|
25.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/16 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi motorizzati fir-rigward tal-kamp viżiv ta' quddiem is-sewwieq tal-vettura motorizzata [2018/116]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Supplement 1 tas-serje ta' emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: it-8 ta' Ottubru 2016
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp tal-applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet għall-finijiet ta' dan ir-Regolament |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet |
|
6. |
Proċedura tat-test |
|
7. |
Modifika tat-tip ta' vettura u estensjoni tal-approvazzjoni |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
|
12. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
ANNESSI
|
1. |
Komunikazzjoni |
|
2. |
Tqassim tal-marki tal-approvazzjoni |
|
3. |
Proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u l-angolu proprju tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati |
|
4. |
Metodu għad-determinazzjoni tar-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta' referenza primarji tal-vettura u l-grilja ta' referenza tridimensjonali |
1. KAMP TAL-APPLIKAZZJONI
1.1. Dan ir-Regolament japplika għall-kamp viżiv ta' 180° ta' quddiem is-sewwieqa ta' vetturi tal-kategorija M1 (1).
1.2. L-għan tiegħu huwa li jiġi żgurat kamp viżiv adegwat meta l-windskrin u l-uċuh tal-ħġieġ l-oħra jkunu xotti u nodfa.
1.3. Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament huma fformulati b'tali mod li japplikaw għal vetturi tal-kategorija M1 li s-sewwieqa tagħhom ikunu fuq ix-xellug. F'vetturi tal-kategorija M1 fejn is-sewwieq ikun fuq in-naħa tal-lemin, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw billi l-kriterji jinqalbu kif xieraq.
2. DEFINIZZJONIJIET GĦALL-FINIJIET TA' DAN IR-REGOLAMENT
|
2.1. |
“Approvazzjoni tat-tip ta' vettura” tfisser il-proċedura sħiħa li permezz tagħha Parti Kontraenti tal-Ftehim tiċċertifika li tip ta' vettura tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament. |
|
2.2. |
“Tip ta' vettura fir-rigward tal-kamp viżiv” tfisser vetturi li mhumiex differenti min xulxin f'aspetti essenzjali bħalma huma:
|
|
2.3. |
“Grilja ta' referenza tridimensjonali” tfisser sistema ta' referenza li tikkonsisti fi pjan lonġitudinali vertikali X-Z, pjan orizzontali X-Y u pjan trasversali vertikali Y-Z (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, Figura 6); il-grilja tintuża biex jiġu ddeterminati r-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-pożizzjoni tal-punti tad-disinn fuq it-tpinġijiet u l-pożizzjonijiet tagħhom fuq il-vettura reali. Il-proċedura għall-pożizzjonar tal-vettura fir-rigward tal-grilja hija speċifikata fl-Anness 4; il-koordinati kollha li jirreferu għall-“punt żero” għandhom ikunu bbażati fuq vettura f'kundizzjoni ta' tħaddim (2) b'passiġġier wieħed fuq quddiem, fejn il-massa tal-passiġġier hija ta' 75 kg ± 1 fil-mija.
|
|
2.4. |
“Marki ta' referenza ewlenin” tfisser toqob, superfiċji, marki u sinjali ta' identifikazzjoni fuq il-body tal-vettura. It-tip ta' marka ta' referenza użata u l-pożizzjoni ta' kull marka f'relazzjoni mal-koordinati X, Y u Z tal-grilja ta' referenza tridimensjonali u mal-pjan tal-art tad-disinn għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-vettura. Dawn il-marki jistgħu jkunu l-punti ta' kontroll li jintużaw għall-finijiet tal-assemblaġġ tal-body. |
|
2.5. |
“Angolu tad-dahar tas-seat” tfisser l-angolu definit fil-Consolidated Resolution on the Construction of Vehicles [ir-Riżoluzzjoni Konsolidata riveduta dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi] (R.E.3) (3), Anness 1, paragrafu 2.6 jew 2.7. |
|
2.6. |
“Angolu reali tad-dahar tas-seat” tfisser l-angolu definit fl-R.E.3 rivedut, Anness 1, paragrafu 2.6. |
|
2.7. |
“Angolu tad-disinn tad-dahar tas-seat” tfisser l-angolu definit fl-R.E.3 rivedut, Anness 1, paragrafu 2.7. |
|
2.8. |
“Punti V” tfisser dawk il-punti fil-kompartiment tal-passiġġieri li l-pożizzjoni tagħhom hija determinata skont il-pjani vertikali lonġitudinali li jgħaddu miċ-ċentri tal-pożizzjonijiet bilqiegħda ddeżinjati l-aktar fuq barra fuq is-seat ta' quddiem u f'relazzjoni mal-punt “R” u l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-seat, liema punti jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-kamp viżiv. |
|
2.9. |
“Punt R jew punt ta' referenza għal post bilqiegħda” tfisser il-punt definit fl-R.E.3 rivedut, Anness 1, paragrafu 2.4. |
|
2.10. |
