<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-397/17</NO.CASE><NO.CASE>C-398/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0397</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:564">EU:C:2018:564</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20180712">12.7.2018</DATE> – Kawżi Magħquda C‑397/17 u C‑398/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Profit Europe</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2658/87</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Subintestaturi <FT TYPE="CN">73071110</FT>, <FT TYPE="CN">73071910</FT> u <FT TYPE="CN">73071990</FT></KEYWORD><KEYWORD>Aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑397/17 u C‑398/17,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Olandiża, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑<DATE ISO="20170616">16 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20170703">3 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Profit Europe NV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Belgische Staat,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Levits, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Profit Europe NV, minn P. Diaz Gavier, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn P. Cottin u J.‑C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u P. Vanden Heede, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tas-subintestaturi tariffarji <FT TYPE="CN">730711</FT> u <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal‑<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="290" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 290, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet bejn Profit Europe NV u l-Belgische Staat (l-Istat Belġjan) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ aċċessorji magħmula mill-ħadid fondut għal sistemi ta’ detezzjoni u ta’ tifi tan-nar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM, li hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija, li ġiet imfassla mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD) u stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija, konkluża fi Brussell fl‑<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE> u approvata, flimkien mal-protokoll ta’ emenda tagħha tal‑<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas‑<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt ċifri ta’ din is-sistema armonizzata, u huma biss is-seba’ u t-tmien ċifra li jirrappreżentaw subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Ewwel Parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Taqsima I, li tirrigwarda r-regoli ġenerali, is-Sezzjoni A, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini tat-titli u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP><P>[…]</P><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subtitli ta’ titlu għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subtitli u kwalunkwe noti ta’ subtitli relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subtitli fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitlu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Tieni Parti tan-NM hija maqsuma f’21 taqsima. It-Taqsima XV, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Metalli ta’ valur baxx u oġġetti ta’ metalli ta’ valur baxx<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tinkludi l-Kapitoli 72 sa 83 tan-NM. Il-Kapitolu 73, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Oġġetti ta’ ħadid jew azzar<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jirrigwarda l-intestaturi 7301 sa 7326 tan-NM.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-intestatura 7307 hija strutturata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>7307</CELL><CELL COL="2">Tagħmir ta’ tubi u pajpijiet (per eżempju, couplings, liwjiet minkeb, sleeves), ta’ ħadid jew azzar:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– Tagħmir ta’ forma:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">730711</FT></CELL><CELL COL="2">– – Ta’ ħadid fondut mhux-malleabbli:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">73071110</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Ta’ tip użati f’sistemi ta’ pressjoni</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">73071190</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">730719</FT></CELL><CELL COL="2">– – Oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">73071910</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Ta’ ħadid fondut malleabbli</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">73071990</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– Oħrajn, ta’ l-istainless steel:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– Oħrajn:<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>In-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="137" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 137, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Noti ta’ Spjega<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), dwar is-subintestaturi <FT TYPE="CN">73071110</FT> u 73 07 11 90 tan-NM, jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>mhux malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tinkludi ħadid fondut tal-grafit lamellari</P><P>Dawn is-subtitli jkopru fitjaturi tal-ħadid fondut, bħal liwjiet minkeb, liwjiet, sleeves, ties, collars u tees. Huma magħqudin ma’ tubi jew pajpijiet ta’ ħadid fondut jew azzar permezz ta’ kamin, kuntatt jew permezz ta’ mmuntar mekkaniku.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont in-Noti ta’ Spjega relatati mas-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Ħadid fondut malleabbli huwa prodott intermedju bejn ħadid tal-grafit lamellari (ħadid griż) u azzar fondut. Dan jista’ jkun fondut faċilment u jsir iebes u malleabbli wara trattament xieraq bis-sħana. Matul it-trattament bis-sħana, il-karbonju jisparixxi parzjalment jew jibdel il-kompożizzjoni tiegħu; huwa fl-aħħar jiddepożita fil-forom ta’ noduli li ma joħolqux koeżjoni metallika sa tali punt li l-grafit jitqaxxar fil-ħadid fondut griż.</P><P>Fejn il-kontenut ta’ karbonju ikun 2 % jew inqas mill-piż, il-prodotti jitqiesu li huma ta’ azzar fondut u jaqgħu f’subtitlu <FT TYPE="CN">73071990</FT> (ara Nota 1 għal dan il-kapitlu).