<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-13/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0013</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:193">EU:C:2021:193</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑13/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Top System</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20210310">10 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑13/20</HT></P><P>Top System SA</P><P>vs</P><P>État belge</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Brussell (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 91/250/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet għall-atti ristretti</KEYWORD><KEYWORD>Atti neċessarji għall-korrezzjoni ta’ żbalji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6</KEYWORD><KEYWORD>Dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ingħatat okkażjoni ġdida lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ din il-kawża, sabiex tiddeċiedi dwar il-karatteristiċi tal-protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter. Fil-fatt, għalkemm huwa aċċettat, kemm fid-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ara l-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> kif ukoll fid-dritt internazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara l-Artikolu 4 tat-Trattat tal-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur, adottat f’Genève fl‑<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>.</P></NOTE>, li l-programmi tal-kompjuter huma protetti mid-drittijiet tal-awtur bħala xogħlijiet letterarji, dawn huma distinti f’diversi aspetti. In-natura speċifika tagħhom, bħala oġġetti ta’ protezzjoni, hija riflessa fil-mekkaniżmi ta’ din il-protezzjoni li tant huma differenti mir-regoli ġenerali tad-drittijiet tal-awtur li ċerti awturi jitkellmu dwar sistema <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> ta’ protezzjoni <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, b’mod partikolari, Markiewicz, R., <HT TYPE="ITALIC">Ilustrowane prawo autorskie</HT>, Wolters Kluwer, Varsavja, 2018, p. 463. Awturi oħrajn jikklassifikaw il-programmi tal-kompjuter bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kitbiet permezz ta’ determinazzjoni tal-liġi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, ara Vivant, M., Bruguière, J.-M., <HT TYPE="ITALIC">Droit d’auteur et droits voisins</HT>, Dalloz, Pariġi, 2015, p. 183.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Qabel kollox, mhux talli l-programmi tal-kompjuter għandhom skop utilitarju, iżda talli din l-utilità għandha natura speċjali ħafna: tħaddem il-kompjuters. Fil-fatt, tali programm huwa kkostitwit minn ġabra ta’ istruzzjonijiet li, eżegwiti minn kompjuter, jippermettulu jwettaq ċerti kompiti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Janssens, M.-Ch., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>The Software Directive<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, fi Stamatoudi, I., u Torremans, P., <HT TYPE="ITALIC">EU Copyright Law. A Commentary</HT>, Edward Elgar Publishing, Cheltenham, 2014, p. 89 sa 148, b’mod partikolari p. 93.</P></NOTE>. Minn dan isegwi li, għall-kuntrarju ta’ kull kategorija oħra ta’ oġġetti protetti mid-drittijiet tal-awtur, il-programmi tal-kompjuter ma humiex maħsuba biex jintużaw permezz<?PAGE NO="2"?> tal-perċezzjoni tal-bniedem. Inċidentalment, l-ewwel programmi tal-kompjuter kienu kkunsidrati bħala aċċessorji għall-magna nnifisha u kien b’mod progressiv biss li s-software kiseb l-awtonomija tiegħu fil-konfront tal-hardware<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Bing, J., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Copyright Protection of Computer Programs<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, f’Derclaye, E. (editriċi), <HT TYPE="ITALIC">Research Handbook on the Future of EU Copyright</HT>, Edward Elgar Publishing, Cheltenham, 2009, p. 401 sa 425, b’mod partikolari p. 401.