“Punt H” tfisser il-punt definit fl-R.E.3 rivedut, Anness 1, paragrafu 2.3. |
|
2.11. |
“Datum points tal-windskrin” tfisser dawk il-punti li jinsabu fl-intersezzjoni mal-windskrin tal-linji li joħorġu 'l quddiem mill-punti V lejn is-superfiċje ta' barra tal-windskrin. |
|
2.12. |
“Vettura blindata” tfisser vettura maħsuba għall-ħarsien tal-passiġġieri u tal-oġġetti li jkunu fiha u li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-armar ta' protezzjoni kontra l-balal. |
|
2.13. |
“Żona trasparenti” tfisser dik il-parti ta' windskrin ta' vettura jew superfiċje oħra tal-ħġieġ, li t-trażmettenza tad-dawl tagħha, imkejla f'angolu rett mas-superfiċje, ma tkunx inqas minn 70 fil-mija. Fil-każ ta' vetturi blindati, il-fattur ta' trażmettenza tad-dawl mhux inqas minn 60 fil-mija. |
|
2.14. |
“Punti P” tfisser il-punti li ddur madwarhom ras is-sewwieq meta jkun qiegħed jara oġġetti fuq il-pjan orizzontali fil-livell tal-għajnejn. |
|
2.15. |
“Punti E” tfisser punti li jirrappreżentaw iċ-ċentri ta' għajnejn is-sewwieq u li jintużaw biex jiġi vvalutat il-punt sa fejn il-pilastri “A” jtellfu l-kamp viżiv. |
|
2.16. |
“Pilastru A” tfisser kull appoġġ tas-saqaf li qiegħed 'il quddiem mill-pjan trasversali wieqaf li jkun 68 mm quddiem il-punti V u li jinkludi oġġetti li mhumiex trasparenti, bħall-istrutturi tal-windskrin u tal-bibien, li huma mwaħħlin jew imissu ma' dan l-appoġġ. |
|
2.17. |
“Medda tal-aġġustament orizzontali tas-seat” tfisser il-medda ta' pożizzjonijiet normali tas-sewqan indikati mill-manifattur tal-vettura għall-aġġustament tas-seat tas-sewwieq fid-direzzjoni tal-assi X (ara l-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq). |
|
2.18. |
“Medda estiża tal-aġġustament tas-seat” tfisser il-medda indikata mill-manifattur tal-vettura għall-aġġustament tas-seat fid-direzzjoni tal-assi X (ara l-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq) lil hinn mill-medda tal-pożizzjonijiet normali tas-sewqan speċifikati fil-paragrafu 2.17 ta' hawn fuq u li jintużaw biex is-seats jinbidlu f'sodod jew biex jiġi ffaċilitat id-dħul fil-vettura. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-kamp viżiv tas-sewwieq għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.
3.2. Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji u jkun fiha d-dettalji li ġejjin:
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2.2, flimkien ma' tpinġijiet dimensjonali u, jew ritratt inkella dijagramma kompożittiva tal-kompartiment tal-passiġġieri. In-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta' vettura għandhom jiġu speċifikati; u |
|
3.2.2. |
Il-partikolari tal-marki ta' referenza ewlenin f'biżżejjed dettal li jippermettilhom jiġu identifikati faċilment u li jiġu vverifikati l-pożizzjonijiet ta' kull waħda minnhom f'relazzjoni mal-oħrajn u mal-punt “R”. |
3.3. Vettura li tirrappreżenta t-tip ta' vettura li għandha tiġi approvata għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku li jkun qed iwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni.
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk it-tip tal-vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 01 għar-Regolament fil-forma attwali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li saru fir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru għall-istess tip ta' vettura b'tip ieħor ta' kamp viżiv, jew għal tip ieħor ta' vettura.
4.3. Għandha tintbagħat notifika ta' approvazzjoni jew ta' ċaħda ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u ritratti u/jew disinji mressqa mill-applikant f'format mhux ikbar minn A4 (210 × 297 mm) jew mitwi għal dak il-format u fuq skala xierqa.
4.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b'mod li jidher u f'post li huwa faċilment aċċessibbli li jiġi speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonforma mal-mudell li hemm spjegat fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament u li tikkonsisti minn:
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4); |
|
4.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq. |
4.5. Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip approvat ta' vettura approvata, skont Regolament wieħed ieħor jew aktar anness/i ma' dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jittenna; f'dan il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu f'kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu li hemm preskritt fil-paragrafu 4.4.1 hawn fuq.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ta' tip li ma jistax jitħassar.
