kienet għadha ma rċeviet ebda tweġiba għas-senjalazzjoni li kienet għamlet dwar il-politika tad-Direttur il-ġdid, li kienet tikkostitwixxi, fil-fehma tagħha, ksur tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet u diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess. Hija kkonkludiet din l-ittra billi stiednet lill-President tal-Bank jipproċedi għall-eżami ta’ din is-senjalazzjoni u jadotta l-miżuri temporanji jew definittivi neċessarji qabel l-<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE>. Ir-rikorrenti qieset li, jekk ikun meħtieġ, skont il-punt III.2(d) tal-politika ta’ senjalazzjoni, hija tkun kostretta tadixxi lill-Ombudsman tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rapport tal-investigazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-kumitat ta’ investigazzjoni adotta r-rapport tiegħu (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>rapport<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>), li fih qies li, fost il-fatti invokati mir-rikorrenti fl-ilment, żewġ elementi setgħu oġġettivament jitqiesu li jikkostitwixxu fastidju psikoloġiku, jiġifieri, minn naħa, il-fatt li d-Direttur il-ġdid kien ipprovda tweġiba bil-miktub inadegwata għat-talbiet tar-rikorrenti li r-rwol il-ġdid tagħha fid-dipartiment inkwistjoni jiġi ddefinit u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas tad-Direttur il-ġdid li flimkien mar-rikorrenti jwettaq l-obbligu tiegħu li jistabbilixxi l-għanijiet ta’ din tal-aħħar sena bil-quddiem. Barra minn hekk, il-kumitat ta’ investigazzjoni qies li l-effett ta’ dan l-aġir li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku kien ġie aggravat bin-nuqqas min-naħa tad-Direttur il-ġdid li jipprovdi lir-rikorrenti komunikazzjoni adegwata dwar l-allokazzjoni ta’ ċerti kompiti kif ukoll informazzjoni ċara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għall-bqija, il-kumitat ta’ investigazzjoni eżamina wieħed wieħed l-elementi invokati mir-rikorrenti fl-ilment tagħha, iżda ma qiesx li, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, dawn setgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tneħħija tat-tim ta’ tliet persuni li r-rikorrenti kienet responsabbli għalih, il-kumitat ta’ investigazzjoni osserva b’mod partikolari li dan kien previst fil-pjan ta’ riorganizzazzjoni tad-dipartiment inkwistjoni li kien ġie approvat mill-Bord Eżekuttiv tal-Bank. Barra minn hekk,<?PAGE NO="11"?> fir-rigward ta’ min kellu jokkupa l-kariga ta’ kap ta’ diviżjoni, il-kumitat ta’ investigazzjoni kkonstata li, f’dan ir-rigward, id-Direttur il-ġdid kien irrikorra għal proċedura ta’ għażla, filwaqt li, fi ħdan il-Bank, id-diretturi setgħu jafdaw ir-responsabbiltà ta’ kap ta’ diviżjoni mingħajr ma jkun hemm proċedura ta’ għażla quddiem bord. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kumitat ta’ investigazzjoni qies li, għalkemm seta’ kien ta’ dispjaċir li d-Direttur il-ġdid ippubblika l-organigramma l-ġdida tad-dipartiment lejliet l-intervista tar-rikorrenti għall-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni inkwistjoni, ma kienx f’pożizzjoni li jikkonstata irregolarità f’dan ir-rigward, peress li r-rikorrenti, matul din il-proċedura ta’ għażla, ma kinitx ġiet fit-tieni post u li l-bord ta’ għażla kien iġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jiċħad il-kandidatura tagħha minħabba l-prestazzjonijiet tagħha matul l-intervista. Għalhekk, dan ikkonkluda li ma setax jiġi deċiż li kien hemm fastidju psikoloġiku f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li d-Direttur il-ġdid poġġa fid-dubju r-rwol tar-rikorrenti bħala kap ta’ tim fid-dipartiment inkwistjoni minħabba l-prerogattiva ġerarkika tar-rikorrenti li tistabbilixxi għanijiet kif ukoll tevalwa t-tliet membri ta’ dan il-grupp, il-kumitat ta’ investigazzjoni sostna li, anki jekk dawn il-mistoqsijiet u l-kritika min-naħa tad-Direttur il-ġdid ma kinux f’lokhom, jidher li seħħew darba biss, b’tali mod li dawn ma setgħux jitqiesu li jikkostitwixxu forma ta’ fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-definizzjoni tal-funzjonijiet tar-rikorrenti fil-kuntest tad-dipartiment inkwistjoni wara r-ristrutturazzjoni tiegħu, il-kumitat ta’ investigazzjoni qies li, bħala responsabbli ġerarkiku, id-Direttur il-ġdid kellu l-obbligu li jindirizza t-tħassib tar-rikorrenti. B’hekk, skont il-kumitat ta’ investigazzjoni, in-nuqqas ta’ preċiżazzjoni tar-rwol il-ġdid u tal-għanijiet annwali tar-rikorrenti mhux biss kien jikkostitwixxi sinjal ta’ ġestjoni ħażina (poor management), iżda, barra minn hekk, iddegrada r-rispett għaliha u l-fiduċja fiha nnifisha tad-destinatarju ta’ tali aġir meta din kienet espressament talbet parir u gwida speċifiċi f’diversi okkażjonijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kumitat ta’ investigazzjoni kkonkluda li n-nuqqas ta’ informazzjoni f’waqtha dwar id-deskrizzjoni tal-kariga tar-rikorrenti u tal-għanijiet assenjati lil din tal-aħħar kien jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li d-Direttur il-ġdid kien attribwixxa lil persuni oħra ċerti kompiti li qabel kienu fdati lir-rikorrenti, meta din kienet direttament subordinata għad-direttur preċedenti, il-kumitat ta’ investigazzjoni sab li ma kienx ċar sa liema punt dawn il-kompiti kienu effettivament ġew assenjati lil persuni oħra. F’dan ir-rigward, għalkemm qies li l-assenza ta’ komunikazzjoni adegwata bejn superjuri u subordinati kienet indikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>ġestjoni ħażina<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (poor management), madankollu qies li hija ma kinitx tikkorrispondi mad-definizzjoni ta’ fastidju psikoloġiku, anki jekk din setgħet tikkontribwixxi biex taggrava l-effett tal-fastidju psikoloġiku li jirriżulta mill-assenza ta’ deskrizzjoni tal-kariga tar-rikorrenti u tal-għanijiet assenjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegata żamma ta’ informazzjoni min-naħa tad-Direttur il-ġdid, il-kumitat ta’ investigazzjoni ddeploraha, iżda qies li din ma kinitx tikkostitwixxi fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nuqqas ta’ reazzjoni u ta’ kummenti tad-Direttur il-ġdid għal messaġġ elettroniku u mistoqsijiet tar-rikorrenti, il-kumitat ta’ investigazzjoni rrileva li dan żamm diversi laqgħat fil-preżenza tar-rikorrenti b’mod li ma setax jitqies li kien hemm tentattiv li r-rikorrenti titwarrab. Għaldaqstant, il-kumitat ta’ investigazzjoni qies li l-aġir imsemmi ma setax jiġi kklassifikat bħala forma ta’ fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li d-Direttur il-ġdid kellu l-ħsieb li jitlob lir-rikorrenti li tissottometti ruħha għal eżami mediku bħala strument leġittimu għad-dispożizzjoni tal-Bank fil-ġestjoni ta’ waqfien għal mard fit-tul, il-kumitat ta’ investigazzjoni kkonstata li d-Direttur il-ġdid ma kienx involut f’dan il-proċess, peress li finalment ma talabx li r-rikorrenti tissottometti ruħha għal eżami bħal dan. Għalhekk, il-kumitat ta’ investigazzjoni kkonkluda li dan ma kienx jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>raġuni ta’ fastidju<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-adozzjoni tal-għanijiet tar-rikorrenti matul l-assenza medika tagħha, il-kumitat ta’ investigazzjoni, li rrileva li d-dipartiment mediku tal-Bank kien irrakkomanda lid-Direttur il-ġdid u lill-kap ta’ diviżjoni involut biex ma jikkuntattjawx lir-rikorrenti dwar dan is-suġġett matul il-leave<?PAGE NO="12"?> tal-mard tagħha, qies li dan ma kienx jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>raġuni ta’ fastidju<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Bl-istess mod, ir-rikorrenti ma setgħetx tilmenta li l-Bank kien ippubblika l-post tagħha bħala vakanti, peress li hija kienet fuq leave tal-mard fit-tul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment dwar l-użu, mid-direttur ġdid, ta’ lingwaġġ aggressiv, il-kumitat ta’ investigazzjoni qies li r-rikorrenti ma kinitx ipprovat suffiċjentement din l-allegazzjoni, b’mod partikolari fid-dawl tal-kontenut pjuttost amikevoli, jekk mhux edukat tal-messaġġi elettroniċi mibgħuta lir-rikorrenti mid-direttur il-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kritika mhux xierqa li allegatament saret mid-Direttur il-ġdid lir-rikorrenti, il-kumitat ta’ investigazzjoni kien tal-fehma li l-kliem li ngħad ma kienx jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku. Fir-rigward tal-fatt li d-Direttur il-ġdid kien prematurament interrompa laqgħa bejn l-assistent Segretarju Ġenerali tal-Bank, ir-rikorrenti u huwa nnifsu, il-kumitat ta’ investigazzjoni kien tal-fehma li d-Direttur il-ġdid seta’ qies li, fir-rigward tal-mistoqsijiet bażiċi li kienet għamlet matul il-laqgħa, ir-rikorrenti kienet nieqsa minn tħejjija dwar is-suġġett. Minkejja dan, billi l-avveniment seħħ darba biss (a single event), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>il-kumitat ta’ investigazzjoni ma [setax] jaċċetta li dan jista’ jikkostitwixxi fastidju<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-kumitat ta’ investigazzjoni ċaħad ukoll bħala infondati l-ilmenti tar-rikorrenti dwar l-allegati talbiet għal informazzjoni li d-Direttur il-ġdid indirizzalha mingħajr ma pprovda informazzjoni suffiċjenti dwar l-għan ta’ dawn it-talbiet jew mingħajr ma dawn kienu urġenti. Bl-istess mod, għal dak li jirrigwarda dak li qal id-Direttur il-ġdid ma’ kollegi oħra, minn naħa, fir-rigward tal-persuna tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-Bank, il-kumitat ta’ investigazzjoni ma qiesx li l-ilmenti tar-rikorrenti kienu fondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li d-Direttur il-ġdid, bix-xewqa li jimla n-nuqqas ta’ kompetenza esperta tad-dipartiment inkwistjoni billi jiddaħħlu rekluti ġodda esterni, kien ikkonċentra l-attenzjoni tiegħu fuq dawn il-persuni, bir-riskju li l-persunal iktar anzjan f’dak ix-xogħol ħassu ddiskriminat, il-kumitat ta’ investigazzjoni sostna li, minkejja li ma rnexxilux jispjega b’mod xieraq is-sitwazzjoni lill-persunal fil-post, tali aġir tad-Direttur il-ġdid ma kienx jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Filwaqt li kkonċeda li, suġġettivament, ir-rikorrenti kienet sofriet u baqgħet issofri minħabba s-sitwazzjoni professjonali tagħha, il-kumitat ta’ investigazzjoni kkonkluda li d-Direttur il-ġdid seta’ jiġi kkritikat minħabba l-ħiliet dgħajfa ta’ ġestjoni u komunikazzjoni tiegħu. Madankollu, minkejja li huwa stess kien taħt pressjoni kunsiderevoli biex iwettaq ristrutturazzjoni sinjifikattiva tad-dipartiment inkwistjoni, filwaqt li jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet ta’ kuljum, il-kumitat ta’ investigazzjoni kkunsidra li kien konxju tan-nuqqas ta’ sodisfazzjon tar-rikorrenti bit-telf tad-dmirijiet ta’ kap ta’ tim u, għalhekk, kellu jirdoppja l-isforzi biex jiċċara r-rwol ġdid tagħha fid-dipartiment inkwistjoni. Issa, id-Direttur il-ġdid ma pprovdilhiex, għall-kuntrarju, deskrizzjoni ġdida tal-kariga tagħha qabel ma tpoġġiet fuq leave mediku. Għalhekk, l-istil tal-ġestjoni tiegħu u n-nuqqas ta’ sensittività fil-konfront tar-rikorrenti għal iktar minn sentejn kienu, skont il-kumitat tal-investigazzjoni, naqqsu l-istima u l-kunfidenza fiha nnfisha u l-effettività tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-aħħar tar-rapport tiegħu, il-kumitat ta’ investigazzjoni rrakkomanda lill-President tal-Bank, minn naħa, li jeżiġi li d-Direttur il-ġdid jagħmel apoloġija formali u bil-miktub lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, jitolbu jieħu inkunsiderazzjoni l-impatt tiegħu fuq il-membri tal-persunal l-oħrajn, u dan billi jiġi assistit b’coaching professjonali pprovdut mill-BEI biex jgħinu jkun effettivament konxju tal-effett tal-istil tal-ġestjoni tiegħu u/jew tal-komunikazzjoni u jiżviluppa empatija ikbar lejn il-persunal taħt l-awtorità tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-kumitat ta’ investigazzjoni żied jgħid li l-President tal-Bank jista’ jkun jixtieq li ssir proċedura dixxiplinari formalment, skont il-politika ta’ dinjità fix-xogħol, fil-każ li d-Direttur il-ġdid ma jikkonformax ruħu mal-miżuri msemmija iktar ’il fuq jew fil-każ fejn jitressaq ilment ieħor fil-konfront tiegħu fi żmien tliet snin wara d-deċiżjoni tal-President tal-Bank u jiġi ddikjarat fondat mill-kumitat ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-deċiżjoni kkontestata u l-miżuri għall-implimentazzjoni tagħha</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170320">20 ta’ Marzu 2017</DATE> (iktar ’il quddiem id- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>), il-President tal-BEI informa lir-rikorrenti bl-għeluq tal-proċedura ta’ investigazzjoni u, filwaqt li bagħtilha r-rapport tal-kumitat ta’ investigazzjoni, indikalha li kien informa lid-Direttur il-ġdid li, jekk, fil-futur, jiġi ppreżentat ilment ġdid kontrih u dan jitqies li jkun fondat mill-kumitat ta’ investigazzjoni, dan kien jiftaħ il-proċedura dixxiplinari fil-konfront tiegħu. Barra minn hekk, dan informa lir-rikorrenti bil-fatt, minn naħa, li kien talab lid-Direttur il-ġdid jiskuża ruħu formalment għat-tbatija li kien ikkawżalha, u, min-naħa l-oħra, li huwa kien inkariga lid-dipartiment tal-persunal jeżamina l-possibbiltajiet ta’ coaching professjonali tad-Direttur il-ġdid dwar l-istil ta’ ġestjoni u ta’ komunikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE>, indirizzata lill-President tal-BEI u f’kopja, permezz ta’ messaġġ elettroniku, lill-imsemmi President kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tal-BEI, lid-direttur tad-dipartiment tar-relazzjonijiet soċjali u tad-dipartimenti amministrattivi u lill-kap tad-diviżjoni tar-relazzjonijiet u tal-benesseri fuq il-post tax-xogħol, ir-rikorrenti kkontestat il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata, billi enfasizzat, minn naħa, li din kienet ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku u fuq analiżi frammentarja u parzjalment kontradittorja, jekk mhux żbaljata, tal-fatti inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, li s-sanzjoni li hija tipprevedi fir-rigward tad-Direttur il-ġdid kienet inadegwata fir-rigward tal-gravità tal-aġir inkwistjoni f’dan il-każ. Barra minn hekk, hija talbet li, sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20170425">25 ta’ April 2017</DATE>, id-dipartimenti tal-BEI kellhom jibagħtulha apoloġija bil-miktub tad-Direttur il-ġdid u jipproponulha offerta eventwali ta’ kumpens għad-danni materjali u morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, iffirmata mill-kap tad-dipartiment tal-persunal u mid-direttur tad-dipartiment tar-relazzjonijiet soċjali u tad-dipartimenti amministrattivi, dawn, b’risposta għal messaġġ elettroniku tal-avukat tar-rikorrenti tat-<DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, informaw lil din tal-aħħar li l-proċedura ta’ senjalazzjoni taħt il-politika ta’ dinjità fix-xogħol kienet għadha għaddejja u li, f’dak l-istadju, it-talba tagħha għal soluzzjoni amikevoli tal-kwistjoni ma setgħetx tittieħed inkunsiderazzjoni. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ din il-korrispondenza, iż-żewġ firmatarji rrilevaw li l-avukat tar-rikorrenti kien bagħat l-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20170206">6 ta’ Frar 2017</DATE>, imsemmija fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, lil diversi nies, minkejja li s-suġġett ta’ din l-ittra kien ta’ natura ferm kunfidenzjali u li hija setgħet taffettwa r-reputazzjoni professjonali ta’ membru tal-persunal tal-BEI. Għalhekk, dawn informaw lil dan l-avukat li dan l-approċċ seta’ jikkostitwixxi ksur tar-regoli ta’ kunfidenzjalità fundamentali fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni u jikkawża dannu lill-kollegi tar-rikorrenti involuti f’din il-proċedura. Għalhekk, l-avukat tar-rikorrenti ġie informat dwar il-fatt li l-Bank kien qed jikkunsidra l-possibbiltajiet legali ta’ azzjonijiet eventwali li setgħu jsiru quddiem l-awtoritajiet Lussemburgiżi biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni kif ukoll ta’ eventwali miżuri interni fil-Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170413">13 ta’ April 2017</DATE>, l-avukat tar-rikorrenti b’mod partikolari talab lill-kap tad-dipartiment tal-persunal, l-ewwel nett, li jirtira formalment, qabel il-<DATE ISO="20170425">25 ta’ April 2017</DATE>, it-theddida tiegħu, esposta fl-ittra tal-10 ta’ April preċedenti, ta’ azzjonijiet interni kontra r-rikorrenti minħabba l-allegat ksur ta’ obbligu ta’ kunfidenzjalità; it-tieni nett, li ssir proċedura dixxiplinari kontra d-Direttur il-ġdid minħabba li qatt ma eżegwixxa s-sanzjoni li tikkonsisti fil-preżentazzjoni ta’ apoloġija, u, it-tielet nett, li tiġi fformulata offerta għal kumpens għad-dannu tar-rikorrenti sa sena salarju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20170509">9 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-Bank bagħat ittra lir-rikorrenti, bid-data tat-<DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE>, li fiha d-Direttur il-ġdid indika lir-rikorrenti b’mod partikolari, l-ewwel nett, li kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>realment dispjaċut għat-tbatija li ġiet ikkawżata [lilha] minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza [min-naħa tiegħu] fl-iffissar tal-għanijiet tal-2015 u fid-definizzjoni tar-rwol il-ġdid [tagħha] fid-dipartiment [inkwistjoni]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>; it-tieni nett, li aċċetta l-konklużjonijiet tal-kumitat ta’ investigazzjoni dwar il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku u, it-tielet nett, li, minkejja din l-esperjenza diffiċli, jittama li jistgħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>jistabbilixxu l-pedamenti għal kooperazzjoni ta’ suċċess u pożittiva fil-futur<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Fl-ittra tad-<DATE ISO="20170509">9 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrenti ġiet ukoll informata bil-bidu ta’ coaching professjonali tad-Direttur il-ġdid li kien hemm riferiment għalih fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170602">2 ta’ Ġunju 2017</DATE>, ir-rikorrenti, skont l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, ressqet talba għal konċiljazzjoni li fiha hija talbet lill-kummissjoni ta’ konċiljazzjoni tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata billi hija mminimizzat b’mod żbaljat, minn naħa, il-gravità tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, il-gravità tas-sanzjoni li hija applikabbli f’dan il-każ. Hija talbet ukoll kumpens, l-ewwel nett, għad-dannu li hija ġarrbet minħabba l-fastidju inkwistjoni sa EUR <FT TYPE="NUMBER">121992</FT>; it-tieni nett, għad-dannu morali mġarrab minħabba żbalji amministrattivi sa EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> u, it-tielet nett, għad-dannu li jirriżulta mill-allegat ksur mill-kap tad-dipartiment tal-persunal tal-indipendenza tal-proċedura ta’ senjalazzjoni u li rriżulta wkoll mit-theddid jew mill-intimidazzjoni li tinsab fl-ittra tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, u dan sa EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-BEI jagħti kumpens fl-ammonti rispettivi ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">121992</FT>, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT>, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minnha;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-BEI jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li l-partijiet ma talbux iż-żamma ta’ seduta għas-sottomissjonijiet orali abbażi tal-Artikolu 106(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla), li qieset li kellha informazzjoni biżżejjed mid-dokumenti fil-proċess tal-kawża, iddeċidiet, skont l-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li tagħti deċiżjoni mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Rimarki preliminari dwar is-sistema ta’ impjieg fi ħdan il-Bank u fuq l-osservanza tal-proċedura prekontenzjuża għar-rikorsi li jolqtu l-Bank</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-membri tal-persunal tal-Bank ma humiex suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-<DATE ISO="19680229">29 ta’ Frar 1968</DATE>, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>) u lanqas għas-sistema applikabbli għall-membri tal-persunal l-oħra tal-Unjoni Ewropea, testi msemmija fl-Artikoli 270 u 336 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-membri tal-persunal tal-Bank għandhom korp ta’ regoli differenti, f’dan il-każ ir-Regolamenti tal-Persunal adottati skont l-Artikolu 31 tar-regolament intern tal-Bank, dan stess adottat skont l-Artikolu 7(3)(h) tal-Protokoll Nru 5 anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċedura prekontenzjuża applikabbli għall-kawżi li jinvolvu l-Bank, kuntrarjament għal dak li kien il-każ qabel l-<DATE ISO="20130701">1 ta’ Lulju 2013</DATE> (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120427">27 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>De Nicola vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑37/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:205">EU:T:2012:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170719">19 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Dessi vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑510/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:525">EU:T:2017:525</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal issa jipprevedi li l-ftuħ tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni qabel il-preżentata ta’ rikors kontra l-Bank skont din id-dispożizzjoni jkun ta’ natura obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, hekk kif kienet informat lill-President tal-Bank b’ittra tal-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, il-BEI ma kienx f’dan il-każ ħatar il-membru tal-kumitat ta’ konċiljazzjoni fi żmien ġimgħa kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal u li kien beda għaddej mit-tressiq, mir-rikorrenti, tat-talba tagħha għal konċiljazzjoni fit-<DATE ISO="20170602">2 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Filwaqt li jirrikonoxxi, fir-risposta tiegħu tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, li huwa ma kienx wettaq din il-ħatra f’dak it-terminu, il-President tal-Bank madankollu sostna li dan it-terminu ta’ ġimgħa kien biss indikattiv, b’tali mod li n-nuqqas ta’ ħatra, mill-Bank, ta’ membru tal-kumitat ta’ konċiljazzjoni ma setgħetx tkun ekwivalenti għal wieħed miż-żewġ motivi ta’ nuqqas proċedurali ta’ konċiljazzjoni enumerati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal. Madankollu, matul il-fażi kontenzjuża, il-Bank ma kkontestax l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sa fejn l-assenza tal-Bank tal-ħatra ta’ membru li għandu jkun fil-kumitat ta’ konċiljazzjoni u li mbagħad ikollu jagħżel, bi qbil ma’ dak indikat mir-rikorrenti, it-tielet membru ta’ dan il-kumitat tostakola kull twaqqif regolari tal-kumitat ta’ konċiljazzjoni, għandu jitqies li n-nuqqas ta’ ħatra ta’ dan il-membru mill-Bank f’terminu ta’ ġimgħa msemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal iġib fix-xejn il-proċedura ta’ konċiljazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan il-każ u fir-rigward tat-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u tal-miżuri kumpensatorji relatati magħhom, għandu jiġi kkonstatat li, fid-data tal-preżentata tar-rikors, il-proċedura ta’ konċiljazzjoni kienet effettivament falliet billi l-Bank ma ħatarx il-membru tiegħu fil-kumitat ta’ konċiljazzjoni fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal. Minn dan isegwi li r-rikorrenti kienet effettivament issottomettiet it-tilwima relatata ma’ dawn it-talbiet għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni qabel il-preżentata tar-rikors, li, għalhekk, fi kwalunkwe każ, ma kienx prematur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Wara li saru dawn il-preċiżazzjonijiet, issa jeħtieġ li jiġu eżaminati suċċessivament it-talbiet għal annullament u għad-danni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Preliminarjament, ir-rikorrenti tippreċiża li l-għan tat-talbiet għal annullament tagħha jolqtu d-deċiżjoni kkontestata biss sa fejn il-President tal-Bank, l-ewwel nett, irrifjuta li jikklassifika bħala fastidju psikoloġiku l-prattiki esposti mir-rikorrenti u msemmija fil-punti 20 sa 25, 31, 34, 46, 50 u 51 tar-rapport (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>aġir ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>); it-tieni nett, irrifjuta li jiftaħ il-proċedura dixxiplinari kontra d-Direttur il-ġdid, u, it-tielet nett, ordna li d-deċiżjoni kkontestata tibqa’ strettament kunfidenzjali fir-rigward tal-viċi presidenti tal-Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk, insostenn tat-talbiet tagħha għal annullament hekk limitati, hija tinvoka tliet motivi, ibbażati, rispettivament:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel nett, fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-klassifikazzjoni tal-aġir ikkontestat;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni nett, fuq żball ta’ liġi marbut mal-assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari kontra d-Direttur il-ġdid;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet nett, fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-obbligu tar-rikorrenti, fil-kwalità tagħha ta’ vittma, li żżomm kunfidenzjali d-deċiżjoni kkontestata.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fid-deskrizzjoni tal-aġir ikkontestat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni, taħt żewġ partijiet separati, minn naħa, li l-kumitat ta’ investigazzjoni wettaq żball ta’ liġi meta qies li, sabiex ċertu aġir ikkontestat jiġi kklassifikat bħala fastidju psikoloġiku, kien meħtieġ li dan l-aġir ikun ġie rripetut, u, min-naħa l-oħra, li, kuntrarjament għal dak li jgħid ir-rapport, ċertu aġir ikkontestat kien oġġettivament jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Insostenn tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-konstatazzjonijiet tal-kumitat ta’ investigazzjoni, li jissemmew fil-punti 25, 34 u 46 tar-rapport u approvati mill-President tal-Bank fid-deċiżjoni kkontestata, huma żbaljati sa fejn, sabiex jirrifjuta li jikklassifika bħala fastidju psikoloġiku l-aġir inkwistjoni f’dawn il-punti, il-kumitat ta’ investigazzjoni sempliċement irrileva li dawn kienu seħħew darba biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti ssostni li, skont l-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta, ir-rekwiżit ta’ repetizzjoni ma jirrigwardax ir-riproduzzjoni tal-istess att identiku, iżda li jerġa’ jkun hemm, matul perijodu pjuttost twil, manifestazzjonijiet ostili li jirriżultaw minn multipliċità ta’ atti jew ta’ aġir li ma humiex neċessarjament u strettament l-istess. Kull interpretazzjoni kuntrarja twassal għar-riżultat, fil-fehma tagħha assurd, li persuna li tirċievi diversi atti ostili ma titqiesx li hija vittma ta’ fastidju psikoloġiku għas-sempliċi raġuni li dawn ma humiex strettament identiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, billi eskluda, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-aġir ta’ tmaqdir, ta’ żamma ta’ informazzjoni u ta’ aggressjoni verbali, kif eżaminati, rispettivament, fil-punti 25, 34 u 46 tar-rapport, jista’ jaqa’ taħt fastidju psikoloġiku jew li seta’ jaggrava l-aġir ta’ fastidju psikoloġiku identifikat fir-rapport tal-kumitat ta’ investigazzjoni, il-President tal-Bank wettaq żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għal raġunijiet ta’ kompletezza, ir-rikorrenti ssostni li, fir-rigward tat-tmaqdir li hija tallega li kienet is-suġġett tiegħu, tali aġir seħħ ukoll f’April u f’Ġunju 2016. Għaldaqstant, billi adotta bħala tiegħu l-konstatazzjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni li tgħid li kien hemm aġir ta’ tmaqdir f’okkażjoni waħda biss, il-President tal-Bank għamel żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-Bank jitlob li l-ewwel parti tal-ewwel motiv tiġi miċħuda bħala infondata. Huwa jenfasizza li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, id-definizzjoni ta’ fastidju psikoloġiku, li tinsab fil-punt 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar id-dinjità fix-xogħol, ma hijiex limitata biex teżiġi li l-aġir ikkritikat ikun ġie rripetut fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>perijodu pjuttost twil<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, iżda teżiġi wkoll li l-aġir invokat ma jkunux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>f’lok[u]<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> fis-sens ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>abbużivi<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, hekk kif huwa pprovdut fil-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku skont l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal. Barra minn hekk, il-Bank isostni li l-kundizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>repetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, imsemmija fil-punt 3.6.1, tfisser repetizzjoni ta’ atti tal-istess tip li jkunu ġew osservati diversi drabi u li, minħabba din ir-repetizzjoni, jiġu kklassifikati bħala abbużivi. F’dan ir-rigward, huwa jqis li l-pożizzjoni tar-rikorrenti, li tmur kontra l-ġurisprudenza, tirriżulta fit-trasformazzjoni f’aġir uniku ta’ fastidju psikoloġiku ta’ atti oġġettivament differenti u separati fiż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-aġir ikkontestat ma jifformax grupp wieħed. Għall-kuntrarju, hija preċiżament in-natura iżolata u distintiva ta’ kull azzjoni li pprekludiet tali konstatazzjoni tal-uniċità ta’ aġir li f’dan il-każ jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-allegazzjoni, ifformulata għall-kompletezza mir-rikorrenti, il-Bank isostni li din hija nieqsa mill-fatti, peress li d-Direttur il-ġdid kien ifformula kritika ma’ terzi fil-konfront tar-rikorrenti darba biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Preliminarjament, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta jiddefinixxi l-fastidju psikoloġiku bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>meta, fuq perijodu pjuttost twil, ikunu rrepetuti kliem, attitudnijiet jew aġir ostili jew mhux f’lokhom, espressi jew manifesti minn membru jew iktar tal-persunal fil-konfront ta’ membru