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ċertament, f’ċerti sitwazzjonijiet, li jistgħu jkunu rilevanti mill-perspettiva tad-drittijiet tal-awtur, il-qari ta’ programm tal-kompjuter mill-bniedem jista’ jkun utli, pereżempju, sabiex jinħoloq programm kompetitur jew komplementari. Madankollu, bħala prinċipju, ma huwiex l-utent, iżda huwa l-kompjuter li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>jaqra<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> l-programm u jeżegwixxih. Għalhekk, l-utilità għall-utent ma tinsabx fil-programm tal-kompjuter bħala tali, iżda fil-funzjonalitajiet li dan il-programm jippermetti lill-kompjuter li jimplimenta. Dan iqarreb il-programmi tal-kompjuter lejn invenzjonijiet protetti mill-privattiva iktar milli lejn xogħlijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>klassiċi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> protetti mid-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Minn din l-ewwel karatteristika tal-programmi tal-kompjuter tirriżulta t-tieni waħda, jiġifieri l-mod ta’ espressjoni tagħhom. Fil-fatt, għalkemm il-programm tal-kompjuter ma huwiex maħsub għall-perċezzjoni tal-bniedem, iżda għall-perċezzjoni tal-magna, dan għandu jiġi espress b’mod li jkun jista’ jinftiehem minn din tal-aħħar. Dan il-mod ta’ espressjoni huwa l-kodiċi binarju, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>kitba<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> li hija limitata għal żewġ sinjali, normalment irrappreżentati minn 0 u 1, iżda din ir-rappreżentazzjoni għadha biss konvenzjoni għall-użu mill-bniedem. Il-proċessur tal-kompjuter <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>jaqra<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> dawn is-sinjali bħala valuri differenti tal-voltaġġ elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Għalkemm il-programmi għall-kompjuters imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>tal-ewwel ġenerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> ħafna drabi kienu kkodifikati direttament f’forma binarja, il-programmi moderni huma kumplessi wisq biex ikunu jistgħu jinħolqu, jew anki jinqraw, f’din il-forma. Għalhekk jeżistu lingwaġġi ta’ programmazzjoni, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>lingwaġġi ta’ livell għoli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li jinkludu l-istruzzjonijiet differenti għall-kompjuters, ikkodifikati f’forma ta’ espressjonijiet qrib il-lingwaġġ naturali u, għalhekk, perċettibbli għall-bniedem u jistgħu jinftehmu minn dawk li jafu dawn il-lingwaġġi. Programm tal-kompjuter maħluq f’tali lingwaġġ ta’ programmazzjoni jikkostitwixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kodiċi sors<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> tiegħu. Dan il-kodiċi sors sussegwentement jiġi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kkumpilat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, bl-għajnuna ta’ software ddedikat imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kumpilatur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kodiċi oġġett<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kodiċi magna<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jiġifieri l-forma li tinftiehem u tiġi eżegwita minn kompjuter<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Jew, b’mod iktar preċiż, għall-proċessur li jkollu ċerta arkitettura, peress li l-istruzzjonijiet tal-kodiċi oġġett huma speċifiċi għal kull tip ta’ proċessur u ma jiġux eżegwiti minn proċessur ta’ tip differenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li, fil-prattika, il-programmi tal-kompjuter normalment jiġu kkomunikati lill-utenti biss fil-forma tal-kodiċi oġġett. Dan jippermetti li dawn il-programmi jintużaw billi jiġu eżegwiti fuq il-kompjuter, iżda ma jippermettix li l-kontenut tagħhom jiġi magħruf, u dan ma huwiex normali fir-rigward ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur. Il-kwistjoni dwar jekk u, eventwalment, sa fejn l-utent ta’ programm tal-kompjuter għandu d-dritt li jittraduċi l-kodiċi oġġett tal-imsemmi programm f’kodiċi sors (tali operazzjoni tissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) sabiex jiġi magħruf il-kontenut tiegħu hija ġustament fil-qalba ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni twassalna għat-tielet karatteristika tal-programmi tal-kompjuter bħala suġġetti għal protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur: l-istruttura bejn din il-protezzjoni u l-prinċipju klassiku tad-drittijiet tal-awtur li jgħid li dawn ma jipproteġux l-ideat, iżda biss l-espressjoni tagħhom. Dan il-prinċipju jirrifletti r-raġuni tad-drittijiet tal-awtur li hija li ma jikkontribwixxux biss għall-ħolqien, billi jipproteġu l-ħidma kreattiva tal-awturi, iżda wkoll għat-tixrid u għall-aċċess għall-ideat, billi jevitaw il-monopolizzazzjoni tagħhom, b’tali mod li dawn jistgħu<?PAGE NO="3"?