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib it-tabella tad-dejta tal-vettura jew fuqha.
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET
5.1. Il-kamp viżiv tas-sewwieq.
5.1.1. Il-parti trasparenti tal-windskrin għandha tinkludi għall-inqas id-datum points tal-windskrin (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 1):
|
5.1.1.1. |
Punt datum orizzontali 'l quddiem minn V1 u 17° fuq in-naħa tax-xellug (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 1); |
|
5.1.1.2. |
Punt datum vertikali ta' fuq, 'il quddiem minn V1 u 7° fuq l-orizzontali; |
|
5.1.1.3. |
Punt datum vertikali ta' isfel, 'il quddiem minn V2 u 5° fuq l-orizzontali; |
|
5.1.1.4. |
Biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżit ta' viżjoni 'l quddiem fuq in-nofs oppost tal-windskrin, għandhom jinkisbu tliet punti datum, simmetriċi mal-punti ddefiniti fil-paragrafi 5.1.1.1 sa 5.1.1.3 ta' hawn fuq, f'relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. |
5.1.2. L-angolu ta' ostakolu għal kull pilastru “A”, kif deskritt fil-punt 5.1.2.1, m'għandux jaqbeż 6° (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 3). Fil-każ ta' vetturi blindati dan l-angolu ma għandux ikun ikbar minn 10°.
L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru “A” fuq in-naħa tal-passiġġier, kif deskritt fil-punt 5.1.2.1.2 hawn taħt, m'hemmx bżonn ikun determinat jekk iż-żewġ pilastri jkunu jinsabu simmetrikament f'relazzjoni mal-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura.
5.1.2.1. L-angolu ta' ostakolu ta' kull pilastru “A” għandu jitkejjel billi jiġu superimposti fuq pjan iż-żewġ sezzjonijiet orizzontali li ġejjin:
|
Sezzjoni 1: |
Billi tibda mill-punt Pm li qiegħed fil-post definit fil-punt 5.3.1.1, pinġi pjan li jifforma angolu ta' 2° 'il fuq b'relazzjoni mal-pjan orizzontali li jgħaddi 'l quddiem minn ġol-Pm. Iddetermina s-sezzjoni orizzontali tal-pilastru “A” billi tibda mill-aktar punt 'il quddiem tal-intersezzjoni tal-pilastru “A” u l-pjan inklinat (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 2). |
|
Sezzjoni 2: |
Irrepeti l-istess proċedura, billi tieħu pjan li jinżel f'angolu ta' 5° 'l isfel f'relazzjoni mal-pjan orizzontali li jgħaddi 'l quddiem minn ġol-Pm (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 2). |
5.1.2.1.1. L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru “A” fuq in-naħa tas-sewwieq huwa l-angolu ffurmat fuq il-vista tal-pjan minn parallel, li jibda mill-E2, għat-tanġent li jgħaqqad l-E1 mat-tarf ta' barra tas-Sezzjoni S2 u t-tanġent li jgħaqqad l-E2 mat-tarf ta' ġewwa tas-Sezzjoni S1 (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 3).
5.1.2.1.2. L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru “A” fuq in-naħa tal-passiġġier huwa l-angolu ffurmat fuq il-vista tal-pjan mit-tanġent li jgħaqqad l-E3 mat-tarf ta' ġewwa tas-Sezzjoni S1 u parallel, li jibda mill-E3, għat-tanġent li jgħaqqad l-E4 mat-tarf ta' barra tas-Sezzjoni S2 (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 3).
5.1.2.2. L-ebda vettura ma għandu jkollha iżjed minn żewġ pilastri “A”.
5.1.3. Ħlief kif previst fil-paragrafu 5.1.3.3 jew 5.1.3.4 hawn taħt, minbarra l-ostakoli maħluqa mill-pilastri “A”, il-vireg ta' diviżjoni tal-ventilatur jew tat-tieqa tal-ġenb, fissi jew mobbli, l-aerials tar-radju fuq barra, apparati għall-viżjoni indiretta, li jkopru l-kamp viżiv indirett mandatorju u il-wajpers tal-windskrin, m'għandu jkun hemm l-ebda ostakolu għall-kamp viżiv dirett tas-sewwieq 180° 'il quddiem taħt il-pjan orizzontali li jgħaddi minn ġo V1, u fuq tliet pjanijiet minn ġo V2, wieħed perpendikolari għall-pjan X-Z u li jinklina 'l quddiem b'4° taħt l-orizzontal, u t-tnejn l-oħra perpendikolari għall-pjan Y-Z u li jinklinaw 4° taħt l-orizzontal (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 4).