</P><P>L-espressjoni malleabbli tinkludi grafit ta’ ħadid fondut sferojdali.</P><P>Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitli <FT TYPE="CN">73071110</FT> u <FT TYPE="CN">73071190</FT>, tieni paragrafu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Marzu 2014, Profit Europe ressqet quddiem l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u tas-Sisa (il-Belġju) (iktar’ il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Amministrazzjoni tad-Dwana<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) diversi talbiet għal informazzjoni tariffarja vinkolanti dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ diversi aċċessorji magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali għal installazzjonijiet kontra n-nar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20140314">14 ta’ Marzu 2014</DATE>, l-Amministrazzjoni tad-Dwana ħarġet diversa informazzjoni tariffarja vinkolanti li tikklassifika dawn il-prodotti fis-subintestatura <FT TYPE="CN">73071110</FT> tan-NM bħala aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma magħmula mill-ħadid fondut mhux malleabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Awwissu 2014, Profit Europe ressqet quddiem l-Amministrazzjoni tad-Dwana talbiet ġodda għal informazzjoni tariffarja vinkolanti, dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ varjanti ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20150330">30 ta’ Marzu 2015</DATE>, l-Amministrazzjoni tad-Dwana ħarġet 20 informazzjoni tariffarja vinkolanti li tikklassifika dawn il-prodotti fis-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM, bħala aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma magħmula mill-ħadid fondut malleabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20150409">9 ta’ April 2015</DATE>, din l-amministrazzjoni rtirat l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fl‑<DATE ISO="20140314">14 ta’ Marzu 2014</DATE> u kklassifikat il-prodotti kkonċernati minn din tal-aħħar fis-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑26 u fit‑<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE> rispettivament, Profit Europe ppreżentat żewġ appelli amministrattivi mid-deċiżjonijiet tat‑30 ta’ Marzu u tad‑<DATE ISO="20150409">9 ta’ April 2015</DATE>. Dawn tal-aħħar ġew ikkonfermati permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Amministrazzjoni tad-Dwana tas‑<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160510">10 ta’ Mejju 2016</DATE>, Profit Europe ppreżentat, quddiem in-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Olandiża, il-Belġju), rikors kontra kull waħda minn dawn id-deċiżjonijiet kif ukoll kontra l-informazzjoni tariffarja vinkolanti kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-kuntest taż-żewġ kawżi prinċipali, Profit Europe ssostni, quddiem il-qorti tar-rinviju, li l-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma magħmula mill-ħadid fondut mhux malleabbli u għalhekk jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071110</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Hija ssostni, f’dan ir-rigward, li l-ħadid fondut tal-grafit sferojdali ma għandux il-karatteristika oġġettiva tal-ħadid fondut malleablli, li abbażi tagħha l-malleabbiltà għandha tkun ir-riżultat ta’ trattament termiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>In-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Olandiża) tirrileva li n-Noti ta’ Spjega dwar l-intestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM jindikaw b’mod ċar li l-kunċett ta’ ħadid fondut malleabbli jkopri wkoll il-ħadid fondut tal-grafit sferojdali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rapporti xjentifiċi prodotti minn Profit Europe jidhru li juru li l-ħadid fondut tal-grafit sferojdali ma huwiex ħadid fondut malleabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, billi kienet tqis li t-tilwimiet pendenti quddiemha jqajjmu kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, in-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Olandiża) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, li huma fformulati f’termini identiċi fil-Kawżi C‑397/17 u C‑398/17:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>Is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi l-aċċessorji ta’ ħadid fondut graffit sferiku li għandhom il-karatteristiċi tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta mill-karatteristiċi oġġettivi tagħhom jirriżulta li huma sostanzjalment differenti mill-ħadid fondut malleabbli, peress li l-malleabbiltà tal-ħadid fondut graffit sferiku ma tirriżultax minn trattament termiku adegwat u li dan il-ħadid fondut jinkludi forma oħra ta’ graffit minbarra l-ħadid fondut malleabbli, jiġifieri l-graffit sferiku minflok il-graffit nodulari?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071100</FT> għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi aċċessorji tal-ħadid fondut graffit sferiku li għandhom il-karatteristiċi tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta mill-karatteristiċi oġġettivi tal-ħadid fondut graffit sferiku jirriżulta li dan essenzjalment jikkorrispondi għall-karatteristiċi oġġettivi tal-ħadid fondut mhux malleabbli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Għandhom jiġu mwarrba n-noti ta’ spjegazzjoni tan-NM marbuta mas-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT>, li jindikaw li l-ħadid fondut malleabbli jkopri il-ħadid fondut graffit sferiku sa fejn dawn jindikaw li l-ħadid fondut malleabbli jinkludi l-ħadid fondut graffit sferiku ġaladarba huwa stabbilit li l-ħadid fondut graffit sferiku ma huwiex ħadid fondut malleabbli?