ieħor tal-persunal<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>. Din id-dispożizzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta għandha tinqara flimkien mad-dispożizzjoni tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol, li tittratta d-definizzjoni tal-fastidju psikoloġiku u li tgħid li l-fatt li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>l-aġir inkwistjoni jkunx intenzjonat jew le ma hijiex rilevanti [peress li l‑]prinċipju determinanti huwa li l-fastidju u l-intimidazzjoni huma tipi ta’ aġir mhux mixtieqa u inaċċettabbli li jippreġudikaw l-istima u l-kunfidenza li l-individwu li jkun is-suġġett ta’ dan l-aġir ikollu fih innifsu<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>CG vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑103/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:185">EU:F:2014:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għalhekk, skont id-definizzjoni mogħtija lill-fastidju psikoloġiku fil-politika ta’ dinjità fix-xogħol, moqrija flimkien mal-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta, kliem, attitudnijiet jew l-aġir ta’ membru tal-persunal tal-Bank fir-rigward ta’ membru ieħor ta’ dan il-persunal jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> meta jkunu oġġettivament ikkawżaw preġudizzju għall-istima u l-kunfidenza li persuna jkollha fiha nnifisha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>CG vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑103/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:185">EU:F:2014:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> li tinsab fl-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta teħtieġ natura ripetittiva, barra minn hekk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>fuq perijodu pjuttost twil<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, ta’ kliem, attitudnijiet jew aġir ostili jew mhux f’lokhom sabiex dawn ikunu jistgħu jaqgħu taħt dan il-kunċett. Minn din il-perspettiva, din id-definizzjoni tixbaħ dik imsemmija fl-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, li jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, għal uffiċjali u membri tal-persunal suġġetti għal dawn ir-regolamenti, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>imġiba mhux xierqa<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> li tikkonkretizza ruħha permezz ta’ aġir, kliem, atti, ġesti jew kitbiet immanifestati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>tul perjodu, […] ripetittiv[] jew si[s]tematik[u] <QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, li jimplika li l-fastidju psikoloġiku għandu jinftiehem bħala proċess li essenzjalment iseħħ tul iż-żmien u jippreżupponi l-eżistenza ta’ aġir ripetut jew kontinwu u li jkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>volontarju<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, bil-kontra ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>aċċidentali<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HQ vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑592/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:897">EU:T:2017:897</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CQ vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑12/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:214">EU:F:2014:214</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għalhekk, dan ir-riferiment fil-ġurisprudenza għall-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>proċess li jseħħ neċessarjament tul perijodu ta’ żmien u jippreżupponi l-eżistenza ta’ aġir ripetut jew kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> jista’ japplika wkoll, b’analoġija, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> applikabbli għall-membri tal-persunal tal-Bank [ara, b’analoġija, fir-rigward tas-sistema dixxiplinari tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>AX vs BĊE</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑73/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:9">EU:F:2015:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku huwa differenti minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>fastidju sesswali<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, fis-sens tal-Artikolu 3.6.2 tal-Kodiċi ta’ Kondotta ddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>kwalunkwe fastidju ta’ natura sesswali li huwa manifestament mhux mixtieq mid-destinatarju tiegħu, jew kwalunkwe kliem, azzjoni jew aġir b’konnotazzjoni sesswali li wkoll ikunu manifestament inopportuni<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ara wkoll, b’mod analogu, id-definizzjoni fl-Artikolu 12a(4) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u aġenti suġġetti għall-imsemmija Regolamenti tal-Persunal).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li l-konstatazzjoni ta’ fastidju sesswali ma tiddependix neċessarjament mir-rikorrenza tal-aġir jew tal-aġiri b’konnotazzjonijiet sesswali mhux mixtieqa, il-konstatazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku hija, min-naħa tagħha, ir-riżultat ta’ konstatazzjoni ta’ grupp ta’ aġiri u bħala prinċipju ma jistax isir fuq il-bażi tal-konstatazzjoni ta’ aġir iżolat. Huwa għal din ir-raġuni li l-fatt li membru tal-persunal ikun aċċidentalment adotta ton mhux xieraq f’laqgħat jew f’diskussjonijiet ma’ membru tal-persunal ieħor ma jaqax, bħala prinċipju, taħt il-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CQ vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑12/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:214">EU:F:2014:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Madankollu, li jkun meħtieġ, kif isostni l-Bank f’dan il-każ, li l-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> tkun tiddependi fuq ir-repetizzjoni fiż-żmien ta’ aġir identiku jew tal-istess tip imur kontra dan il-kunċett ta’ proċess fiż-żmien. Fil-fatt, bħala riżultat ta’ tali proċess, il-fastidju psikoloġiku jista’, mid-definizzjoni tiegħu, ikun ir-riżultat ta’ grupp ta’ aġiri differenti, minn membru tal-persunal tal-Bank fir-rigward ta’ ieħor, li, meħuda waħedhom, ma jikkostitwixxux neċessarjament fihom infushom fastidju psikoloġiku, iżda li, evalwati b’mod globali u fil-kuntest tagħhom, inkluż minħabba l-akkumulazzjoni tagħhom fiż-żmien, jistgħu jitqiesu li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>oġġettivament jippreġudika[w] l-istima personali u l-kunfidenza ta’ [dak il-membru tal-persunal l-ieħor]<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> destinatarju ta’ dak l-aġir fis-sens tal-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Huwa għal din ir-raġuni li, meta tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk l-aġir invokat minn rikorrent jikkostitwixxix fastidju psikoloġiku, għandhom jiġu eżaminati dawn il-fatti kemm waħedhom kif ukoll kollha flimkien bħala elementi ta’ ambjent globali ta’ xogħol maħluq mill-aġir ta’ membru tal-persunal fil-konfront ta’ membru tal-persunal ieħor (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CQ vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑12/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:214">EU:F:2014:214</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0128">128</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li sostna l-kumitat ta’ investigazzjoni, b’mod partikolari fil-punti 25, 34 u 46 tar-rapport tiegħu, in-negazzjoni ta’ aġir allegat bħala li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> fis-sens tal-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta ma tistax tiġi dedotta mis-sempliċi fatt li dan l-aġir ġie osservat darba biss. Għall-kuntrarju, huwa l-kumitat ta’ investigazzjoni li għandu jeżamina jekk dan l-istess aġir, kemm waħdu kif ukoll flimkien ma’ oħrajn, setax iwassal biex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>jippreġudika l-istima personali u l-kunfidenza ta’ [dak il-membru tal-persunal l-ieħor]<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> destinatarju tal-imsemmi aġir kif iddefinit fl-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Peress li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-President tal-Bank ħaddan l-evalwazzjonijiet tal-kumitat ta’ investigazzjoni u, għaldaqstant, eżiġa b’mod żbaljat li, sabiex jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, aġir għandu jkun ripetut bl-istess mod, mingħajr ma għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-effett kumulattiv ta’ aġir differenti fuq il-preġudizzju għall-istima personali u tal-kunfidenza personali tad-destinatarju ta’ tali aġir, l-ewwel parti tal-ewwel motiv għandha tintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, billi rrifjuta li jikklassifika l-aġir ikkontestat bħala li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku, il-Bank wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Fir-replika, hija ssemmi madankollu tmien prattiki, fir-rigward tal-aġir ikkontestat, li, b’mod żbaljat, ma ġewx irrikonoxxuti bħala li jikkostitwixxu fastidju psikoloġiku fid-deċiżjoni kkontestata. Hija tenfasizza wkoll li r-ristrutturazzjoni tad-dipartiment inkwistjoni ma setgħet fl-ebda każ tiġġustifika aġir ta’ fastidju psikoloġiku għall-implimentazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-Bank jitlob li t-tieni parti tal-ewwel motiv tiġi miċħuda, billi jenfasizza li d-diffikultajiet interni fid-dipartiment inkwistjoni kienu hemm qabel il-wasla tad-Direttur il-ġdid, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>kien ġie rreklutat biex iwettaq ristrutturazzjoni diġà deċiża u jtemm in-nuqqas ta’ ħiliet meħtieġa fi ħdan dan id-dipartiment (skills shortage)<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Sabiex tingħata deċiżjoni dwar il-fondatezza tat-tieni parti tal-ewwel motiv, li fiha r-rikorrenti tikkontesta l-evalwazzjoni tal-aġir differenti li, anki jekk jittieħed b’mod iżolat, oġġettivament jikkostitwixxi, fil-fehma tagħha, fastidju psikoloġiku, għandu l-ewwel nett jiġi eżaminat suċċessivament kull wieħed minn dan l-aġir allegat u, f’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> msemmi fl-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta huwa bbażat fuq kunċett oġġettiv li, għalkemm huwa bbażat fuq klassifikazzjoni kuntestwali ta’ atti u ta’ aġir ta’ uffiċjali u membri tal-persunal li ma huwiex dejjem sempliċi li jsir, ma jimplikax madankollu li jsiru evalwazzjonijiet kumplessi, bħal dawk li jistgħu jirriżultaw minn kunċetti ta’ natura ekonomika (ara, fir-rigward tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-kummerċ, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910507">7 ta’ Mejju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Nakajima vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:186">EU:C:1991:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), xjentifika (ara, għad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rütgers Germany <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑94/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:107">EU:T:2013:107</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew anki teknika (ara, għad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Schräder vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑38/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:196">EU:C:2010:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jiġġustifikaw li jiġi rrikonoxxut marġni ta’ diskrezzjoni lill-amministrazzjoni fl-applikazzjoni tal-kunċett inkwistjoni. Għalhekk, fil-preżenza ta’ allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 3.6.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta, għandu jiġi mistħarreġ jekk il-Bank wettaqx żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tad-definizzjoni tal-fastidju psikoloġiku msemmi f’din id-dispożizzjoni, u mhux ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-allegata strateġija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>eżilju<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> tar-rikorrenti, li mmaterjalizza b’mod partikolari permezz tal-iżvelar, mid-Direttur il-ġdid, tal-fatt li r-rikorrenti ma kinitx ser tikseb il-kariga ta’ kap ta’ diviżjoni li tant xtaqet, għandu jiġi rrilevat li, fl-ilment, ir-rikorrenti kienet sostniet biss li mid-deċiżjoni tad-Direttur il-ġdid li jippreżenta l-organigramma l-ġdida tad-dipartiment fil-waranofsinhar tad-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>, jiġifieri lejliet l-intervista fil-kuntest tal-proċedura intiża sabiex timtela l-kariga ta’ kap ta’ diviżjoni li xtaqet ir-rikorrenti, seta’ jiġi dedott unikament li huwa kien impliċitament iddeċida li r-rikorrenti ma kinitx ser tikseb dan il-post. Madankollu, fir-rikors, hija ssostni iktar kategorikament li d-Direttur il-ġdid kien avżaha li ma kinitx ser tingħata dan il-post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Minbarra dan l-iżvilupp fl-allegazzjoni inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrenti ma pprovdietx evidenza li, minkejja l-fatt li din id-deċiżjoni kellha tittieħed kolleġjalment minn bord ta’ għażla, id-Direttur il-ġdid kien diġà ddeċieda, qabel l-intervista, dwar l-eżitu tal-proċedura ta’ reklutaġġ għall-post ta’ kap ta’ diviżjoni u għarrafha li ma kinitx ser tintgħażel għal din il-pożizzjoni matul jew bil-fatt tal-preżentazzjoni tal-organigramma l-ġdida tad-dipartiment matul il-laqgħa tad-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali tosserva li, fl-ittra li hija bagħtet fl-<DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE> lil membru tal-persunal tal-Bank, ir-rikorrenti indikat biss li hija ma kinitx kunfidenti fl-eżitu tal-proċedura ta’ għażla u, f’dan il-kuntest, hija rrivelat li d-Direttur il-ġdid kien spjegalha, fir-rigward tal-fatt li hija kienet tinsab f’ċerta pożizzjoni fl-organigramma l-ġdida li kien ser jippreżenta lid-dipartiment<?PAGE NO="20"?> inkwistjoni, li kellu jagħmel dan sabiex tingħata stampa sħiħa tad-dipartiment, iżda li dan ma kienx ser ikollu impatt fuq l-intervista tagħha mal-bord. Issa, dan pjuttost juri li d-Direttur il-ġdid kien għadu ma ħax deċiżjoni f’dan ir-rigward. Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti ma qisitx neċessarju li tikkontesta l-eżitu tal-proċedura ta’ reklutaġġ f’din il-pożizzjoni, minkejja li hija tallega li din il-proċedura ġiet ippreġudikata favur persuna li kienet kollega tad-Direttur il-ġdid f’organizzazzjoni internazzjonali oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-President tal-Bank, fl-adozzjoni tiegħu tal-analiżi fir-rapport tal-kumitat ta’ investigazzjoni, ma wettaqx żball ta’ evalwazzjoni meta kkonstata, minn naħa, li r-rikorrenti ma wrietx in-natura irregolari tal-proċedura ta’ għażla li fiha hija ma rnexxilhiex fi kwalunkwe każ tiġi kklassifikata fit-tieni post, jiġifieri eżatt wara l-persuna allegatament maħtura b’favoritiżmu, u ma kienx irnexxielha turi ħila biżżejjed f’ċertu għarfien meħtieġ għall-pożizzjoni, u li, min-naħa l-oħra, din l-allegazzjoni ma setgħetx titqies li tikkostitwixxi fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>It-tieni nett, bl-istess mod, fir-rigward tad-deċiżjoni biex jiżżarma t-tim ristrett ta’ tliet persuni li qabel kellha l-ġestjoni tiegħu r-rikorrenti meta d-dipartiment inkwistjoni kien taħt it-tmexxija tad-direttur preċedenti li kienet taqa’ taħtu direttament, il-Qorti Ġenerali tfakkar li, bħall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni, il-Bank għandu l-libertà li jistruttura d-diviżjonijiet amministrattivi tiegħu billi jieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ fatturi, bħan-natura u l-portata tal-kompiti mogħtija lilhom u l-possibbiltajiet baġitarji, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-prijoritajiet tiegħu. Din il-libertà tinvolvi dik li jitneħħew impjiegi u li tinbidel l-allokazzjoni tal-kompiti ta’ impjiegi miżmuma, fl-interess ta’ effettività ikbar fl-organizzazzjoni tax-xogħlijiet, kif ukoll is-setgħa li jiġu assenjati mill-ġdid kompiti li qabel kienu jitwettqu mid-detentur tal-impjieg imneħħi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>HF vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑584/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:282">EU:T:2017:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Tzikas vs AFE</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑120/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:197">EU:F:2014:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hekk kif essenzjalment irrileva l-kumitat ta’ investigazzjoni, anki jekk id-Direttur il-ġdid kellu jieħu iktar żmien biex jispjega lir-rikorrenti dwar il-ħtieġa li jkun hemm iktar żvilupp tal-kompiti li hija kienet tieħu ħsieb qabel taħt it-tmexxija tad-direttur preċedenti, xorta kien jibqa’ l-fatt li r-riorganizzazzjoni tad-dipartiment inkwistjoni kienet ġiet deċiża mill-Bank, qabel id-dħul fis-servizz tad-Direttur il-ġdid, minħabba rendiment insodisfaċenti ta’ dan id-dipartiment u li, għaldaqstant, it-tneħħija tat-tim li qabel kien ġestit mir-rikorrenti, inkwantu hu kien ser jimplimenta din ir-ristrutturazzjoni, kienet taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Bank fl-organizzazzjoni tad-dipartimenti tiegħu u ma setgħetx raġonevolment tiġi interpretata bħala fastidju psikoloġiku min-naħa tad-Direttur il-ġdid li jimplimenta r-ristrutturazzjoni tad-dipartiment inkwistjoni deċiża mill-Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>L-ilment tar-rikorrenti għandu għalhekk jiġi miċħud fuq dan il-punt, mingħajr ma jkun hemm bżonn li tintlaqa’ t-talba tagħha intiża sabiex il-Bank jintalab, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jipproduċi r-rapporti ta’ evalwazzjoni tad-Direttur il-ġdid sabiex jiġi stabbilit li s-superjuri ta’ dan tal-aħħar kienu informati bil-problemi li ltaqa’ magħhom mal-persunal fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tad-dipartiment inkwistjoni, kif ukoll l-informazzjoni kollha miġbura mill-impjegati ta’ dan id-dipartiment mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>business partners<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> u d-dipartimenti mediċi dwar l-aġir tad-Direttur il-ġdid minn Ottubru 2014 sa Ġunju 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-kummenti magħmula fi ħdan id-dipartiment mid-Direttur il-ġdid dwar, minn naħa, il-fatt li l-impjegati tal-Bank ma għandhomx jilmentaw dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u, min-naħa l-oħra, li jiddispjaċih li ma setax ikeċċi kif irid l-impjegati li ma jkunux adatti għalih kif kien il-każ fil-karigi preċedenti tiegħu qabel ma daħal jaħdem mal-Bank, il-kumitat ta’ investigazzjoni kkonkluda fir-rapport tiegħu li tali osservazzjonijiet ma kinux jidhru irraġonevoli u li l-ilmenti tar-rikorrenti fir-rigward tagħhom kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>infondati inkwantu allegazzjonijiet ta’ fastidju<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>. Tali konklużjoni ma kinitx, fiha nnifsha, żbaljata, peress li ma kienx ġie stabbilit li, kienu kemm kienu goffi fid-dawl ta’ tmexxija tajba ta’ dipartiment, dawn il-kummenti kienu neċessarjament u speċifikament jikkonċernaw lir-rikorrenti. Għaldaqstant, dawn lanqas ma jistgħu jitqiesu li huma theddid espress fil-konfront tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fir-rigward, fir-raba’ lok, tal-fatt li d-Direttur il-ġdid kien poġġa fid-dubju r-rwol tar-rikorrenti bħala kap ta’ tim, b’mod partikolari meta kkritika, anki billi ċaħad id-dritt tagħha li tiffissa għanijiet għat-tliet membri ta’ dan il-grupp u li tevalwahom, għandu jitfakkar li, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li jgawdu minnha l-istituzzjonijiet fl-organizzazzjoni tad-dipartimenti tagħhom, la d-deċiżjonijiet amministrattivi dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-organizzazzjoni tad-dipartimenti, anki jekk ikunu diffiċli li jiġu aċċettati, u lanqas in-nuqqas ta’ qbil mal-amministrazzjoni dwar dawn l-istess kwistjonijiet, ma jistgħu fihom infushom jipprovaw l-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CQ vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑12/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:214">EU:F:2014:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li l-funzjoni ta’ kap tat-tim ma kinitx funzjoni formalment iddefinita fir-regoli applikabbli fi ħdan il-Bank u, fil-każ tar-rikorrenti, kienet responsabbiltà li kien fdalha d-direttur preċedenti, huwa mingħajr ma wettaq żball ta’ evalwazzjoni li l-President tal-Bank, bl-adozzjoni tiegħu tal-konstatazzjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni fuq dan il-punt, qies li dan it-tqegħid indiskussjoni mid-Direttur il-ġdid fuq l-awtorità tar-rikorrenti bħala kap ta’ tim, għalkemm ma kienx f’loku, f’dan il-każ fid-dawl tal-Artikolu 3.3 tal-Kodiċi ta’ Kondotta li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>[il-]kummenti kritiċi [tas-superjuri ġerarkiċi] għandhom jiġu espressi b’mod skjett u onest, mingħajr allużjonijiet jew theddid moħbi<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, ma jikkostitwixxux forma ta’ fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fir-rigward, fil-ħames lok, tal-fatt li r-rikorrenti ma kinitx ġiet mistiedna tipparteċipa f’ċerti laqgħat, deċiżjoni bħal din, bħala tali, tista’ taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tad-Direttur il-ġdid fl-organizzazzjoni tax-xogħlijiet tad-dipartiment inkwistjoni u, għaldaqstant, fiha nnifisha ma tikkostitwixxix neċessarjament fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fis-sitt lok, fir-rigward tal-fatt li d-Direttur il-ġdid kien interrompa prematurament laqgħa bejn l-assistent Segretarju Ġenerali tal-Bank, ir-rikorrenti u huwa stess, minħabba nuqqas ta’ preparazzjoni tar-rikorrenti dwar is-suġġett ta’ din il-laqgħa, tali aġir ma jikkostitwixxix neċessarjament fih innifsu fastidju psikoloġiku fir-rigward tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fir-rigward, fis-seba’ lok, tal-allegazzjoni li d-Direttur il-ġdid ipprefera fil-kuntatti tiegħu lill-persuni rreklutati ġodda taħt it-tmexxija tiegħu għad-detriment ta’ persuni diġà fil-kariga meta beda jaqdi dmirijietu, ma jidhirx li, bħala tali, dan l-aġir, li juri fuq kollox dgħufija fil-ġestjoni, jista’ jitqies li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku fil-konfront tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Finalment, fit-tmien lok, dwar l-affermazzjoni tar-rikorrenti dwar il-waqfa ħesrem li sofriet il-karriera tagħha wara t-tluq tad-direttur preċedenti tad-dipartiment inkwistjoni u tad-dħul fis-servizz tad-Direttur il-ġdid, għandu jiġi enfasizzat li, l-istess kif il-promozzjoni ta’ membru tal-persunal ma tippermettix li jiġi eskluż li dan ikun vittma ta’ fastidju jew ta’ mġiba malizzjuża min-naħa tas-superjur ġerarkiku tiegħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Faita vs KESE</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑92/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:130">EU:F:2013:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-fatt li r-rikorrenti allegatament ġarrbet rallentament fl-iżvilupp tal-karriera tagħha fih innifisu ma jikkostitwixxix neċessarjament fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>B’mod partikolari, f’kuntest fejn ir-rikorrenti ma kkontestatx l-evalwazzjonijiet tagħha, u lanqas id-deċiżjonijiet dwar il-progress tagħha allegatament issa iktar bil-mod, għandu jitfakkar li, barra l-proċess ta’ evalwazzjoni, ta’ promozzjoni u ta’ għażla fejn jista’ jikkontesta d-deċiżjonijiet li jirrigwardawh, membru tal-persunal ma jistax ikollu aspettattiva leġittima ta’ kontinwità fi żvilupp ta’ karriera mgħaġġla jew fil-kisba tal-funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni li għalihom il-membru tal-persunal kellu assigurazzjonijiet mill-predeċessur tas-superjur ġerarkiku attwali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha, minn naħa, tintlaqa’ parzjalment it-tieni parti tal-ewwel aggravju sa fejn, fir-rigward tal-aġir kontenzjuż, il-President tal-Bank ma setax jikkonkludi li dawn ma kinux jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> mingħajr ma eżaminahom f’kuntest globali u, min-naħa l-oħra, li din il-parti tiġi miċħuda fir-rigward tal-kumplament f’dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni magħmula separatament mill-Bank għal kull aġir individwali kkontestat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="22"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi marbut mal-assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari kontra d-Direttur il-ġdid</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Insostenn tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni prinċipalment li, meta rrifjuta li jiftaħ f’dan il-każ il-proċedura dixxiplinari kontra d-Direttur il-ġdid, il-President tal-Bank kiser kemm il-politika tad-dinjità fix-xogħol kif ukoll il-proċedura dixxiplinari stabbilita fl-Artikoli 38 sa 40 tar-Regolamenti tal-Persunal. F’dan ir-rigward, hija ssostni li, f’dan il-każ, u minkejja r-rikonoxximent ta’ fastidju psikoloġiku, il-President tal-Bank ma adotta ebda sanzjoni fir-rigward tad-Direttur il-ġdid, lanqas ċanfira bil-miktub. Huwa fil-fatt sempliċement hedded lill-persuna kkonċernata li jiftaħ il-proċedura dixxiplinari kontra tiegħu fil-każ ta’ reċidiva fi żmien tliet snin, biex b’hekk segwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta’ investigazzjoni. Issa, skont ir-rikorrenti, li tħoss li għandha interess ġuridiku f’dan ir-rigward, il-President tal-Bank ma kellux għażla oħra, f’dan il-każ, ħlief li jiddeċiedi li jagħti bidu għal proċeduri dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-politika ta’ dinjità fix-xogħol tipprevedi biss ħames tipi ta’ miżuri li fosthom ma hemmx theddida ta’ proċedura dixxiplinari fil-każ ta’ reċidiva. Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, li tibbaża ruħha, f’dan ir-rigward, fuq il-punt 68 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>OZ vs BEI</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑607/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:495">EU:T:2017:495</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-kumitat ta’ investigazzjoni ma kellu ebda għażla ħlief li jiċħad l-ilment jew jilqgħu u, f’dan il-każ, li jirrakkomanda proċeduri dixxiplinari, anki jekk, fuq dan l-aħħar punt, ir-rikorrenti ssostni li ma titlobx li d-Direttur il-ġdid għandu neċessarjament jingħata l-iktar sanzjoni iebsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Għalhekk, meta rrinunzja li jadotta, fil-livell tiegħu, is-sanzjoni ta’ ċanfira bil-miktub jew jiddeċiedi li jagħti bidu għall-proċeduri dixxiplinari quddiem il-kumitat dixxiplinari konġunt (joint committee) previsti fl-Artikolu 40 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-President tal-Bank kiser ir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> kemm tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti tqis, sussidjarjament, li, anki jekk jitqies li l-President tal-Bank igawdi minn setgħa diskrezzjonali fil-miżuri li għandhom jiġu adottati wara r-rapport tal-kumitat ta’ investigazzjoni, il-miżuri meħuda f’din il-kwistjoni huma fi kwalunkwe każ manifestament insuffiċjenti fid-dawl tal-gravità tal-aġir allegat jew, tal-inqas, ta’ dawk irrikonoxxuti, fir-rapport, bħala li jikkostitwixxu fastidju psikoloġiku. F’dan ir-rigward, hija tibbaża ruħha wkoll fuq il-perizja tal-uffiċjal mediku tal-Bank li jgħid li, mill-2013, kienet teżisti fil-BEI kultura li tiffavorixxi l-fastidju psikoloġiku. B’hekk, in-nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedura f’dan il-każ jikkontribwixxi għall-banalizzazzjoni tal-fastidju psikoloġiku għalkemm dan huwa pprojbit fil-Bank. B’mod partikolari, is-sempliċi theddida ta’ proċedura dixxiplinari fil-każ ta’ reċidiva fit-tliet snin li ġejjin ma hijiex ta’ natura li tissodisfa l-funzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ dissważjoni li normalment tkun marbuta ma’ sanzjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Il-Bank jitlob li t-tieni motiv jiġi miċħud bħala infondat, filwaqt li jqiegħed f’dubju l-interess ġuridiku tar-rikorrenti. Fil-fatt, skont il-Bank, ebda membru tal-persunal ma għandu interess li membru tal-persunal ieħor, f’dan il-każ id-Direttur il-ġdid, jiġi suġġett għal proċedura dixxiplinari jew ikun suġġett għal sanzjoni dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, il-Bank isostni li la l-politika tad-dinjità fix-xogħol, u lanqas ebda dispożizzjoni oħra applikabbli fi ħdanu ma jimponu obbligu li tinfetaħ proċedura dixxiplinari, u dan anki fil-każ ta’ fastidju psikoloġiku pprovat. Fil-fatt, il-President tal-Bank għandu f’dan ir-rigward setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-determinazzjoni tal-miżuri li jinħtieġu f’tali każ, bl-istess mod kif il-kumitat ta’ investigazzjoni għandu l-possibbiltà li jifformula għadd ta’ rakkomandazzjonijiet, iżda ma huwiex neċessarjament meħtieġ li jiġi rrakkomandat il-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari. Dan huwa l-każ hawnhekk, essenzjalment, tal-osservanza mill-President tal-Bank tal-prinċipju ta’ proporzjonalità bejn il-gravità tal-fastidju kkonstatat u l-miżuri meħtieġa li għandhom jiġu adottati bħala konsegwenza.<?PAGE NO="23"?