Dawn li ġejjin mhumiex ikkunsidrati bħala ostakoli għall-kamp viżiv:
|
(a) |
Kondutturi integrati jew stampati tal-aerial tar-radju, li ma jkunux iżjed wesgħin minn dawn il-qisien li ġejjin:
|
|
(b) |
Fiż-żona A tat-tip “defrosting/demisting” normalment f'forma “żigżag” jew sinusojdali bid-daqsijiet li ġejjin:
|
5.1.3.1. Fil-każ ta' apparati ta' monitoraġġ bil-kamera, l-eżenzjonijiet tal-paragrafu 5.1.3 japplikaw għal kameras, flimkien mas-saqajn u l-oqfsa tagħhom li jkunu armati fuq barra tal-vettura. Is-sistema ta' monitoraġġ bil-kamera li tissostiwixxi l-mera retroviżiva tal-Klassi I għandu jkollha l-istess eżenzjoni.
5.1.3.2. Għal vetturi mgħammra, bħala standard, b'mirja retroviżivi approvati li jistgħu, opzjonalment, jiġu sostitwiti minn apparat ta' monitoraġġ bil-kamera, l-eżenzjonijiet tal-paragrafu 5.1.3 japplikaw ukoll għall-monitors, bil-kundizzjoni li (6):
|
(a) |
L-ostakolar tagħhom tal-viżjoni diretta ma taqbiżx il-livell ta' ostakolar tal-mera retroviżiva esterna korrispondenti flimkien mal-qafas u s-sieq tagħha, u; |
|
(b) |
Il-pożizzjoni tal-monitor tkun qrib kemm jista' jkun tal-pożizzjoni tal-mera retroviżiva li jkun qiegħed jisostitwixxi. |
5.1.3.3. Ostakolu maħluq mix-xifer tar-rota tal-istering u l-panel tal-istrumenti fir-rota tal-istering ikun aċċettat jekk pjan minn V2, perpendikulari għall-pjan x – z u tanġenzjali għall-ogħla punt tax-xifer tar-rota tal-istering, jinżel 'l isfel b'mill-inqas 1° taħt l-orizzontal.
Jekk ir-rota tal-istering tkun waħda li tista' tiġi aġġustata, għandha titqiegħed fil-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur, jew jekk dan ma jistax isir, fin-nofs tal-limiti tal-aġġustamenti.
5.1.3.4. Ostakolu bejn il-pjan li jgħaddi minn V2, u li jinżel 'l isfel tal-anqas 1° taħt l-orizzjontali u pjan li jgħaddi minn V2 u li jinżel 'l isfel 4° taħt l-orizzontali jiġi tollerat jekk il-projezzjoni konika ta' dan l-ostakolu, li jibda minn V2, fuq erja “S” kif definita fil-paragrafu 5.1.3.2.1 hawn taħt ma taqbiżx l-20 fil-mija ta' din l-erja jekk ir-rota tal-istering tkun waħda li taġġusta ruħha, għandha tkun imqiegħda fil-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur, jew jekk dan ma jistax isir, fin-nofs tal-limiti tal-aġġustamenti.
5.1.3.4.1. L-erja “S” (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 7), hija erja rettangolari vertikali li tinsab fi pjan perpendikolari mal-koordinat X, 1 500 mm 'il quddiem mill-punt V2. It-tarf ta' fuq tal-erja' “S” huwa ddefinit minn pjan li jgħaddi minn V2 u jinżel 'l isfel 'il quddiem 1° taħt l-orizzontal. It-tarf ta' isfel tal-erja' “S” huwa ddefinit minn pjan li jgħaddi minn V2 u jinżel 'l isfel 'il quddiem 4° taħt l-orizzontal. It-truf tax-xellug u tal-lemin tal-erja “S” huma vertikali u jiġu ġġenerati mil-linji ta' intersezzjoni tat-tliet pjani li jinżlu 'l isfel 4° kif definit fil-paragrafu 5.1.2.2 hawn fuq.
5.1.3.4.2. Fil-każ ta' windskrin estiż aktar minn 1 500 mm 'il quddiem mill-punt V2, id-distanza bejn l-erja “S” u l-punt V2 tista' tiġi estiża kif meħtieġ.