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal—<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-Kawżi C‑397/17 u C‑398/17 ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali għandhomx jiġu kklassifikati fis-subintestatura <FT TYPE="CN">73071110</FT>, bħala aċċessorji magħmula mill-ħadid fondut mhux malleabbli, jew fis-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM, bħala aċċessorji magħmula mill-ħadid fondut malleabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u l-faċilità tal-verifika, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u fil-kwalitajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli tagħha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Invamed Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:362">EU:C:2016:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, il-klassifikazzjoni tal-merkanzija taħt is-subintestaturi tal-istess intestatura hija legalment iddeterminata skont il-kliem ta’ dawn is-subintestaturi u tan-noti tas-subintestaturi, tat-taqsimiet jew tal-kapitoli, filwaqt li l-formulazzjoni tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-subkapitoli għandha titqies li għandha biss valur indikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-Noti ta’ Spjega mfassla mill-Kummissjoni Ewropea jikkontribwixxu b’mod sinjifikattiv għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tariffarji mingħajr madankollu ma huma legalment vinkolanti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Invamed Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:362">EU:C:2016:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-intestatura 7307 tan-NM tirrigwarda l-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet magħmula mill-ħadid fondut, mill-ħadid jew mill-azzar. Din tinkludi tliet kategoriji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel kategorija, ikkaratterizzata bl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[t]agħmir ta’ forma<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, tinkludi, hekk kif jirriżulta minn din l-espressjoni, l-aċċessorji minn forma, magħmula mill-ħadid fondut, mill-ħadid jew mill-azzar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din tagħmel distinzjoni bejn l-aċċessorji <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[t]a’ ħadid fondut mhux-malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, imsemmija fis-subintestatura <FT TYPE="CN">730711</FT> tan-NM, u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[o]ħrajn<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">730719</FT> tan-NM. Peress li din hija kategorija residwa, din l-aħħar subintestatura tirrigwarda għaldaqstant l-aċċessorji minn forma, magħmula mill-ħadid jew mill-azzar, kif ukoll dawk magħmula mill-ħadid fondut għajr dak tat-tip indikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">730711</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Is-subintestatura <FT TYPE="CN">730719</FT> tan-NM hija min-naħa tagħha maqsuma f’żewġ subintestaturi, jiġifieri, minn naħa, is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT>, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[t]a’ ħadid fondut malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u, min-naħa l-oħra, is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071990</FT>, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[o]ħrajn<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta lill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi stabbilit x’ikopri l-kunċett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[t]a’ ħadid fondut mhux-malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">730711</FT> tan-NM, u x’ikopri dak <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[t]a’ ħadid fondut malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta min-Noti ta’ Spjega dwar is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[ħ]adid fondut malleabbli huwa prodott intermedju bejn ħadid tal-grafit lamellari (ħadid griż) u azzar fondut[,li] jista’ jkun fondut faċilment u jsir iebes u malleabbli wara trattament xieraq bis-sħana [li matulu] il-karbonju jisparixxi parzjalment jew jibdel il-kompożizzjoni tiegħu [u] fl-aħħar jiddepożita fil-forom ta’ noduli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li l-ħadid fondut malleabbli jikkostitwixxi kategorija speċifika fid-deskrizzjoni standardizzata tal-ħadid fondut. B’mod partikolari, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardazzjoni, bħala organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 316, p. 12</REF.DOC.OJ>), adotta, fid-dokument EN 1560:2011, l-istandard Ewropew EN 1560.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Dan l-istandard jiddistingwi bejn sitt kategoriji kbar ta’ ħadid fondut, skont l-istruttura tal-grafit li jikkostitwixxihom, li jinkludu, b’mod partikolari, il-ħadid fondut tal-grafit nodulari, magħruf ukoll bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ħadid fondut malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u identifikat bil-kodiċi EN-GJM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ħadid fondut mhux-malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">730711</FT> tan-NM, la huwa ddefinit fin-NM u lanqas fin-Noti ta’ Spjega. Dan lanqas ma jikkostitwixxi kategorija speċifika fid-deskrizzjoni standardizzata tal-ħadid fondut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni, essenzjalment, Profit Europe, is-subintestatura <FT TYPE="CN">730711</FT> tan-NM ma tistax madankollu tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħtha t-tipi kollha ta’ ħadid fondut li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ħadid fondut malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-punt 32 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-regola ġenerali 6 għall-interpretazzjoni tan-NM tipprovdi li jistgħu jiġu mqabbla biss is-subintestaturi tal-istess livell, fatt li ma huwiex il-każ fir-rigward tas-subintestaturi <FT TYPE="CN">730711</FT> u <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-subintestatura <FT TYPE="CN">730719</FT> tan-NM tinkludi, minbarra s-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT>, is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071990</FT>, li, hekk kif tindika l-formulazzjoni tagħha, hija subintestatura residwa. Għalhekk ma jistax jiġi eskluż li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jinkludi taħt din l-aħħar subintestatura mhux biss l-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid jew mill-azzar, iżda wkoll dawk magħmula minn tipi ta’ azzar fondut differenti minn dawk indikati fis-subintestaturi <FT TYPE="CN">730711</FT> u <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tat-termini li ma jingħataw ebda definizzjoni fid-dritt tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita skont it-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li fl-istess ħin jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxa mil-leġiżlazzjoni li minnha jiffurmaw parti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Digitalnet <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/11, C‑330/11, C‑382/11 u C‑383/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:745">EU:C:2012:745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fit-tifsira komuni tiegħu, jikkaratterizza materjal li għandu l-proprjetà li jiċċattja u jespandi fi strixxi jew f’folji taħt il-martell jew permezz tal-azzjoni tar-romblu. Fi kliem ieħor, li jirriżulta mill-premessa 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 500/2009 tal‑<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE> li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="151" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2009">ĠU<?PAGE NO="7"?