> F’dan il-kuntest, il-Bank iqis li, kuntrarjament għal dak li tissuġġerixxi r-rikorrenti, il-President tiegħu ma kienx intitolat li jimponi s-sanzjoni taċ-ċanfira bil-miktub mingħajr konsultazzjoni tal-kumitat dixxiplinari konġunt, liema konsultazzjoni tikkostitwixxi għall-kuntrarju formalità sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-bank jiċħad l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-miżuri adottati f’dan il-każ kienu insuffiċjenti fid-dawl tal-gravità tal-fatti kkonstatati mill-kumitat ta’ investigazzjoni u mtennija min-naħa tiegħu mill-President tal-BEI. F’dan ir-rigward, huwa jqis li l-vittma ta’ fastidju psikoloġiku ma tistax tinvoka l-osservanza ta’ għan ta’ dissważjoni u ta’ prevenzjoni fid-definizzjoni tal-miżuri adottati mill-President tal-Bank fil-każ ta’ fastidju pprovat li jikkonċernaha, peress li, dejjem skont il-Bank, dan ikun qed jagħti lil tali vittma dritt li wieħed jaġixxi fl-interess tal-liġi, ħaġa li tmur kontra l-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Iktar sussidjarjament, il-Bank iqis li dan il-każ, filwaqt li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku, ma kienx każ serju li jiġġustifika l-ftuħ immedjat ta’ proċedura dixxiplinari kontra d-Direttur il-ġdid. Fil-fatt, għalkemm mingħajr dubju r-rikorrenti suġġettivament ipperċepietu bħala gravi, l-aġir tad-Direttur il-ġdid kien fir-realtà oġġettivament ikkaratterizzat, essenzjalment, minn ġestjoni ħażina u minn komunikazzjoni insuffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Preliminarjament, sa fejn ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata peress li din ma tikkostitwixxix miżura xierqa tal-President tal-Bank bi tweġiba għall-ilment tagħha, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Bank dwar in-nuqqas ta’ interess ġuridiku tar-rikorrenti f’dan ir-rigward. Fil-fatt, huwa inerenti fir-rekwiżiti ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjoni kkontestata li r-rikorrenti tkun tista’ tikkontesta, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, l-adegwatezza tal-miżuri adottati bi tweġiba għall-ilment tagħha. Il-fatt li, b’dan il-mod, hija tilmenta li l-Bank ma fetaħx il-proċedura dixxiplinari kontra terzi, f’dan il-każ id-Direttur il-ġdid, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward, peress li huwa stabbilit li, fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ma taġixxix fl-interess tal-liġi u, għall-kuntrarju, tressaq ilmenti li huma personali għaliha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar miżuri li jistgħu, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għall BEI, jiġu rrakkomandati mill-kumitat ta’ investigazzjoni u sussegwentement adottati mill-President tal-Bank fil-każ ipprovat ta’ fastidju psikoloġiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Wara li saret din il-preċiżazzjoni, għandu jitfakkar li, skont il-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>il-kumitat [ta’ investigazzjoni] jista’ jesprimi diversi rakkomandazzjonijiet maħsuba sabiex:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-każ jiġi abbandunat, wara li ż-żewġ partijiet setgħu jiċċaraw is-sitwazzjoni u tkun instabet soluzzjoni għall-futur, aċċettabbli għaż-żewġ naħat;</P></ITEM><ITEM><P>il-każ ma jitqiesx bħala intimidazzjoni jew fastidju, iżda bħala kunflitt fuq ix-xogħol li għandu jkun is-suġġett ta’ eżami iktar fil-fond jew ta’ segwitu;</P></ITEM><ITEM><P>l-ilment jiġi miċħud;</P></ITEM><ITEM><P>jittieħdu l-miżuri neċessarji jekk il-kumitat [ta’ investigazzjoni] juri li l-ilment huwa infondat u malintenzjonat;</P></ITEM><ITEM><P>tinfetaħ il-proċedura dixxiplinari [fir-rigward tal-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju]<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>.</P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Formalment, il-politika ta’ dinjità fix-xogħol ma tipprovdix espressament li, fejn il-kumitat ta’ investigazzjoni jikkonstata l-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku fi tmiem l-investigazzjoni tiegħu, huwa għandu neċessarjament jirrakkomanda l-ftuħ tal-proċedura dixxiplinari, li huwa biss wieħed mill-ħames tipi ta’ rakkomandazzjoni espressament previsti minn dan it-test.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Madankollu, f’tali każ ta’ konstatazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku, huma biss l-ewwel u l-ħames tipi ta’ rakkomandazzjoni li jkunu applikabbli, jiġifieri jew ir-rakkomandazzjoni intiża li l-kawża tiġi abbandunata minħabba li ż-żewġ partijiet setgħu jiċċaraw is-sitwazzjoni u li tkun instabet soluzzjoni għall-futur, aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, jew dik li tinfetaħ il-proċedura dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Fin-nuqqas li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-futur bejn il-partijiet, kif huwa l-każ hawnhekk, sa fejn, meta tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti esprimiet b’mod ċar in-nuqqas ta’ qbil tagħha dwar il-miżuri proposti mill-kumitat ta’ investigazzjoni u magħżula mill-President tal-Bank, il-formulazzjoni tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol tindika li l-konstatazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku mill-kumitat ta’ investigazzjoni għandha bħala prinċipju twassal għar-rakkomandazzjoni tal-ftuħ tal-proċedura dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tipi ta’ deċiżjonijiet li l-President tal-Bank jista’ jieħu abbażi ta’ rapport stabbilit mill-kumitat ta’ investigazzjoni, il-politika ta’ dinjità fix-xogħol tipprovdi enumerazzjoni ta’ tliet miżuri eventwali li għandhom jittieħdu. B’hekk, hija ssostni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>jista’ jkun hemm, pereżempju, l-implimentazzjoni ta’ proċedura dixxiplinari [fil-konfront tal-persuna li allegatament tkun responsabbli għall-fastidju], it-tnedija ta’ investigazzjonijiet addizzjonali f’diviżjoni ta’ ħidma jew dipartiment speċifiku, [jew] ta’ soluzzjoni aċċettata bi ftehim komuni bejn il-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fid-dawl tal-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>pereżempju<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>, jidher li din il-lista ma hijiex eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-segwitu dixxiplinari li jista’ jiġi deċiż immedjatament mill-President tal-Bank fil-każ ta’ fastidju psikoloġiku pprovat, l-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi sistema dixxiplinari, simili għal dik prevista fl-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal, kompluta bl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, li jgħid li jistgħu jiġu adottati tliet miżuri dixxiplinari skont il-gravità tal-każ. Filwaqt li l-ewwel waħda, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>twissija bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>, tista’ tiġi adottata mingħajr l-intervent tal-Kumitat dixxiplinari Konġunt, simili għall-bord dixxiplinari previst mir-Regolamenti tal-Persunal, iż-żewġ miżuri oħra ma jistgħux jiġu adottati ħlief wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dixxiplinari Konġunt, li l-kompożizzjoni tiegħu hija rregolata mill-Artikolu 40 tar-Regolamenti tal-Persunal. Dawn iż-żewġ miżuri huma t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>tkeċċija għal raġuni gravi, mingħajr avviż minn qabel bi jew mingħajr allowance tat-tluq<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> u t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>tkeċċija għal raġuni gravi, mingħajr avviż jew allowance tat-tluq, u bi drittijiet għall-pensjoni mnaqqsa<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Bank, dwar il-kliem tal-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-impożizzjoni mill-President tal-Bank ta’ sanzjoni ma tkunx teħtieġ, f’kull każ, li jiġi adit il-Kumitat dixxiplinari Konġunt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura u s-suffiċjenza tal-miżuri adottati fil-każ ta’ fastidju psikoloġiku pprovat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kumitat ta’ investigazzjoni rrakkomanda l-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari, iżda kkundizzjonaha bir-reċidiva tad-Direttur il-ġdid jekk jikser il-projbizzjoni ta’ fastidju psikoloġiku fi ħdan il-Bank. Peress li l-President tal-Bank approva din ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni, hemm lok li jiġi eżaminat jekk, kif issostni r-rikorrenti, din il-miżura setgħetx tiġi adottata minn dan tal-aħħar f’dan il-każ partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Dan iqajjem il-kwistjonijiet tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-President tal-Bank fid-determinazzjoni tal-miżura jew miżuri li għandu jieħu fil-preżenza ta’ fastidju psikoloġiku stabbilit mill-kumitat ta’ investigazzjoni, kif ukoll tan-natura xierqa tal-miżuri adottati f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, billi l-korp regolatorju applikabbli għall-Bank ma jipprovdix dispożizzjoni li fiha kunċett simili, hemm bżonn li jkun hemm ispirazzjoni, fid-dawl tal-għanijiet simili mfittxija skont l-Artikolu 3.2.1 tal-Kodiċi ta’ Kondotta u tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-ġurisprudenza dwar l-obbligu ta’ assistenza li jirriżulta mill-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jgħid, minn naħa, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>[l]-Unjoni għandha tassisti kull uffiċjal, partikolarment fi proċeduri<?PAGE NO="25"?> kontra kull persuna li tagħmel theddid, atti jew kliem ta’ insult jew defamatorji, jew kull attakk fuq persuna jew proprjetà li għalihom huwa jew membru mill-familja tiegħu huwa suġġett minħabba l-posizzjoni jew id-dmirijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> u, min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>[h]uma għandhom jikkumpensaw <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> l-uffiċjal għall-ħsara li sofra fit-tali każijiet, sakemm l-uffiċjal ma kkawżax il-ħsara intenzjonalment jew b’negliġenza gravi u ma kienx kapaċi jikseb kumpens mill-persuna li kkważata<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda l-uffiċjali u membri tal-persunal suġġetti għat-testijiet imsemmija fl-Artikolu 336 TFUE, hija ġurisprudenza stabbilita li, fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu f’sitwazzjoni li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-amministrazzjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, taħt l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni, fl-għażla tal-miżuri u tal-mezzi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lo Giudice vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑154/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:322">EU:T:2007:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>HF vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑570/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:283">EU:T:2017:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑132/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:115">EU:F:2015:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dwar il-fastidju, b’mod ġenerali, l-istituzzjoni ma tistax tadotta sanzjonijiet, dixxiplinari jew oħrajn, kontra l-persuna li allegatament tkun responsabbli għall-fastidju allegat, sew jekk ikun jew le superjur ġerarkiku tal-vittma allegata, ħlief jekk il-miżuri istruttorji ordnati, skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, jistabbilixxu b’ċertezza l-eżistenza, min-naħa tal-persuna akkużata mill-uffiċjal jew mill-membru tal-persunal, ta’ aġir li jippreġudika l-funzjonament tajjeb tas-servizz jew id-dinjità u r-reputazzjoni tal-vittma allegata (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891109">9 ta’ Novembru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Katsoufros vs Il-Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>55/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:409">EU:C:1989:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960228">28 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>Dimitriadis vs Il-Qorti tal-Awdituri</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑294/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:24">EU:T:1996:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑132/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:115">EU:F:2015:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet ġurisprudenzjali, għandu jitqies li, bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol, il-President tal-Bank għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-determinazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu wara r-rapport stabbilit mill-kumitat ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-President tal-Bank ma qiesx li kien meħtieġ li jimponi ċanfira bil-miktub lid-direttur inkwistjoni. Barra minn hekk, il-Bank ma allegax, fir-risposta, li l-indikazzjoni li tgħid li dan id-direttur kien jesponi ruħu għal proċeduri dixxiplinari fil-każ ta’ reċidiva fi żmien tliet snin kellha titqies bħala twiddiba, u lanqas li din ħadet forma bil-miktub irreġistrata fil-fajl amministrattiv tad-Direttur il-ġdid. Barra minn hekk, huwa stabbilit li l-President tal-Bank ma ddeċidiex li jadixxi immedjatament lill-Kumitat dixxiplinari Konġunt skont l-Artikoli 38 u 40 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>B’hekk, b’mod definittiv, b’risposta għal każ madankollu kkonstatat minnu ta’ fastidju psikoloġiku, il-President tal-Bank sempliċement indika lill-persuna li ressqet ilment taħt din il-politika li l-membru tal-persunal li taha fastidju kien ġie informat bil-fatt li kien ser ikun espost għal proċeduri dixxiplinari biss fil-każ ta’ reċidiva matul perijodu ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti Ġenerali tirrileva, minn naħa, li tali miżura, applikabbli biss fil-każ ta’ reċidiva tal-persuna kkonċernata, timplika li s-sanzjoni tal-aġir ta’ fastidju psikoloġiku pprovat tiddependi fuq il-konstatazzjoni ta’ aġir ġdid oġġezzjonabbli, anki jekk din il-konstatazzjoni tiddependi, fejn applikabbli, mid-deċiżjoni imprevedibbli tal-vittma l-ġdida jekk tressaqx jew le lment skont il-politika ta’ dinjità tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-għanijiet tal-Kodiċi ta’ Kondotta u tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol u, b’mod partikolari, tal-gravità intrinsika ta’ kull aġir ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarata f’dawn it-testi adottati mill-Bank, għandu jitqies li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-miżuri adottati mill-President tal-Bank ma kinux biżżejjed u, għalhekk, ma kinux xierqa meta mqabbla mal-gravità tal-każ ineżami, għall-inqas għal dak li jirrigwarda l-effetti immedjati li kellhom jirriżultaw minn dan l-aġir identifikat mill-President tal-Bank bħala li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bla ħsara għall-eżami globali li l-Bank għandu jagħmel fir-rigward tal-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-ewwel motiv u mingħajr ma huwa meħtieġ li tingħata deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk il-kumitat ta’ investigazzjoni kellux jieħu inkunsiderazzjoni iktar, fil-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, l-allegati lmenti ta’ erba’ membri tal-persunal oħra fid-dipartiment mediku tal-Bank u, barra minn hekk, jekk tali allegazzjonijiet jikkostitwixxux ilment li huwa personali għar-rikorrenti skont il-ġurisprudenza u li ma jagħtix lill-uffiċjali u lill-membri tal-persunal dritt li wieħed jaġixxi fl-interess tal-liġi jew tal-persunal ta’ istituzzjoni jew aġenzija tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>HN vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑588/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:292">EU:T:2017:292</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), hemm lok li jintlaqa’ t-tieni motiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-obbligu tar-rikorrenti, fil-kapaċità tagħha ta’ vittma, li żżomm id-deċiżjoni kkontestata kunfidenzjali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Insostenn tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Bank ma setax jeħtieġ minnha li żżomm kunfidenzjali, inkluż fir-rigward tal-qafas tad-diriġenti tal-Bank, l-eżistenza u l-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tammetti li, fl-istadju tat-tressiq tal-ilment, il-politika ta’ dinjità fix-xogħol tinkludi obbligu ta’ kunfidenzjalità li jorbot lill-vittma, lill-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju, lix-xhieda kif ukoll lill-parteċipanti l-oħra fil-proċeduri. Fil-fatt, huwa leġittimu li tiġi protetta r-reputazzjoni tad-diversi protagonisti sakemm il-fatti jiġu stabbiliti. Madankollu, ir-rikorrenti tqis li, ladarba l-proċedura ta’ investigazzjoni tintemm, ebda dispożizzjoni legali ma tawtorizza lill-President tal-Bank jirrikjedi s-silenzju tal-persuna li tkun ġiet irrikonoxxuta bħala vittma ta’ fastidju psikoloġiku, peress li tali ħtieġa tiffavorixxi l-protezzjoni tar-reputazzjoni tal-persuna inkwistjoni, minkejja li din tkun ġiet irrikonoxxuta bħala li wettqet atti ta’ fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>B’hekk, skont ir-rikorrenti, huwa inerenti fil-politika tad-dinjità fix-xogħol li persuna li tkun ġiet irrikonoxxuta bħala vittma ta’ fastidju psikoloġiku jew, bil-kontra, il-persuna akkużata inġustament bħala allegatament responsabbli għall-fastidju tista’ tuża r-riżultat tal-proċedura ta’ investigazzjoni. Għall-vittma, dan japplika b’mod partikolari biex jiġu stabbiliti mill-ġdid l-integrità professjonali u l-bilanċ psikoloġiku tagħha. Issa, dan neċessarjament jiddependi fuq ir-rikonoxximent minn kulħadd tal-fondatezza tal-ilment tagħha u tas-sofferenza li kienet ġiet esposta għaliha. F’dan il-każ, ir-rikorrenti, b’mod partikolari, kellha interess li tkun tista’ tispjega lill-eqreb superjur ġerarkiku tagħha jew lill-persuna li timpjegaha sussegwentement ir-raġunijiet oġġettivi għalfejn hija kienet vittma ta’ burn out u kellha tinterrompi l-karriera tagħha permezz ta’ LRP ta’ sentejn. Dan huwa kkorroborat mill-punti 257 u 258 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121205">5 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑88/09 u F‑48/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2012:171">EU:F:2012:171</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit tal-Bank li jżomm kunfidenzjali d-deċiżjoni kkontestata jikkostitwixxi wkoll żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li din id-deċiżjoni tikkontribwixxi biex il-fastidju psikoloġiku jitrawwem fil-Bank, filwaqt li, fir-rigward tar-regoli applikabbli, huwa obbligu tal-BEI, skont id-dmir tiegħu ta’ diliġenza u ta’ premura, li jieħu ħsieb juri l-eżistenza ta’ dan il-każ ta’ fastidju psikoloġiku, sabiex ikunu jistgħu jitkellmu vittmi potenzjali oħra, b’mod partikolari, f’dan il-każ, l-erba’ persuni oħra tad-dipartiment inkwistjoni li fetħu qalbhom dwar din il-kwistjoni mal-uffiċjal mediku tal-Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Il-Bank isostni li, sa fejn dan huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċirkustanza li, f’din l-ittra, il-kwistjoni tal-kunfidenzjalità kienet ġiet imfakkra lir-rikorrenti ma twassalx għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, peress li, minn naħa, dan huwa att li ġie wara din id-deċiżjoni, u min-naħa l-oħra, dan huwa att aċċessorju u separabbli mid-deċiżjoni msemmija. Barra minn hekk, din it-tfakkira elementari tad-dmir ta’ kunfidenzjalità tar-rikorrenti ma kienx jikkonsisti fil-ħolqien ta’ obbligu ta’ kunfidenzjalità ġdid u, fi kwalunkwe każ, kien iġġustifikat f’dan il-każ partikolari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-legalità tal-att ikkontestat għandha tiġi evalwata skont il-punti ta’ fatt u ta’ dritt eżistenti fid-data meta jkun ġie adottat l-att (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>15/76 u 16/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:29">EU:C:1979:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010517">17 ta’ Mejju 2001</DATE>, <NAME.CASE>IECC vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-449/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:275">EU:C:2001:275</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agrana Zucker,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑309/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:531">EU:C:2011:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif tenfasizza ġustament ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata għandha, b’ittri kbar, l-annotazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>Strettament kunfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> (strictly confidential), madankollu mingħajr ma jista’ jiġi immedjatament dedott minnha li, permezz ta’ din l-indikazzjoni, il-President tal-Bank ried jipprojbixxi lir-rikorrenti milli tiżvela lil membri oħra tal-persunal l-eżistenza u l-kontenut ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Biex wieħed jifhem il-portata ta’ dik l-annotazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata, għandu jsir riferiment kemm għall-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Bank u għall-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol. F’dan ir-rigward, dan l-Artikolu 9 jipprovdi li, fir-rigward tal-persuni esterni għall-Bank, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0090" ID="QS0090"/>[i]l-membri tal-persunal ma jistgħux, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, jirrappurtaw jew jiżvelaw informazzjoni jew dokumenti […] li jikkonċernaw il-Bank jew marbuta mal-attività ta’ dan tal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>. Il-politika tad-dinjità fix-xogħol tipprovdi min-naħa tagħha li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0091" ID="QS0091"/>partijiet kollha involuti fl-investigazzjoni u s-seduti ta’ smigħ, inklużi l-assistenti […] u [x]-xhieda, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu ta’ kunfidenzjalità<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Barra minn hekk, din tipprevedi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0092" ID="QS0092"/>[s]abiex jiġu protetti l-partijiet kollha kkonċernati, l-atti jinżammu b’mod strettament kunfidenzjali u l-informazzjoni tiġi ddivulgata biss fil-każ ta’ ħtieġa assoluta<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ammess li, meta poġġa, b’ittri kbar fuq id-deċiżjoni kkontestata, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0093" ID="QS0093"/>Strettament kunfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/>, il-President tal-Bank ried jipprojbixxi lir-rikorrenti, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, li tiżvela l-eżistenza u l-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata kemm lil persuni esterni għall-Bank kif ukoll lil membri tal-persunal l-oħra u lid-diriġenti tal-Bank. Dan jikkorrispondi barra minn hekk ma dak li jsostni, essenzjalment, il-Bank fir-risposta tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, din il-konstatazzjoni ma hijiex neċessarjament ikkorroborata mill-fatt li, fl-ittra tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE> – li kien fiha, b’ittri kbar, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0094" ID="QS0094"/>Personali u kunfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> (Personal and confidential), iżda li madankollu r-rikorrenti ma talbitx l-annullament tagħha f’dan il-każ –, ġie kkonstatat li jista’ jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti kienet kisret ir-regoli ta’ kunfidenzjalità meta bagħtet il-messaġġ elettroniku tas-<DATE ISO="20170206">6 ta’ Frar 2017</DATE>, li s-suġġett tagħha kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0095" ID="QS0095"/>ta’ natura ferm kunfidenzjali billi, fost l-oħrajn, [kienet] taffettwa r-reputazzjoni professjonali ta’ membru tal-persunal tal-BEI<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/>, lil diversi destinatarji. Fil-fatt, f’dik id-data, il-proċedura quddiem il-kumitat ta’ investigazzjoni kienet għadha għaddejja. Għalhekk, f’din id-data, ir-rikorrenti kienet marbuta bl-obbligu ta’ kunfidenzjalità previst fil-politika ta’ dinjità fix-xogħol sakemm il-proċedura ta’ investigazzjoni kienet għadha għaddejja u anki meta hija riedet tirreferi biss għas-senjalazzjoni li kienet għamlet skont il-politika ta’ senjalazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kontenut tal-ittra tad-<DATE ISO="20170509">9 ta’ Mejju 2017</DATE> jikkonferma, min-naħa tiegħu, li permezz tal-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0096" ID="QS0096"/>Strettament kunfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/> fid-deċiżjoni kkontestata, il-President tal-Bank kellu l-intenzjoni li jipprojbixxi lir-rikorrenti milli tiżvela l-eżistenza u l-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata kemm lil persuni esterni għall-Bank kif ukoll lil membri tal-persunal l-oħra u lid-diriġenti tal-Bank. Fil-fatt, fl-ittra tad-<DATE ISO="20170509">9 ta’ Mejju 2017</DATE>, kien indikat lir-rikorrenti li, kif hija kienet taf, id-dokumenti kollha relatati mal-proċedura ta’ dinjità fix-xogħol għandhom jiġu ttrattati b’kunfidenzjalità mill-iktar stretta u li l-ittra ta’ apoloġija tad-Direttur il-ġdid, ifformulata fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma kellhiex tiġi żvelata jew ippubblikata lil terzi mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi ddeterminat jekk il-President tal-Bank jew id-dipartimenti tiegħu setgħux jorbtu d-deċiżjoni kkontestata u l-ittra ta’ apoloġija tad-Direttur il-ġdid b’livell ta’ kunfidenzjalità li jwassal għall-projbizzjoni fuq ir-rikorrenti li tikxef lil terzi l-eżistenza ta’ dawn id-dokumenti kif ukoll il-kontenut tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="28"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt, għandu jiġi rrilevat li l-punt 3(d) tal-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol jistabbilixxi li meta membru tal-persunal iressaq ilment, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0097" ID="QS0097"/>dan ma jistax jiġi rtirat u [li] din il-proċedura għandha tkompli sal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-importanza li l-investigazzjoni amministrattiva titwassal sa tmiemha hija b’mod partikolari relatata, minn naħa, mar-rikonoxximent eventwali mill-Bank, fi tmiem l-investigazzjoni amministrattiva, li titmexxa eventwalment bl-għajnuna ta’ korp distint, bħall-kumitat ta’ investigazzjoni, tal-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku li jista’, fih innifsu, ikollu effett pożittiv fil-proċess terapewtiku ta’ rkupru tal-uffiċjal jew tal-membru tal-persunal li ngħata l-fastidju u, barra minn hekk, jista’ jintuża mill-vittma għall-finijiet ta’ eventwali azzjoni ġudizzjarja nazzjonali. Min-naħa l-oħra, it-tmexxija sa tmiemha ta’ investigazzjoni amministrattiva tista’, għall-kuntrarju, tippermetti li jiġu kkonfutati l-allegazzjonijiet tal-vittma allegata, u b’dan il-mod tippermetti li jiġu rrimedjati d-danni li tali akkuża, jekk din tirriżulta li tkun infondata, setgħet ikkawżat lill-persuna kkonċernata minn proċedura ta’ investigazzjoni bħala l-persuna li allegatament tat fastidju (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑132/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:115">EU:F:2015:115</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Issa, li kieku kellu jiġi impost fuq membru tal-persunal tal-Bank vittma ta’ fastidju psikoloġiku li jibqa’ sieket dwar l-eżistenza ta’ tali fastidju, dan ikollu l-konsegwenza li, lil hinn mill-fatt li huwa ma jkunx iktar neċessarjament kapaċi jiġġustifika kull assenza eventwali għal raġunijiet ta’ mard marbut mal-imsemmi fastidju psikoloġiku, li l-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tuża l-konstatazzjonijiet magħmula mill-kumitat ta’ investigazzjoni u mill-President tal-Bank, rispettivament fir-rapport u fid-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ azzjoni eventwali magħmula quddiem qorti nazzjonali kontra l-persuna li tkun tatha fastidju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tar-regoli applikabbli għall-Bank tkun tidħol f’kunflitt mal-għan, sottostanti għall-Kodiċi ta’ Kondotta u għall-politika tad-dinjità fix-xogħol, li jiġi prekluż u ssanzjonat kwalunkwe fastidju psikoloġiku fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, anki jekk il-fastidju psikoloġiku, sa fejn jaffettwa s-saħħa u d-dinjità tal-persuna li tkun il-vittma tiegħu, jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-ħaddiem, fis-sens tal-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li t-tielet motiv għandu jintlaqa’ u li, għaldaqstant, fil-limiti ta’ dak li ġie kkonstatat fil-punti 115 u 142 ta’ din is-sentenza kif ukoll fil-kuntest tal-kunsiderazzjoni tat-tielet motiv, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għad-danni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tressaq tliet talbiet għad-danni li għandhom jiġu eżaminati suċċessivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Bank jitlob li t-talbiet għad-danni jiġu miċħuda, billi jikkontesta l-eżistenza ta’ kwalunkwe ħtija min-naħa tiegħu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta minn prattiki ta’ fastidju kkonstatati fid-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, il-prattiki ta’ fastidju psikoloġiku tad-Direttur il-ġdid ikkawżawlha dannu li l-Bank għandu l-obbligu li jikkumpensa peress li l-aġir li n-natura ta’ fastidju psikoloġiku tiegħu ġie rrikonoxxut mill-kumitat ta’ investigazzjoni u mill-President tal-Bank kien ġie adottat fl-eżerċizzju mid-Direttur il-ġdid ta’ dmirijietu. Għalhekk, ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, bħala kumpens tad-dannu għar-reputazzjoni tagħha u saħħitha, li huwa pprovat permezz taċ-ċertifikat mediku<?PAGE NO="29"?