5.1.4. Fil-każ fejn l-għoli ta' V2 'il fuq mill-art ikun aktar minn 1 650 mm, għandu jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li ġej:
|
|
Oġġett ċilindriku b'għoli ta' 1 200 mm, b'dijametru ta' 300 mm, li jinsab fl-ispazju kkonfinat minn pjan vertikali li jinsab 2 000 mm quddiem il-vettura, pjan vertifikali li jinsab 2 300 mm quddiem il-vettura, pjan vertikali li jinsab 400 mm min-naħa tas-sewwieq tal-vettura, u pjan vertikali li jinsab 600 mm min-naħa opposta tal-vettura, għandu jkun tal-anqas parzjalment viżibbli meta tħares lejħ direttament minn V2 (ara l-Figura 1), irrispettivament minn fejn ikun jinsab l-oġġett f'dak l-ispazju, sakemm ma jkunx inviżibbli minħabba f'punt(i) moħbi(ja) minħabba l-pilastri A, il-wajpers tal-windskrin jew ir-rota tal-istering. |
|
|
Jekk is-seat tas-sewwieq ikun jinsab fil-pożizzjoni tas-sewqan ċentrali tal-vettura, l-oġġett ċilindriku b'għoli ta' 1 200 mm għandu jitqiegħed fl-ispazju kkonfinat minn pjan vertikali li jinsab 2 000 mm quddiem il-vettura, pjan vertifikali li jinsab 2 300 mm quddiem il-vettura, pjan vertikali li jinsab 500 mm min-naħa tal-ġenb tal-vettura (ara l-Figura 2). |
5.2. Il-pożizzjonijiet tal-punti V
5.2.1. Il-pożizzjonijiet tal-punti V b'relazzjoni mal-punt “R”, kif indikat mill-koordinati XYZ minn fuq il-grilja ta' referenza tridimensjonali, huma kif murija fit-Tabelli I u IV.
5.2.2. It-Tabella I tindika l-koordinati ewlenin għal angolu ippjanat ta' 25° tad-dahar tas-seat. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hija indikata fl-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 1.
Tabella I
|
Il-punt V |
X |
Y |
Z |
|
V1 |
68 mm |
– 5 mm |
665 mm |
|
V2 |
68 mm |
– 5 mm |
589 mm |
5.3. Il-pożizzjonijiet tal-punti P
5.3.1. Il-pożizzjonijiet tal-punti P b'relazzjoni mal-punt “R”, kif indikat mill-koordinati XYZ minn fuq il-grilja tar-referenza tridimensjonali, huma kif murija fit-Tabelli II, III u IV.
5.3.1.1. It-Tabella II turi l-koordinati bażi għal angolu tad-disinn tad-dahar tas-seat ta' 25°. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati tingħata fl-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 1.
Il-punt Pm huwa l-punt ta' intersezzjoni bejn il-linja dritta li tgħaqqad P1, u P2 u l-pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mill-punt “R”.
Tabella II
|
Punt P |
X |
Y |
Z |
|
P1 |
35 mm |
– 20 mm |
627 mm |
|
P2 |
63 mm |
47 mm |
627 mm |
|
Pm |
43,36 mm |
0 mm |
627 mm |
5.3.1.2. It-Tabella III turi l-korrezzjonijiet addizzjonali li għandhom isiru għall-koordinati X ta' P1 u P2 meta l-medda tal-aġġustament orizzontali tas-seat kif iddefinit fil-paragrafu 2.16 ta' hawn fuq taqbeż il-108 mm. Id-direzzjoni pożittiva għall-koordinati hija indikata fl-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 1.
Tabella III
|
Medda tal-aġġustament orizzontali tas-seat |
Δx |
|
108 sa 120 mm |
– 13 mm |
|
121 sa 132 mm |
– 22 mm |
|
133 sa 145 mm |
– 32 mm |
|
146 sa 158 mm |
– 42 mm |
|
aktar minn 158 mm |
– 48 mm |
5.4. Il-korrezzjoni għall-angoli tad-disinn tad-dahar tas-seat minbarra dawk ta' 25°
It-Tabella IV turi l-korrezzjonijiet ulterjuri li għandhom isiru fuq il-koordinati X u Z ta' kull punt P u kull punt V meta l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-seat ma jkunx ta' 25°. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hija indikata fl-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 1.
