Official Journal L 064 , 11/03/1981 P. 0013 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0022
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0022
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 21 P. 0050
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta Frar 1981 li temenda d-Deċiżjoni 80/755/KEE li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta’ informazzjoni preskritta fuq pakketti ta’ żerriegħa taċ-ċereali (81/109/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ żerriegħa taċ-ċereali [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 79/692/KEE [2], u b’mod partikolari bl-aħħar sentenza ta’ Artikolu 10(1)(a) tagħha, Billi ż-żerriegħa taċ-ċereali ma tistax normalment titqiegħed fis-suq sakemm il-pakketti ma jkunux immarkati b’tikketta uffiċjali skond id-dispożizzjonijiet preskritti fid-Direttiva 66/402/KEE; Billi, skond dawk id-dispożizzjonijiet, jista’ jkun awtorizzat l-istampar li ma jitħassarx ta’ l-informazzjoni preskritta fuq l-istess pakkett, fuq il-bażi tal-mudell stipulat għat-tikketta; Billi din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata, taħt ċerti kondizzjonijiet li jiżguraw li r- responsabbiltà hija ta’ l-awtorità li tiċċertifika; Billi l-Kummissjoni diġà tat awtorizzazzjoni bħal din skond id-Deċiżjoni 80/755/KEE [3]; Billi, waqt li d-Deċiżjoni hawn fuq imsemmija kienet qed tiġi applikata, deher ċar li din għandha tiġi emendata fir-rigward ta’ l-informazzjoni preskritta li trid tiġi stampata jew ittimbrata fuq pakketti meta jittieħdu kampjuni; Billi l-miżuri preskritti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Artikolu 1(2)(ċ) tad-Deċiżjoni 80/755/KEE huwa b’dan emendat kif ġej: - "Anness IV, (A) (a) (3.3a) u (6)" huwa sostitwit b "Anness IV, (A) (a) (3) u (3a)", - fit- test Ġermaniż "nicht vor" hija sostitwita b "bei". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Frar 1981. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Ċ 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66. [2] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 1. [3] ĠU L 207, tad-9.8.1980, p. 37. --------------------------------------------------