> tal-psikjatra tagħha, kumpens fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">121992</FT>, li jikkorrispondi għal sena salarju gross, jiġifieri għal nofs is-salarju li kienet tirċievi li kieku ma kinitx obbligata titlob LRP ta’ sentejn sabiex toqgħod ’il bogħod mill-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju fiż-żmien allegat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Sussidjarjament, hija tqis li l-ammont tal-kumpens mitlub minħabba aġir tad-Direttur il-ġdid ma jistax ikun inqas mill-ammont tal-bonus tal-prestazzjoni li dan irċieva fl-2015 u fl-2016, snin li matulhom dan kien ta fastidju psikoloġiku lir-rikorrenti. Fil-fatt, tali metodu ta’ evalwazzjoni tad-dannu tagħha jippermetti li jiġi evitat li l-persuna kkonċernata tiġi kkumpensata mill-Bank għall-atti oġġezzjonabbli li wettaq u li ġew irrikonoxxuti bħala tali mill-kumitat ta’ investigazzjoni u mill-President tal-Bank. Sabiex tinqata’ din it-talba sussidjarja, ir-rikorrenti tistieden lill-Qorti Ġenerali tordna lill-BEI jinformaha bl-ammont ta’ dan il-bonus tal-prestazzjoni jew fil-kuntest ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jew waqt is-seduta li madankollu din finalment ma talbitx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Il-Bank jitlob li din it-talba għad-danni tiġi miċħuda, filwaqt li jirrileva li t-talba tar-rikorrenti ma hija bbażata fuq ebda element mediku kredibbli li jistabbilixxi rabta bejn il-fastidju kkonstatat u l-allegat dannu lill-istat ta’ saħħa tar-rikorrenti. Huwa jqis ukoll li segwa l-proċeduri applikabbli u li tmexxew fi żmien xieraq. B’mod partikolari, isostni li r-rikorrenti ma wrietx fhiex kienet tikkonsisti l-ħtija tal-Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-BEI jridu jiġu ssodisfatti numru ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri, l-illegalità tal-aġir allegat fil-konfront tiegħu, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir allegat u d-dannu invokat (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940601">1 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑136/92 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:211">EU:C:1994:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita wkoll applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-kawżi bejn il-BEI u l-membri tal-persunal tiegħu, kawżi bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha, indipendentement mis-sistema ta’ impjieg applikabbli għall-persunal tagħha, isegwu regoli partikolari u speċjali meta mqabbla ma’ dawk li jirriżultaw mill-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni fil-kuntest tal-Artikolu 268 TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE. Fil-fatt, b’mod differenti minn kull individwu ieħor li jaġixxi skont dawn l-aħħar dispożizzjonijiet, l-uffiċjal jew il-membru tal-persunal tal-Unjoni huwa marbut mal-istituzzjoni li huwa jiddependi minnha permezz ta’ relazzjoni ġuridika ta’ impjieg li tinvolvi ekwilibriju ta’ drittijiet u ta’ obbligi reċiproki speċifiċi, li huwa rifless mid-dmir ta’ premura tal-istituzzjoni fir-rigward tal-persuna kkonċernata. Dan l-ekwilibriju huwa intiż essenzjalment sabiex tiġi ppreżervata r-relazzjoni ta’ fiduċja li għandha teżisti bejn l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali tagħhom sabiex iċ-ċittadini jiġu ggarantiti t-twettiq sew tal-missjonijiet ta’ interess ġenerali assenjati lill-istituzzjonijiet. Minn dan isegwi li, meta hija taġixxi bħala entità li timpjega, l-Unjoni hija suġġetta għal responsabbiltà addizzjonali, li timmanifesta ruħha permezz tal-obbligu li tikkumpensa d-danni kkawżati lill-persunal tagħha minn kull illegalità mwettqa fil-kapaċità tagħha bħala persuna li timpjega (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Petrilli</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑143/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:531">EU:T:2010:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, mhux riveduta permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110208">8 ta’ Frar 2011</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0098" ID="QS0098"/>Eżami mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/> <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Petrilli</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑17/11 RX</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:55">EU:C:2011:55</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Nanopoulos</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑308/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:370">EU:T:2012:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u mhux biss, kif inhu l-każ għar-rikorsi ppreżentati skont l-Artikolu 268 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE, għall-ksur suffiċjentement serju ta’ regola ta’ dritt li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk waħda mit-tliet kundizzjonijiet, imfakkra fil-punt 165 ta’ din is-sentenza, ma tkunx sodisfatta, ir-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990909">9 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Lucaccioni vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑257/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:402">EU:C:1999:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-danni allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba l-aġir tad-direttur il-ġdid, għandu jiġi enfasizzat li, anki jekk dawn l-azzjonijiet twettqu minnu fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, xorta jibqa’ l-fatt li huma jistgħu jinvolvu r-responsabbiltà personali tal-persuna kkonċernata<?PAGE NO="30"?> fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti, anki jekk, f’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li huwa l-każ taħt l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-regoli applikabbli għall-BEI ma jipprevedux obbligu ta’ għajnuna li jimponi li l-Bank jassisti lir-rikorrenti, b’mod partikolari finanzjarjament, f’tali riċerka ta’ kumpens u li jkun responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, fejn xieraq, għad-danni kkawżati minn kwalunkwe membru tal-persunal tiegħu lil xi ħadd ieħor mill-membri tal-persunal tiegħu (ara, f’dak li jirrigwarda l-portata tad-dmir ta’ assistenza taħt l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑129/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:203">EU:F:2013:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-responsabbiltà tal-Bank ma tistax tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-aġir ta’ wieħed mill-membri tal-persunal tiegħu lejn membru tal-persunal ieħor sakemm dan l-aġir ma kienx rikjest mill-awtorità ġerarkika, liema ħaġa ma hijiex il-każ f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kundizzjoni dwar l-illegalità ta’ aġir tal-Bank hija nieqsa fir-rigward tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir li ħoloq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0099" ID="QS0099"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> attribwit lid-Direttur il‑ġdid u jista’, bħala tali, jiġi rrimedjat permezz ta’ azzjoni magħmula kontra l-persuna kkonċernata quddiem qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tistax issostni, b’mod raġonevoli, li l-Bank kien naqas fl-implimentazzjoni tal-proċeduri interni meta, f’dan il-każ, dan mexxa l-proċedura prevista mill-politika tad-dinjità fix-xogħol sa tmiemha u meta, fid-deċiżjoni kkontestata, anki jekk ma ġibidtx il-konsegwenzi kollha li kienu meħtieġa, il-President tal-Bank irrikonoxxa l-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku f’dak li jirrigwarda ċertu aġir oġġezzjonabbli tad-Direttur il-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorrenti ma ressqitx prova ta’ ħtija tal-Bank fir-rigward tad-dannu allegatament imġarrab minħabba fastidju psikoloġiku mid-Direttur il-ġdid fil-konfront tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn il-ħtija u d-dannu allegat lanqas ma hija sodisfatta f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-proċess jirriżulta li, fl-applikazzjoni tagħha għal LRP, ir-rikorrenti kienet invokat żewġ motivi fejn f’wieħed kienet ir-rieda tagħha li żżomm ’l bogħod mid-Dipartiment inkwistjoni matul il-proċedura ta’ investigazzjoni. Min-naħa l-oħra, ma jidhirx li hija talbet lill-Bank li tiġi temporanjament assenjata f’dipartiment ieħor tal-inqas fl-istess funzjonijiet, anki jekk hija kienet lesta, fuq bażi ta’ ftehim bonarju, li taċċetta promozzjoni għal impjieg tal-grupp ta’ dmirijiet tal-kapijiet ta’ diviżjoni f’dipartiment ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-fatt li l-amministrazzjoni ma laqgħetx it-talba tagħha ħlief għall-motiv l-ieħor, jiġifieri dak li twaqqaf l-impriża tagħha jew li tingħaqad ma’ impriża oħra, jidher li n-nuqqas ta’ dħul mill-Bank matul perijodu ta’ sentejn, kif ukoll id-dannu morali tagħha f’dan ir-rigward, huma l-konsegwenza tal-għażla tagħha li tieħu l-LRP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li, mingħajr ma hemm bżonn li wieħed jistaqsi fuq ir-rilevanza tal-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti dwar l-ammont tal-bonus ta’ prestazzjoni li rċieva d-Direttur il-ġdid, it-talbiet għad-danni sabiex jingħata kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-prattiki ta’ fastidju kkonstatati fid-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kumpens għad-dannu morali separabbli mill-illegalitajiet li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija sofriet dannu morali, separabbli mill-illegalitajiet li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata u li ma jistax jiġi kkumpensat totalment b’sempliċi annullament ta’ dik id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="31"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Dan id-dannu morali li hija tistma <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> jirriżulta, l-ewwel nett, mill-għażla tal-kumitat ta’ investigazzjoni u l-President tal-Bank li ma ssirx investigazzjoni tal-prattiki oġġezzjonabbli kollha li d-Direttur il-ġdid kien allegatament l-awtur tagħhom u li kienu ġew invokati minn erba’ membri oħra tad-dipartiment inkwistjoni; it-tieni nett, min-nuqqas ta’ miżuri meħuda mill-Bank biex jistabbilixxi mill-ġdid ir-reputazzjoni professjonali tar-rikorrenti u, b’mod partikolari, mill-projbizzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża u kontenzjuża li ma tiżvela lil ħadd fi ħdan il-Bank li hija kienet vittma ta’ fastidju psikoloġiku; it-tielet nett, mis-sentiment ta’ inġustizzja u turmenti li hija affaċċjat minħabba l-fatt li, sabiex id-drittijiet tagħha jiġu rrikonoxxuti, hija ġiet imġiegħla tagħmel dawn il-proċeduri, inkluż dik ta’ konċiljazzjoni u, ir-raba’ nett, minħabba l-fatt li d-Direttur il-ġdid kien skuża ruħu biss tardivament. Hija ssemmi wkoll in-nuqqas ta’ propensità tal-Bank li jsolvi t-tilwima b’mod amikevoli, peress li dan tal-aħħar ma aċċettax li joffrilha post bħala kap ta’ diviżjoni f’dipartiment ieħor, u lanqas kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Il-Bank jikkontesta l-eżistenza ta’ dannu morali separabbli mill-allegati illegalitajiet li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata, billi jenfasizza, b’mod partikolari, li huwa ma kellux l-obbligu li jagħmel proċedura ta’ investigazzjoni dwar l-erba’ persuni msemmija mir-rikorrenti bħala li kienu vittmi ta’ fastidju psikoloġiku, peress li dawn il-persuni ma kinux ressqu lment f’dan is-sens u peress li r-rikorrenti ma kellha ebda interess ġuridiku favur terzi. Barra minn hekk, fid-dawl tal-livell ta’ preċiżjoni u ta’ kompletezza tal-ilment tar-rikorrenti, il-kumitat ta’ investigazzjoni ma kellux l-obbligu li jinvestiga lil hinn mill-fatti allegati. Fir-rigward tar-reputazzjoni tar-rikorrenti u tal-obbligu li sarilha biex tinżamm il-kunfidenzjalità tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bank ma jarax kif ir-rikorrenti ġarrbet dannu morali, b’mod partikolari peress li l-Bank għandu dritt li juża rimedji interni jew esterni fil-każ ta’ ksur mill-membri tal-persunal tiegħu jew minn partijiet terzi ta’ regoli ta’ kunfidenzjalità applikabbli fi ħdanu. Dwar in-nuqqas ta’ proposta ta’ pożizzjoni ġdida, il-Bank ifakkar li r-rikorrenti kienet f’LRP u li hija ma kellhiex għalhekk l-intenzjoni li tkompli x-xogħol fi żmien qasir, liema ħaġa tiġġustifika li ma kienet saritilha l-ebda offerta ta’ impjieg ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-annullament ta’ att ivvizzjat b’illegalità, bħad-deċiżjoni kkontestata, jikkostitwixxi, fih innifsu, kumpens adegwat u, bħala prinċipju, suffiċjenti għal kull dannu morali li dan l-att seta’ kkawża. Madankollu, dan ma jistax ikun il-każ meta r-rikorrenti turi li tkun ġarrbet dannu morali li jkun jista’ jiġi sseparat mill-illegalità li fuqha jkun ibbażat l-annullament u li ma jkunx jista’ jiġi kkumpensat totalment b’dan l-annullament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Girardot vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑10/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:94">EU:T:2004:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0131">131</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150519">19 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Brune vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑59/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:50">EU:F:2015:50</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170516">16 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>CW vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑742/16 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:338">EU:T:2017:338</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-għażla tal-kumitat ta’ investigazzjoni u tal-President tal-Bank li ma jagħmlux tali investigazzjoni ta’ prattiki oġġezzjonabbli li allegatament kien l-awtur tagħhom id-Direttur il-ġdid u li ġew invokati minn erba’ membri oħra tad-dipartiment inkwistjoni, għandu jitfakkar li l-President tal-Bank għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-determinazzjoni tal-miżuri meħtieġa fil-każ ta’ fastidju psikoloġiku pprovat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>B’hekk, anki jekk, fost il-miżuri espressament imsemmija fil-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ dinjità fix-xogħol, it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0100" ID="QS0100"/>tnedija ta’ investigazzjonijiet addizzjonali f’diviżjoni ta’ xogħol jew ta’ dipartiment speċifiku<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/>, ma jistax jiġi aċċettat, fid-dawl tal-aġir ta’ fastidju identifikat f’dan l-istadju fid-deċiżjoni kkontestata u bla ħsara għall-eżami mill-ġdid tal-każ wara l-għoti ta’ din is-sentenza, li l-President tal-Bank, f’dan il-każ, mar lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu meta ma ddeċidiex, f’dan l-istadju, li jestendi l-investigazzjoni għal aġir tad-Direttur il-ġdid fir-rigward ta’ persuni oħra minbarra r-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-projbizzjoni li kienet saret lir-rikorrenti milli tiżvela l-eżistenza u l-kontenut, minn naħa, tad-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, tal-ittra ta’ apoloġija tad-Direttur il-ġdid, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni, ir-rikorrenti kienet marbuta b’obbligu ta’ kunfidenzjalità, li jimplika l-obbligu ta’ moderazzjoni u prudenza meta tintbagħat il-posta elettronika lil<?PAGE NO="32"?