Tabella IV
|
L-angolu tad-dahar tas-seat (fi °) |
Koordinati orizzontali Δx |
Koordinati vertikali Δz |
L-angolu tad-dahar tas-seat (fi °) |
Koordinati orizzontali Δx |
Koordinati vertikali Δz |
|
5 |
– 186 mm |
28 mm |
23 |
– 18 mm |
5 mm |
|
6 |
– 177 mm |
27 mm |
24 |
– 9 mm |
3 mm |
|
7 |
– 167 mm |
27 mm |
25 |
0 mm |
0 mm |
|
8 |
– 157 mm |
27 mm |
26 |
9 mm |
– 3 mm |
|
9 |
– 147 mm |
26 mm |
27 |
17 mm |
– 5 mm |
|
10 |
– 137 mm |
25 mm |
28 |
26 mm |
– 8 mm |
|
11 |
– 128 mm |
24 mm |
29 |
34 mm |
– 11 mm |
|
12 |
– 118 mm |
23 mm |
30 |
43 mm |
– 14 mm |
|
13 |
– 109 mm |
22 mm |
31 |
51 mm |
– 18 mm |
|
14 |
– 99 mm |
21 mm |
32 |
59 mm |
– 21 mm |
|
15 |
– 90 mm |
20 mm |
33 |
67 mm |
– 24 mm |
|
16 |
– 81 mm |
18 mm |
34 |
76 mm |
– 28 mm |
|
17 |
– 72 mm |
17 mm |
35 |
84 mm |
– 32 mm |
|
18 |
– 62 mm |
15 mm |
36 |
92 mm |
– 35 mm |
|
19 |
– 53 mm |
13 mm |
37 |
100 mm |
– 39 mm |
|
20 |
– 44 mm |
11 mm |
38 |
108 mm |
– 43 mm |
|
21 |
– 35 mm |
9 mm |
39 |
115 mm |
– 48 mm |
|
22 |
– 26 mm |
7 mm |
40 |
123 mm |
– 52 mm |
5.5. Il-pożizzjonijiet tal-punti E
5.5.1. Il-punti E1 u E2 huma individwalment 104 mm 'il bogħod minn P1.
E2 qiegħed 65 mm 'il bogħod minn E1 (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 4).
5.5.2. Il-linja dritta li tgħaqqad E1 u E2 tiddawwar madwar P1 sakemm it-tanġent li jgħaqqad E1 mat-tarf ta' barra tas-Sezzjoni 2 tal-pilastru “A” fuq in-naħa tas-sewwieq ikun normali mal-linja dritta E1-E2 (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 3).
5.5.3. E3 u E4 huma individwalment 104 mm 'il bogħod mill-punt P2. E3 qiegħed 65 mm 'il bogħod minn E4 (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 4).
5.5.4. Il-linja dritta E3 - E4 tiddawwar madwar P2 sakemm it-tanġent li jgħaqqad E4 mat-tarf ta' barra tas-Sezzjoni 2 tal-pilastru “A” fuq in-naħa tal-passiġġier ikun normali mal-linja dritta E3 - E4 (ara l-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 3).
6. PROĊEDURA TAT-TEST
6.1. Il-kamp viżiv tas-sewwieq
6.1.1. Ir-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta' referenza ewlenin tal-vettura u l-grilja ta' referenza tridimensjonali għandhom ikunu ddeterminati permezz tal-proċess preskritt fl-Anness 4.
6.1.2. Il-pożizzjonijiet tal-punti V1 u V2 huma ddeterminati f'relazzjoni mal-punt “R” kif indikat mill-koordinati XYZ tal-grilja ta' referenza tridimensjonali u huma indikati fit-Tabella 1 fil-paragrafu 5.2.2 hawn fuq u fit-Tabella IV fil-paragrafu 5.4 hawn fuq. Il-punti datum tal-windskrin imbagħad għandhom jinstabu permezz tal-punti V ikkoreġuti kif stipulat fil-paragrafu 5.1.1 hawn fuq.
6.1.3. Ir-relazzjoni bejn il-punti P u l-punt “R” u l-linja ċentrali tal-pożizzjoni bilqiegħda tas-sewwieq, kif indikata mill-koordinati XYZ tal-grilja ta' referenza tridimensjonali, għandhom jiġu ddeterminati mit-Tabelli II u III fil-paragrafu 5.3 hawn fuq. Il-korrezzjoni għall-angoli tad-disinn tad-dahar tas-seat li mhumiex ta' 25°, tidher fit-Tabella IV fil-paragrafu 5.4 hawn fuq.
6.1.4. L-angolu ta' ostakolu (ara l-paragrafu 5.1.2 hawn fuq) għandu jitkejjel fil-pjanijiet inklinati kif indikat fl-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 2. Ir-relazzjoni bejn P1 u P2, li huma konnessi ma' E1 u E2, u E3 u E4, rispettivament, tidher fl-Anness 4, l-Appendiċi, il-Figura 5.
6.1.4.1. Il-linja dritta E1 - E2 għandha tiġi orjentata kif deskritt fil-paragrafu 5.5.2 hawn fuq. L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru A fuq in-naħa tas-sewwieq jitkejjel kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.2.1.1 hawn fuq.