> jikkostitwixxu s-sors ta’ kreazzjonijiet oħra. Madankollu, il-fatt li l-espressjoni tal-programmi tal-kompjuter, kif inhuma normalment żvelati, hija imperċettibbli għall-bniedem, jippermetti li jinħbew l-ideat li huma fil-bażi ta’ dawn il-programmi, billi b’hekk lill-awturi tagħhom tingħatalhom protezzjoni li tmur lil hinn minn dik li hija ġġustifikata mill-għanijiet tad-drittijiet tal-awtur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, b’mod partikolari, Karjala, D.S., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Copyright Protection of Computer Documents, Reverse Engeneering and Professor Miller<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, <HT TYPE="ITALIC">University of Dayton Law Review</HT>, 1994, Vol. 19, p. 975 sa 1020.</P></NOTE>. B’hekk, il-programmi tal-kompjuter jikkostitwixxu l-unika kategorija ta’ xogħlijiet protetti li għaliha l-aċċess għall-ideat sottostanti, permezz tas-sempliċi analiżi sensorjali li ma tinvolvix atti suġġetti għall-monopolju tal-awtur, huwa impossibbli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Shemtov, N., <HT TYPE="ITALIC">Beyond the Code. Protection of Non-Textual Features of Software</HT>, Oxford University Press, Oxford, 2017, p. 28. Għal żviluppi iktar wiesgħa dwar id-dikotomija idea/espressjoni fid-drittijiet tal-awtur u l-applikazzjoni tagħhom għall-programmi tal-kompjuter, ara, b’mod partikolari, p. 102 sa 127 ta’ dan ix-xogħol.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Dawn l-iżviluppi introduttorji jidhruli neċessarji sabiex inqiegħed din il-kawża fil-kuntest speċifiku tal-protezzjoni tal-programmi tal-kompjuter permezz tad-drittijiet tal-awtur. Fil-fatt, il-problema ewlenija ta’ din il-kawża, dik tad-dritt għad-dekumpilazzjoni ta’ programm, ma tista’ tqum għall-ebda kategorija oħra ta’ oġġetti protetti, għas-sempliċi raġuni li l-proċess ta’ dekumpilazzjoni, u lanqas kwalunkwe proċess simili, ma huwa neċessarju għall-aċċess għall-kontenut ta’ xogħlijiet li jaqgħu taħt kategoriji oħra minbarra l-programmi tal-kompjuter.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal‑<DATE ISO="19910514">14 ta’ Mejju 1991</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114.</P></NOTE>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, Stati Membri għandhom jipproteġu programmi tal-kompjuter, bid-drittijiet ta’ l-awtur, bħala xogħlijiet letterarji bit-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>programmi tal-kompjuter<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> għandu jinkludi l-materjal preparatorju tad-disinn tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Protezzjoni skond din id-Direttiva għandha tapplika għall-espressjoni f’kull forma ta’ programm tal-kompjuter. Ideat u prinċipji li jservu ta’ bażi għal kull element ta’ programm tal-kompjuter, inklużi dawk li jservu ta’ bażi għall-<HT TYPE="ITALIC">interfaces</HT> tiegħu, mhumiex protetti bid-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Programm tal-kompjuter għandu jkun protett jekk ikun oriġinali fis-sens li jkun il-ħolqien intellettwali ta’ l-awtur stess. L-ebda kriterji oħra ma għandhom jiġu applikati biex tiġi stabbilita l-eliġibilità tiegħu għall-protezzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(a) u (b), ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 6, id-drittijiet esklussivi tad-detentur tad-drittijiet skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2, għandhom jinkludu d-dritt li jagħmlu jew li jawtorizzaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-riproduzzjoni permanenti jew temporanja ta’ programm tal-kompjuter b’kull mezz u f’kull forma, f’parti jew kollha. Inkwantu għat-tlugħ, wiri, tħaddim, trasmissjoni jew ħażna tal-programm tal-komputer jinneċessitaw din ir-riproduzzjoni, dawn l-atti għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-traduzzjoni, addattament, arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter u r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tibdel il-programm;<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Fl-assenza ta’ disposizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali, l-atti msemmija fl-Artikolu 4(a) u (b) m’għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet fejn ikunu meħtieġa għall-użu tal-programm tal-kompjuter minn min jiksbu legalment skond il-fini maħsub tiegħu, inkluża l-korrezzjoni ta’ żball.