> diversi destinatarji mhux direttament involuti fil-proċedura ta’ investigazzjoni jew ta’ senjalazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li l-Bank ma setax jobbligaha, ladarba l-proċedura ta’ investigazzjoni tkun ingħalqet, li tibqa’ siekta dwar il-fastidju psikoloġiku, meta l-President tal-Bank kien madankollu, huwa stess, irrikonoxxa li hija kienet il-vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Din l-illegalità, li taffettwa d-deċiżjoni kkontestata, imponiet perjodu ta’ silenzju mhux dovut fuq ir-rikorrenti, b’mod li projbizzjoni bħal din ta’ komunikazzjoni dwar dan is-suġġett ikkawżatilha dannu morali li ma jistax jiġi kompletament irrimedjat permezz tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900207">7 ta’ Frar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Culin vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:49">EU:C:1990:49</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ tendenza tal-Bank li jsolvi t-tilwima amikevolment, għandu jiġi kkonstatat li, indipendentement mill-eżistenza ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista skont l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-vittma ta’ fastidju psikoloġiku ma tistax tkun intitolata li titlob lil istituzzjoni li dan il-fastidju psikoloġiku pprojbit mid-dispożizzjonijiet applikabbli fi ħdan il-Bank jiġi kkumpensat bl-għoti ta’ pożizzjoni partikolari, u lanqas, b’mod partikolari, ta’ impjieg bħal dak ta’ kap ta’ diviżjoni li jiġi pprovdut permezz ta’ proċedura ta’ għażla skont il-merti tal-kandidati u miftuħa għall-uffiċjali kollha ta’ din l-istituzzjoni. Bl-istess mod, anki jekk, għal raġunijiet ta’ paċifikazzjoni, huwa jista’ jikkunsidra tali approċċ, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni, il-Bank ma kienx ikun obbligat f’dan il-każ li joffri lir-rikorrenti kumpens sabiex isolvi t-tilwima bejnha u d-Direttur il-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ittra ta’ apoloġija, mibgħuta lir-rikorrenti fid-<DATE ISO="20180509">9 ta’ Mejju 2018</DATE>, jiġifieri inqas minn xahrejn wara d-deċiżjoni kkontestata, din ċertament setgħet saret u ntbagħtet iktar malajr. Madankollu, tali dewmien jibqa’ relattiv u ma jiġġustifikax konstatazzjoni ta’ ħtija, fil-konfront tal-Bank, li tista’ tagħti lok għar-responsabbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti Ġenerali tqis li ssir evalwazzjoni ġusta tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti, u li ma jistax jiġi kompletament irrimedjat permezz tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, billi jiġi ffissat, <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT>, l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta minn nuqqasijiet allegatament imwettqa mill-kap tad-dipartiment tal-persunal</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, permezz tal-ittra tiegħu tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, il-kap tad-dipartiment tal-persunal wettaq żewġ żbalji separati li kkawżaw dannu li din qed titlob kumpens għalih. L-ewwel nett, il-kliem ta’ din l-ittra juri ksur tal-Artikolu 2 tat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0101" ID="QS0101"/>Termini ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/> tad-direttur ġenerali tal-konformità, li huwa mistenni li jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b’mod indipendenti mid-direttorati ġenerali u mid-dipartimenti tal-Bank l-oħra. Fil-fatt, dawn juru, minn naħa, li l-kap tad-dipartiment tal-persunal kien jaf dwar l-istat tal-progress u tal-passi meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ senjalazzjoni, kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-kap tad-dipartiment tal-persunal kien assuma għalih il-prerogattivi tal-President u tal-Viċi Presidenti tal-Bank fis-superviżjoni tad-disfunzjonijiet manifesti tal-proċedura ta’ rapportar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li l-kap tad-dipartiment tal-persunal, primarjament, hedded ritaljazzjoni jew wettaq att ta’ intimidazzjoni kontra l-avukat tagħha u kontriha stess fis-sens tal-fuljett dwar id-dinjità fuq ix-xogħol u l-politika ta’ senjalazzjoni, li jistgħu jiskoraġġixxuha, bħala vittma ta’ fastidju psikoloġiku, milli teżerċita d-drittijiet tagħha, b’mod partikolari kontra l-persuna li tatha l-fastidju. Sussidjarjament, ir-rikorrenti tara, fil-kliem tal-kap tad-dipartiment tal-persunal li jinsab fl-ittra tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, ksur tad-dmir ta’ diliġenza u ta’ premura tal-Bank, liema ksur kien jirriżulta mir-riċerka mill-kap tad-dipartiment tal-persunal ta’ mezzi ta’ azzjoni kontra r-rikorrenti u l-avukat tagħha. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li l-affermazzjonijiet li jinsabu f’din l-ittra dwar ksur potenzjali minnha tal-obbligi tagħha taħt il-kunfidenzjalità tal-proċedura ta’ investigazzjoni ma huma<?PAGE NO="33"?> bl-ebda mod issostanzjati u fir-realtà huma mingħajr bażi. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ma tara ebda raġuni għalfejn l-informazzjoni li tinsab fl-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20170206">6 ta’ Frar 2017</DATE> għandha tkun kunfidenzjali fir-rigward tal-President u tal-Viċi Presidenti tal-Bank, kif ukoll ebda ħsara potenzjali għar-reputazzjoni tad-Direttur il-ġdid, peress li dan kien instab ħati ta’ aġir li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku fil-konfront tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190</NO.P><TXT>Peress li qieset li l-aġir tal-kap tad-dipartiment tal-persunal ħalliha fi stat ta’ inċertezza u ta’ inkwiet serju li kkontribwixxa għal telf ta’ fiduċja fl-imparzjalità tal-Bank, fejn il-persuni responsabbli wrew b’hekk li pprovaw jipproteġu akkost ta’ kollox ir-reputazzjoni tad-Direttur il-ġdid minflok ma assistewha biex terġa’ tistabbilixxi r-reputazzjoni professjonali tagħha stess bħala vittma ta’ fastidju psikoloġiku, hija titlob ammont minimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> bħala kumpens għad-dannu morali li hija allegatament ġarrbet minħabba dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191</NO.P><TXT>Il-Bank jinvoka, prinċipalment, l-inammissibbiltà tat-talbiet għad-danni relattivi għall-ittra tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, sa fejn din l-ittra, dwar il-proċedura ta’ senjalazzjoni, separata mill-proċedura ta’ investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma timponi ebda obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward ta’ din l-aħħar deċiżjoni. Hija għaldaqstant ma tikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat u ma tirriflettix l-eżistenza ta’ nuqqas amministrattiv li jista’ jagħti lok għal kumpens. Għalhekk, it-talba għal kumpens fuq dan il-punt hija prematura u, f’kull każ, il-Bank isostni, sussidjarjament, li hija infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tfakkar, qabel kollox, li, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni l-Bank, il-fatt li l-ittra tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE> ma tikkostitwixxix att li jikkawża preġudizzju ma jistax iwassal għall-inammissibbiltà ta’ dawn it-talbiet għad-danni, sakemm huwa stabbilit li r-rikorrenti takkuża lill-BEI b’aġir li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tagħha u li, barra minn hekk, skont l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn it-talbiet ma jiddependux fuq it-tressiq ta’ talbiet għal annullament ta’ din l-ittra, u lanqas fuq l-ammissibbiltà ta’ tali talbiet għal annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193</NO.P><TXT>Imbagħad, il-Qorti Ġenerali tqis li, f’kull każ, dawn it-talbiet għal kumpens għandhom jiġu miċħuda fil-mertu, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġi ddeterminat jekk dawn, koperti mit-tieni talba għal konċiljazzjoni mressqa mir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, josservawx l-obbligu msemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal li t-tilwima tiġi sottomessa għal proċedura ta’ konċiljazzjoni qabel id-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, jiġifieri fil-<DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-ewwel tliet paragrafi tal-ittra tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, iffirmata mill-kap tad-dipartiment tal-persunal u mid-direttur tad-dipartiment tar-relazzjonijiet soċjali u tad-dipartimenti amministrattivi, huma fformulati f’termini ġenerali intiżi biex lir-rikorrenti jiġikkonfermat li l-proċedura ta’ senjalazzjoni kienet għadha għaddejja u li d-dipartimenti tal-Bank kienu għamlu l-almu tagħhom biex jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet applikabbli fi ħdanu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, dawn it-termini ġenerali ma jippermettux li jinżamm responsabbli l-kap tad-dipartiment tal-persunal bi ksur tal-indipendenza tad-direttur ġenerali tal-konformità fl-ipproċessar tas-senjalazzjoni magħmula mir-rikorrenti skont il-politika ta’ senjalazzjoni, u lanqas li jiġi dedott li dan il-kap tad-dipartiment tal-persunal kien jaf bid-dettalji dwar il-progress u l-miżuri meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ senjalazzjoni, u lanqas li dan użurpa l-prerogattivi tal-President u tal-Viċi Presidenti tal-Bank fis-superviżjoni ta’ kwalunkwe disfunzjonijiet eventwali manifesti tal-proċedura ta’ senjalazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li l-kap tad-dipartiment tal-persunal kien informaha dwar il-fatt li l-Bank irriżerva d-dritt li jeżamina l-possibbilitajiet legali li jiddefendi l-interessi tiegħu, inklużi dawk dwar l-osservanza tar-regoli ta’ kunfidenzjalità applikabbli fi ħdanu, għandu jiġi rrilevat li, meta r-rikorrenti bagħtet il-messaġġ elettroniku tagħha tas-<DATE ISO="20170206">6 ta’ Frar 2017</DATE> lil diversi destinatarji, il-proċedura ta’ investigazzjoni<?PAGE NO="34"?> mibdija wara l-ilment tagħha kienet għaddejja, b’mod li r-rikorrenti kienet marbuta b’obbligu ta’ kunfidenzjalità, anki meta kellha l-intenzjoni li tqajjem is-senjalazzjoni liema proċedura hija, qabel kollox, ukoll suġġetta għal sistema ta’ kunfidenzjalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0197"><NO.P>197</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, anki jekk, iktar tard, il-President tal-Bank iddikjara li l-ilment tar-rikorrenti kien parzjalment fondat u li, għalhekk, meta ntbagħat dan il-messaġġ elettroniku din ma setgħetx taffettwa b’mod inġust ir-reputazzjoni professjonali tad-Direttur il-ġdid, il-kap tad-dipartiment tal-persunal madankollu seta’ b’mod leġittimu jiġbed l-attenzjoni tar-rikorrenti u tal-avukat tagħha dwar il-fatt li l-istatus ta’ min jagħmel l-ilment fi proċedura ta’ investigazzjoni dwar fatti allegati ta’ fastidju psikoloġiku jew ta’ awtur ta’ senjalazzjoni ta’ aġir li jikser il-Kodiċi ta’ Kondotta ma kienx jippermettilu jeħles mill-obbligi ta’ kunfidenzjalità applikabbli, mingħajr distinzjoni u sabiex tiġi ppreżervata minn kull ħsara bla bżonn ir-reputazzjoni professjonali tal-protagonisti kollha, kemm tal-vittma allegata kif ukoll tax-xhieda u tal-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju, u dan matul il-proċedura ta’ investigazzjoni kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0198"><NO.P>198</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-kontenut tal-ittra tal-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE> lanqas ma jippermetti li tiġi dedotta l-parzjalità tal-Bank jew tad-dipartimenti fl-ipproċessar, li kien għadu għaddej fid-data tal-preżentata tar-rikors, tas-senjalazzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0199"><NO.P>199</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandhom jintlaqgħu parzjalment it-talbiet għal annullament u jintlaqgħu parzjalment it-talbiet għall-kumpens billi l-Bank jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti, għad-dannu morali mġarrab, ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0200"><NO.P>200</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher iġġustifikat, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0201"><NO.P>201</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, sa fejn it-talbiet għal annullament essenzjalment ġew milqugħa u, billi ma indikax lill-membru tiegħu fil-kumitat ta’ konċiljazzjoni fit-terminu ta’ ġimgħa msemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bank ġiegħel lir-rikorrenti teżerċita d-dritt għal rimedju tagħha biex issostni b’mod effettiv id-drittijiet tagħha fir-rigward tal-imsemmija talbiet, jidher xieraq li jiġi deċiż li l-Bank għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u għandu jiġi kkundannat ibati nofs l-ispejjeż tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tal-<DATE ISO="20170320">20 ta’ Marzu 2017</DATE> hija parzjalment annullata sa fejn tapplika definizzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0102" ID="QS0102"/>fastidju psikoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/>, sa fejn ma tipprovdi ebda segwitu dixxiplinari immedjat għall-każ ipprovat ta’ fastidju morali fi ħdan il-BEI u sa fejn timponi obbligu ta’ kunfidenzjalità fuq id-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni kuntrarjament għall-għanijiet ta’ proċedura ta’ investigazzjoni dwar allegat każ ta’ fastidju psikoloġiku.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-bqija tat-talbiet għal annullament huma miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-BEI huwa kkundannat iħallas lil SQ, għad-dannu morali li ġarrbet, l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="35"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-bqija tat-talbiet għal kumpens huma miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-BEI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u għandu jħallas nofs l-ispejjeż imġarrba minn SQ.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">6)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">SQ għandha tħallas nofs l-ispejjeż tagħha stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="36"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ilment dwar fastidju psikoloġiku u s-senjalazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-proċedura ta’ investigazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-rapport tal-investigazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-deċiżjoni kkontestata u l-miżuri għall-implimentazzjoni tagħha</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fid-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Rimarki preliminari dwar is-sistema ta’ impjieg fi ħdan il-Bank u fuq l-osservanza tal-proċedura prekontenzjuża għar-rikorsi li jolqtu l-Bank</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talbiet għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fid-deskrizzjoni tal-aġir ikkontestat</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv</ITEM.CONT><ITEM.REF>19</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi marbut mal-assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari kontra d-Direttur il-ġdid</ITEM.CONT><ITEM.REF>22</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Dwar miżuri li jistgħu, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għall BEI, jiġu rrakkomandati mill-kumitat ta’ investigazzjoni u sussegwentement adottati mill-President tal-Bank fil-każ ipprovat ta’ fastidju psikoloġiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>23</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq in-natura u s-suffiċjenza tal-miżuri adottati fil-każ ta’ fastidju psikoloġiku pprovat</ITEM.CONT><ITEM.REF>24</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-obbligu tar-rikorrenti, fil-kapaċità tagħha ta’ vittma, li żżomm id-deċiżjoni kkontestata kunfidenzjali</ITEM.CONT><ITEM.REF>26</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talbiet għad-danni</ITEM.CONT><ITEM.REF>28</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta minn prattiki ta’ fastidju kkonstatati fid-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>28</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-kumpens għad-dannu morali separabbli mill-illegalitajiet li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>30</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta minn nuqqasijiet allegatament imwettqa mill-kap tad-dipartiment tal-persunal</ITEM.CONT><ITEM.REF>32</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>34</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>