6.1.4.2. Il-linja dritta E3- E4 għandha titqiegħed kif deskritt fil-paragrafu 5.5.4 hawn fuq. L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru “A” fuq in-naħa tal-passiġġier għandu imbagħad jitkejjel kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.2.1.2 hawn fuq.
6.1.5. Il-manifattur jista' jkejjel l-angolu ta' ostakolu jew fuq il-vettura jew fid-disinji. F'każ ta' dubju is-Servizzi Tekniċi jistgħu jeħtieġu li t-testijiet isiru fuq il-vettura.
7. MODIFIKA TAT-TIP TA' VETTURA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
7.1. Kull modifika tat-tip ta' vettura kif iddefinit fil-paragrafu 2.2 hawn fuq, għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' mbagħad jew:
|
7.1.1. |
Tikkunsidra li l-modifiki li saru ma għandhomx effett negattiv fuq il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni u tagħti estensjoni tal-approvazzjoni; |
|
7.1.2. |
Tikkunsidra li l-modifiki li saru jaffettwaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni u titlob li jsiru iżjed testijiet jew kontrolli qabel ma tingħata l-estensjoni tal-approvazzjoni. |
7.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati t-tibdiliet, għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq.
7.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti oħrajn bl-estensjoni permezz tal-formola ta' komunikazzjoni li tidher fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament. Għandha tassenja numru tas-serje lil kull estensjoni, li jkun magħruf bħala n-numru tal-estensjoni.
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
8.1. Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali ddefiniti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), u jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
8.2. Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b'mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5 ta' hawn fuq;
8.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun ħarġet l-approvazzjoni tista' fi kwalunkwe ħin tivverifika l-konformità tal-mezzi ta' kontroll li huma applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip tal-vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8 ta' hawn fuq ma jkunux rispettati.
9.2. Jekk Parti Kontraenti tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf b'mod permanenti mill-manifattura ta' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
11. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi risponsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni.
12. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
12.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta' emendi 01.
12.2. Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.
12.3. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m'għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet għall-approvazzjonijiet għal tipi eżistenti li ngħataw skont il-verżjoni oriġinali ta' dan ir-Regolament.
12.4. Anke wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi skont il-verżjoni oriġinali ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.
12.5. Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li ngħataw skont il-verżjoni oriġinali ta' dan ir-Regolament.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) Il-massa ta' vettura f'kundizzjoni ta' tħaddim tfisser il-massa tal-vettura u tal-body tagħha flimkien mal-likwidu tat-tberrid, il-lubrikanti, il-fjuwil, il-likwidi kollha l-oħra, l-għodda, l-istepni u s-sewwieq. Il-massa tas-sewwieq hija vvalutata għal 75 kg (imqassma kif ġej: 68 kg għall-massa tal-okkupant u 7 kg għall-massa tal-bagalji, skont l-Istandard ISO 2416:1992). It-tank ikun mimli sa 90 fil-mija u t-tagħmir l-ieħor li jkun fih il-likwidi (ħlief għal dak maħsub għall-ilma mormi) jkun mimli sa 100 fil-mija tal-kapaċità ddikjarata mill-manifattur.
(3) Ir-reviżjoni 2 ta' R.E.3 hija disponibbli bħala d-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2 kif emendat.
(4) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(5) Kif inhu ddefinit fl-Anness 18, il-paragrafu 2.2 tar-Regolament Nru 43 dwar l-approvazzjoni tal-ħġieġ u l-materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza.
(6) Ara r-rapport ECE/TRANS/WP.29/GRSG/88, paragrafu 46 fuq il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.
ANNESS 2
TQASSIM TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
(ara l-paragrafi 4.4 sa 4.4.2 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura konċernat, rigward il-firxa viżiva 'l quddiem tas-sewwieq, ġie approvat fil-Belġju (E 6) skont ir-Regolament Nru 125. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 125 kif emendat bis-serje ta' emendi 01.