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Finalment, l-Artikolu 6 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet ma għandhiex tkun meħtieġa fejn ir-riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(a) u (b) huma indispensabbli biex tottjeni l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement minn [ma’] programmi oħra, kemm‑il darba jsiru skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dawn l-atti jitwettqu mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew minn persuna oħra li jkollha d-dritt li tuża’ kopja ta’ programm, jew f’isimhom minn persuna awtorizzata li tagħmel dan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ma tkunx minn qabel disponibbli għall-persuni msemmija fis-sottoparagrafu (a);</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>dawn l-atti jkunu limitati għall-partijiet tal-programm oriġinali li huma meħtieġa biex jiksbu l-interoperabilità.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx jippermettu l-informazzjoni miksuba permezz ta’ l-applikazzjoni tiegħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li tintuża għal għanijiet oħra għajr biex tikseb l-interoperabilità tal-programm tal-kompjuter maħluq indipendentement;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li tingħata lill-oħrajn, għajr meta jkun meħtieġ għall-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>li tintuża għall-iżvilupp, produzzjoni jew kummerċ ta’ programm tal-kompjuter sostanzjalment simili fl-espressjoni tiegħu, jew għal kull att ieħor li jikser id-drittijiet ta’ l-awtur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jistgħux jiġu interpretati b’mod li jippermettu l-applikazzjoni tiegħu li tintuża b’mod li tippreġudika b’mod mhux raġunat l-interessi ġusti tad-detentur leġittimu jew imorru kontra l-isfruttar normali tal-programm tal-kompjuter.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/250 tħassret, b’effett mill‑<DATE ISO="20090524">24 ta’ Mejju 2009</DATE>, bis-saħħa tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/24/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 111, p. 16</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Madankollu, il-fatti fil-kawża prinċipali jibqgħu suġġetti, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, għad-Direttiva 91/250. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-direttiva ma ġewx emendati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 91/250 kienu ġew trasposti fid-dritt Belġjan, b’mod essenzjalment letterali, fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-liġi tat‑<DATE ISO="19940630">30 ta’ Ġunju 1994</DATE> li tittrasponi fid-dritt Belġjan id-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal‑<DATE ISO="19910514">14 ta’ Mejju 1991</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas‑<DATE ISO="19940727">27 ta’ Lulju 1994</DATE>, p. 19315.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Is-Selor (l-Uffiċċju ta’ Selezzjoni tal-Amministrazzjoni Federali) huwa istituzzjoni pubblika Belġjana, li ġiet integrata fis-servizz pubbliku Federali għall-Istrateġija u għall-Appoġġ, responsabbli mis-selezzjoni u mill-gwida ta’ kollaboraturi futuri ta’ servizzi pubbliċi differenti tal-amministrazzjoni. L-État belge (l-Istat Belġjan) huwa indikat bħala parti fil-proċedura fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Top System SA, kumpannija rregolata mid-dritt Belġjan, tiżviluppa programmi tal-kompjuter u tiżgura diversi servizzi informatiċi għall-klijenti tagħha. Hija ilha tikkollabora mas-Selor għal diversi snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, Top System hija l-awtur ta’ diversi applikazzjonijiet żviluppati fuq talba tas-Selor, fosthom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>SWA<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (Selor Web Access), imsejħa wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>eRecruiting<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Dawn l-applikazzjonijiet huma komposti, minn naħa, minn elementi mfassla <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>skont il-bżonn<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, proprji sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet u r-rekwiżiti speċifiċi tas-Selor, u, min-naħa l-oħra, minn elementi estratti minn Top System tat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>TSF<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (Top System Framework”), programm li hija l-awtur tiegħu. Wieħed mill-komponenti tat-TSF huwa d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>DGE<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (DataGridEditor). Is-Selor iżomm liċenzja għall-użu tal-applikazzjonijiet żviluppati minn Top System.