> 2009, L 151, p. 6</REF.DOC.OJ>), il-malleabbiltà tirreferi, fix-xjenza materjali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>għall-abilità tal-materjal li jibdel il-forma taħt stress kompressiv li huwa kkaratterizzat mill-abilità tal-materjal li jifforma folja rqiqa meta jkun imsammar jew imrembel<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, is-subintestatura <FT TYPE="CN">730711</FT> tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħtha l-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet magħmula mill-ħadid fondut li ma jistax jibdel il-forma taħt stress kompressiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-subintestatura <FT TYPE="CN">730719</FT> tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li din tinkludi l-aċċessorji minn forma, magħmula mill-ħadid jew mill-azzar, kif ukoll dawk magħmula mill-ħadid fondut li jista’ jibdel il-forma taħt stress kompressiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, hekk kif jirriżulta mill-premessa 55 tar-Regolament Nru 500/2009, il-ħadid fondut tal-grafit sferojdali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ma jbiddilx biss il-forma taħt stress tensili, iżda wkoll taħt stress kompressiv sa ċertu punt<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bħala tali, il-ħadid fondut tal-grafit sferojdali ma jistax jitqies bħala li jaqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">730711</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, il-ħadid fondut tal-grafit sferojdali u l-ħadid fondut malleabbli huma differenti minħabba l-kompożizzjoni u l-metodu ta’ produzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li dan lanqas ma jikkorrispondi għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ħadid fondut malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, kif iddefinit fin-Noti ta’ Spjega dwar is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM u peress li dan jikkostitwixxi, fid-deskrizzjoni standardizzata tal-ħadid fondut, kategorija distinta mill-ħadid fondut malleabbli, identifikata mill-kodiċi EN-GJS, il-ħadid fondut tal-grafit sferojdali lanqas ma jista’ jaqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-imsemmija noti ta’ spjega, inkwantu jindikaw li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[l]-espressjoni malleabbli tinkludi grafit ta’ ħadid fondut sferojdali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, għandhom l-effett li jestendu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ħadid fondut malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għal kategorija oħra ta’ ħadid fondut li, anki jekk ikollu karatteristiċi simili għal dawk tal-ħadid fondut malleabbli, xorta waħda jikkostitwixxi kategorija separata fil-klassifikazzjoni tal-ħadid fondut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kontenut tan-Noti ta’ Spjega għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tan-NM u ma jistax ibiddel il-portata tagħhom (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Invamed Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:362">EU:C:2016:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, in-Noti ta’ Spjega dwar is-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM għandhom jitwarrbu, peress li dawn għandhom l-effett li jbiddlu l-portata ta’ din is-subintestatura billi jestenduha għall-aċċessorji magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, għalkemm jikkostitwixxu mezzi importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan il-kodiċi mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u jistgħu, bħala tali, jitqiesu bħala mezzi siewja għall-interpretazzjoni tiegħu, ma humiex legalment vinkolanti u ma jistgħux, għaldaqstant, ibiddlu l-portata tad-dispożizzjonijiet tan-NM (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770215">15 ta’ Frar 1977</DATE>, <NAME.CASE>Dittmeyer</NAME.CASE>, <NO.CASE>69/76 u 70/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:25">EU:C:1977:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Unomedical</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:402">EU:C:2011:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, espressa fil-minuti tal-140 laqgħa tat-taqsima <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Nomenklatura Tariffarja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ta’ dan il-Kumitat, li nżammet fi Brussell mit-30 ta’ Settembru sat‑<DATE ISO="20141003">3 ta’ Ottubru 2014</DATE>, u li tipprovdi li s-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>malleabbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għandha tinftiehem f’sens wiesa’, jiġifieri bħala intiża li tiddistingwi<?PAGE NO="8"?> l-ħadid fondut li jista’ jibdel il-forma taħt stress kompressiv minn dak li jitfarrak taħt tali stress, għandha wkoll tiġi miċħuda sa fejn din għandha l-effett li testendi l-portata tas-subintestatura <FT TYPE="CN">73071910</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li l-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali, għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura <FT TYPE="CN">73071990</FT> tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal‑<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet minn forma, magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali, għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura <FT TYPE="CN">73071990</FT> tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>