ANNESS 3
Proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati (1)
|
Appendiċi 1 - |
Deskrizzjoni tal-punt “H” tridimensjonali magna (magna 3-D H) (1) |
|
Appendiċi 2 - |
Sistema ta' referenza tridimensjonali (1) |
|
Appendiċi 3 - |
Dejta ta' referenza rigward il-pożizzjonijiet bilqiegħda (1) |
(1) Il-proċedura hija deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (RE.3) (id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2). www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 4
Metodu għad-determinazzjoni tar-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta' referenza primarji tal-vettura u l-grilja ta' referenza tridimensjonali
1. IR-RELAZZJONI BEJN IL-GRILJA TA' REFERENZA U L-MARKI PRIMARJI TA' REFERENZA TAL-VETTURA
Sabiex jiġu vverifikati d-dimensjonijiet speċifiċi fuq jew ġewwa vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, ir-relazzjoni bejn il-koordinati tal-grilja ta' referenza tridimensjonali, iddefinita fil-paragrafu 2.3 ta' dan ir-Regolament, li kienet stabbilita fl-istadju inizjali tad-disinn tal-vettura, u l-pożizzjonijiet tal-marki primarji ta' referenza, iddefiniti fil-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti bl-eżatt sabiex il-punti speċifiċi fuq id-disinni tal-manifattur tal-vettura ikunu jistgħu jiġu identifikati fuq vettura reali prodotta minn dawk id-disinni.
2. IL-METODU GĦALL-ISTABBILIMENT TAR-RELAZZJONI TAL-GRILJA TA' REFERENZA MAL-MARKI TA' REFERENZA
Għal dan il-għan, għandu jinbena pjan ta' referenza mal-art li jkun immarkat bil-kejl X-X u bil-kejl Y-Y. Il-metodu biex jinkiseb dan huwa stabbilit fil-Figura 6 tal-Appendiċi ta' dan l-Anness, bil-pjan ta' referenza ikun superfiċje iebsa, ċatta u livell li fuqha tinsab il-vettura, b'żewġ skali ta' kejl iankrati tajjeb mas-superfiċje tiegħu; dawn għandhom ikunu ggradwati f'millimetri, bl-iskala X-X twila mhux inqas minn tmien metri u l-iskala Y-Y twila mhux inqas minn erba' metri. Iż-żewġ skali ta' kejl għandhom jitqiegħdu f'angolu rett ma' xulxin kif jintwera fil-Figura 6 tal-Appendiċi ta' dan l-Anness. L-intersezzjoni ta' dawn l-skali ta' kejl hija l-punt żero.
3. L-EŻAMI TAL-PJAN TA' REFERENZA
Sabiex jitħalla lok għal varjazzjonijiet minuri fil-livell tal-pjan ta' referenza jew fl-erja tat-test, ikun meħtieġ li jitkejlu d-devjazzjonijiet mill-punt żero tul kemm l-iskala X kif ukoll l-iskala Y f'intervalli ta' 250 mm u li jiġu rreġistrati l-valuri miksuba sabiex ikunu jistgħu jsiru l-korrezzjonijiet waqt l-iċċekkjar tal-vettura.
4. L-ORJENTAZZJONI EFFETTIVA TAT-TEST
Sabiex jitħalla lok għal bidliet minuri fl-għoli tas-sospensjoni, eċċ, ikun meħtieġ mezz sabiex il-marki ta' referenza jinġiebu għall-pożizzjonijiet korretti tal-koordinati b'mod relattiv għall-orjentazzjoni tad-disinn qabel ma jittieħdu aktar qisien. Barra minn hekk, irid ikun possibbli li jsiru aġġustamenti minuri laterali u/jew lonġitudinali tal-pożizzjoni tal-vettura sabiex titqiegħed b'mod preċiż f'relazzjoni mal-grilja ta' referenza.
5. RIŻULTATI
Wara li l-vettura tkun tqiegħdet b'mod korrett f'relazzjoni mal-grilja ta' referenza u fl-orjentazzjoni tad-disinn tagħha, jista' jiġi ddeterminat aktar malajr fejn jinsabu l-punti meħtieġa sabiex jiġu studjati r-rekwiżiti ta' viżibilità 'l quddiem.
Il-metodi tat-test sabiex jiġu ddeterminati dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu l-użu ta' teodoliti, sorsi tad-dawl u tagħmir għad-dellijiet, jew kwalunkwe metodu ieħor, li jista' jintwera li jagħti riżultati ekwivalenti.
APPENDIĊI
Figura 1
Determinazzjoni tal-punti V
|
(1) |
Linja mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
(2) |
Linja mal-pjan vertikali li jgħaddi minn R. |
|
(3) |
Linja mal-pjan vertikali li jgħaddi minn V1 u V2. |
Figura 2
Punti ta' osservazzjoni tal-pilastri “A”
Figura 3
Angoli ta' ostakolu
Figura 4
Evalwazzjoni tal-ostakoli fil-kamp viżiv dirett ta' 180° quddiem is-sewwieq
Figura 5
Dijagramma dimensjonali li turi l-pożizzjonijiet relattivi tal-punti E u tal-punti P
Figura 6
Post ta' ħidma livell
Figura 7
Definizzjoni tal-erja “S”
(paragrafu 5.1.3.2 ta' dan ir-Regolament)