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20080206">6 ta’ Frar 2008</DATE>, is-Selor u Top System ikkonkludew kuntratti ta’ servizzi, fejn wieħed minnhom kellu bħala għan l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni ta’ ambjent ġdid ta’ żvilupp kif ukoll l-integrazzjoni u l-migrazzjoni ta’ sorsi ta’ applikazzjonijiet tas-Selor f’dan l-ambjent il-ġdid. Bejn ix-xhur ta’ Ġunju u ta’ Ottubru 2008, ġiet skambjata posta elettronika rigward problemi li kienu qegħdin jaffettwaw ċerti applikazzjonijiet, b’mod partikolari l-applikazzjoni eRecruiting.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Minn dan segwiet tilwima quddiem il-qrati kummerċjali ta’ Brussell (il-Belġju). B’mod partikolari, fis‑<DATE ISO="20090706">6 ta’ Lulju 2009</DATE>, Top System ippreżentat rikors kontra s-Selor u l-Istat Belġjan quddiem it-tribunal de commerce de Bruxelles (il-Qorti Kummerċjali ta’ Brussell, il-Belġju) bl-għan li tiġi kkonstatata, essenzjalment, id-dekumpilazzjoni, mis-Selor, tas-software qafas TSF. B’mod partikolari, Top System allegat ksur tad-drittijiet esklużivi tagħha fuq it-TSF u talbet il-kundanna tas-Selor u tal-Istat Belġjan għall-ħlas tad-danni. Il-kawża ntbagħtet quddiem it-tribunal de première instance de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell, il-Belġju), li ddikjarat it-talba għad-danni bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Top System appellat din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. Quddiem din il-qorti, is-Selor irrikonoxxa li kien ipproċeda għal dekumpilazzjoni ta’ parti mit-TSF – li l-funzjonalitajiet tiegħu kienu ġew integrati fl-applikazzjonijiet tas-Selor – sabiex jiddiżattiva funzjoni li ma kinitx qiegħda taħdem sew. Is-Selor isostni li huwa awtorizzat jipproċedi għal tali dekumpilazzjoni, fl-ewwel lok, mill-kuntratt, affermazzjoni li l-qorti tar-rinviju tiċħad bħala infondata, u, fit-tieni lok, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250. Top System min-naħa l-oħra, filwaqt li tikkontesta l-eżistenza ta’ kwalunkwe żball fis-software tagħha, issostni li d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter hija permessa biss, lil hinn mill-kuntest kuntrattwali, skont l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva u mhux għall-finijiet ta’ korrezzjoni ta’ żbalji, iżda tal-interoperabbiltà ta’ software indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-cour d’appel de Bruxelles (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-[Direttiva 91/250] għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jiddekumpila l-programm kompletament jew parzjalment meta din id-dekumpilazzjoni tkun neċessarja sabiex huwa jkun jista’ jikkoreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tal-imsemmi programm, inkluż meta l-korrezzjoni tikkonsisti fid-diżattivazzjoni ta’ funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti dan il-programm?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, għandhom barra minn hekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-[Direttiva 91/250] jew kundizzjonijiet oħra?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200114">14 ta’ Jannar 2020</DATE>. Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-partijiet fil-kawża prinċipali u mill-Kummissjoni Ewropea. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi attwali relatati mal-kriżi tas-saħħa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tannulla s-seduta. Il-partijiet wieġbu bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 jippermettix lil min jikseb legalment programm tal-kompjuter jipproċedi għad-dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm meta din id-dekumpilazzjoni tkun neċessarja sabiex jiġu kkorreġuti żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-dubju ta’ din il-qorti jirrigwarda, b’mod partikolari, l-argument imressaq minn Top System li jgħid li d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter hija permessa biss fl-ipoteżi prevista fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Jiġifieri, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement mill-programm iddekumpilat.</P></NOTE> u, konsegwentement, hija eskluża fl-ipoteżijiet koperti mill-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva. Ir-risposta għal din id-domanda teħtieġ li jiġu eżaminati l-prerogattivi tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter fir-rigward ta’ xerrej leġittimu ta’ dan il-programm.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-relazzjoni bejn il-proprjetarju tad-drittijiet u x-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter.</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/250 jipprevedi d-drittijiet esklużivi tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur, ta’ natura preventiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Il-proprjetarju għandu d-dritt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>li [jagħmel] jew li [jawtorizza]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</P></NOTE>, fuq il-programm tal-kompjuter tiegħu. L-ewwel wieħed minn dawn id-drittijiet huwa d-dritt ta’ riproduzzjoni, li huwa ddelimitat b’mod partikolarment wiesa’ peress li ma jiġborx fih biss kull forma ta’ riproduzzjoni, permanenti jew temporanja, iżda wkoll l-atti ta’ riproduzzjoni neċessarji għall-użu ta’ programm. Issa, għall-kuntrarju ta’ kategoriji oħra ta’ xogħlijiet, fi kwalunkwe każ dawk imqassma fuq il-mezz proprju tagħhom, programm tal-kompjuter dejjem jeħtieġ, għall-użu tiegħu, riproduzzjoni, anki jekk provviżorja biss, fil-memorja tal-kompjuter. Għalhekk, id-drittijiet esklużivi tal-proprjetarju jikkostitwixxu, fir-rigward tal-programmi tal-kompjuter, indħil iktar profond fl-isfera privata tal-utent milli fil-każ ta’ kategoriji oħra ta’ oġġetti protetti, peress li jeżiġu <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> awtorizzazzjoni tal-imsemmi proprjetarju anki għas-sempliċi użu tal-programm. Issa, id-Direttiva 91/250 ma tinkludix eċċezzjonijiet ekwivalenti għal dawk previsti fl-Artikolu 5(1) u (2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Sussegwentement, id-Direttiva 91/250 tissuġġetta għall-monopolju tal-proprjetarju kull sensiela ta’ atti intiżi għall-alterazzjoni ta’ programm tal-kompjuter, inkluż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[i]r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħh[a]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Anki f’dan il-każ, id-drittijiet tal-proprjetarju huma partikolarment wiesgħa meta mqabbla mas-soluzzjonijiet klassiċi tad-drittijiet tal-awtur, li jgħidu li l-alterazzjonijiet tax-xogħol eventwalment jidħlu fl-isfera esklużiva tal-awtur biss permezz ta’ żvelar pubbliku tar-riżultat tal-alterazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’hekk, il-monopolju tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter ma jkoprix biss l-atti klassiċi ta’ sfruttament tax-xogħol bħala drittijiet tal-awtur, iżda wkoll it-tgawdija ta’ dan ix-xogħol fl-isfera privata tal-utent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Finalment, id-Direttiva 91/250 tistabbilixxi d-dritt ta’ distribuzzjoni, li ma huwiex ikkonċernat minn din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, din id-definizzjoni wiesgħa tal-prerogattivi tal-proprjetarju hija limitata fir-rigward tar-relazzjonijiet tiegħu ma’ xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter tiegħu. Fil-fatt, skont is-sentenza introduttiva tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/250, id-drittijiet esklużivi jingħataw lill-proprjetarju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[b]la ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 6<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ta’ din id-direttiva. B’hekk, għalkemm dawn l-artikoli huma ppreżentati bħala eċċezzjonijiet għad-drittijiet esklużivi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/250 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Eċċezzjonijiet għall-atti ristretti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</P></NOTE>, dawn fil-fatt jikkostitwixxu limitu inerenti għal dawn id-drittijiet. Issa, skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva, l-atti previsti fl-Artikolu 4(a) u (b) tagħha ma humiex suġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju – jiġifieri r-riproduzzjoni u kull forma ta’ alterazzjoni tal-programm – meta huma neċessarji sabiex jippermettu lix-xerrej leġittimu tal-programm li jużah, inkluż li jikkorreġi żbalji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 jinkludi r-riżerva proprja tiegħu, jiġifieri li l-atti tax-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter imwettqa fil-kuntest tal-użu tal-imsemmi programm ma humiex suġġetti għall-monopolju tal-proprjetarju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[f]l-assenza ta’ disposizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>B’mod definittiv, ir-riżultat effettiv tal-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250 huwa li jippermetti lill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter, fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ xerrej leġittimu tal-programm tiegħu, li jiddefinixxi kuntrattwalment, b’mod iddettaljat, il-modalitajiet tal-użu ta’ dan il-programm minn dan ix-xerrej. Min-naħa l-oħra, fl-assenza ta’ tali stipulazzjonijiet kuntrattwali, ix-xerrej huwa liberu li jwettaq l-atti suġġetti, bħala prinċipju, għall-monopolju tal-proprjetarju, bil-kundizzjoni li jibqgħu fil-kuntest tal-użu tal-programm inkwistjoni konformement mal-iskop tiegħu, u dan jinkludi l-korrezzjoni ta’ żbalji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa veru li, skont is-sbatax-il [it-tmintax‑il] premessa tad-Direttiva 91/250, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>l-atti li jtellgħu u jħaddmu meħtieġa għall-użu ta’ kopja ta’ programm li jkun inkiseb legalment, u l-att ta’ korrezzjoni ta’ l-iżbalji tiegħu, jistgħu ma jkunux projbiti b’kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-analiżi tal-parti normattiva ta’ din id-direttiva twassal għall-konklużjoni inversa. Fil-fatt, l-imsemmija direttiva mhux talli ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni espressa fis-sens ta’ din il-premessa, talli din lanqas tippermetti interpretazzjoni f’dan is-sens. L-unika dispożizzjoni tad-Direttiva 91/250 li tista’ tapplika, jiġifieri l-Artikolu 5(1) tagħha, tittratta bl-istess mod l-atti kollha elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva. B’hekk, din id-dispożizzjoni ma tħalli l-ebda marġni ta’ interpretazzjoni li jippermetti li jiġu esklużi ċerti atti, jiġifieri t-tlugħ u t-tħaddim tal-programm tal-kompjuter kif ukoll il-korrezzjoni ta’ żbalji, mir-riżerva li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva. Issa, għalkemm il-premessi ta’ direttiva jistgħu jiggwidaw l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirriflettu dawn il-premessi, madankollu dawn ma għandhomx valur normattiv li jippermettilhom jieħdu post dispożizzjonijiet ineżistenti jew iwasslu għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Dan jgħodd b’mod speċjali meta t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 91/250 tipprovdi b’mod espliċitu li huma nulli u bla effett id-dispożizzjonijiet kuntrattwali kollha li jmorru kontra l-Artikolu 6 kif ukoll l-Artikolu 5(2) u (3) ta’ din id-direttiva. Il-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma semmiex fiha l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva, għalhekk jista’ jitqies biss bħala intenzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Huwa possibbli li, kif issostni l-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan is-suġġett, is-sbatax-il [it-tmintax‑il] premessa tad-Direttiva 91/250 tirrifletti l-formulazzjoni tal-proposta oriġinali ta’ din id-direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-proposta tad-Direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (COM(88) 816 final), ippreżentata mill-Kummissjoni fil‑<DATE ISO="19890105">5 ta’ Jannar 1989</DATE>.</P></NOTE>. Fil-fatt, din tal-aħħar, fl-Artikolu 5(1) tagħha, kienet stabbilixxiet distinzjoni bejn il-kuntratti ta’ liċenzja nnegozjati bejn il-partijiet u l-kuntratti msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ta’ adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, li fihom il-libertà kuntrattwali tax-xerrej ta’ programm tal-kompjuter kienet limitata għall-konklużjoni jew le tal-kuntratt. Skont il-Kummissjoni, il-projbizzjoni msemmija fis-sbatax-il [fit-tmintax‑il] premessa kienet tikkonċerna biss din it-tieni kategorija ta’ kuntratti. Xorta jibqa’ l-fatt li t-test finalment adottat tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 ma jagħmilx din id-distinzjoni. Għaldaqstant, l-istipulazzjonijiet ta’ kull kuntratt ta’ liċenzja għall-użu ta’ programm tal-kompjuter jistgħu jirregolaw l-aspetti kollha ta’ dan l-użu, inkluż it-tlugħ u t-tħaddim, kif ukoll il-korrezzjoni ta’ żbalji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Dan ma huwiex daqshekk irrazzjonali daqskemm jidher mal-ewwel daqqa ta’ għajn. Naturalment, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina liċenzja għall-użu ta’ programm li tipprojbixxi kompletament dan l-użu. Madankollu, l-użu tal-programm jista’ jkun limitat, pereżempju, fir-rigward tan-numru ta’ kompjuters li l-programm jista’ jiġi installat u użat fuqhom, b’tali mod li t-tlugħ tiegħu u t-tħaddim tiegħu fuq kompjuters supplimentari, inkluż mill-istess xerrej<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Għall-kuntrarju tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/250, l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva ma jsemmix lill-utent ta’ kopja tal-programm, iżda lix-xerrej tal-programm, indipendentement min-numru ta’ kopji akkwistati.</P></NOTE>, ikunu pprojbiti. Dan jgħodd b’mod speċjali fir-rigward tal-korrezzjoni ta’ żbalji li, normalment, ma taqax fost l-atti neċessarji għall-użu ta’ programm tal-kompjuter konformement mal-iskop tiegħu. Għalhekk, il-korrezzjoni ta’ żbalji tista’ tiġi rriżervata għall-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur, mingħajr ma tiġi affettwata l-koerenza ta’ liċenzja għall-użu tal-programm<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Barra minn hekk, il-kuntratti għall-użu ta’ programmi tal-kompjuter huma suġġetti għal regoli oħra tad-dritt, bħad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kuntratti, tal-protezzjoni tal-konsumaturi jew tal-kompetizzjoni. Dawn ir-regoli jillimitaw il-libertà kuntrattwali tal-partijiet, billi jipproteġu lix-xerrejja ta’ programmi tal-kompjuter mill-abbuż min-naħa tal-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur fuq dawn il-programmi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għalhekk nifhem il-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza SAS Institute<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tat‑<DATE ISO="20120502">2 ta’ Mejju 2012</DATE> (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑406/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:259">EU:C:2012:259</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li tgħid li, minħabba s-sbatax-il [it-tmintax‑il] premessa tad-Direttiva 91/250, l-operazzjonijiet ta’ tlugħ u ta’ tħaddim ta’ programm tal-kompjuter meħtieġa għall-użu ma jistgħux jiġu pprojbiti permezz tal-kuntratt, fis-sens li liċenzja għall-użu li tipprojbixxi kompletament l-atti neċessarji għal dan l-użu hija kontradizzjoni fiha nnifisha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Bħala li tmur kontra l-għan innifsu ta’ kuntratt għall-użu ta’ programm tal-kompjuter.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, din il-konstatazzjoni, fil-fehma tiegħi, ma tistax tiġi interpretata bħala li tagħti valur normattiv awtonomu lil din il-premessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, b’mod iktar preċiż, il-korrezzjoni ta’ żbalji, interpretazzjoni li tgħid li ma jkunx possibbli li tiġi eskluża kuntrattwalment il-possibbiltà għax-xerrej tal-programm li jagħmel dan, toħloq żbilanċ għad-detriment tal-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur. Dan l-iżbilanċ ikun iktar sinjifikattiv jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi l-proposta ta’ risposta tiegħi f’din il-kawża u tikkunsidra li x-xerrej għandu jingħata l-possibbiltà li jiddekumpila l-programm għall-finijiet ta’ din il-korrezzjoni mingħajr ma qabel jitlob il-permess tal-proprjetarju. Fil-fatt, dan iċaħħad lil dan il-proprjetarju minn kull possibbiltà li jopponi tali dekumpilazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Issa, ma jistax jiġi eskluż li d-dekumpilazzjoni ssir b’għan illeġittimu li ma jkunx marbut mal-korrezzjoni ta’ żbalji.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, din il-kwistjoni ma tidhirx li hija importanti fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, mill-proċess tal-kawża jirriżulta li l-kuntratt bejn Top System u s-Selor ma jinkludi ebda stipulazzjoni li tipprojbixxi lis-Selor il-korrezzjoni ta’ żbalji fil-programmi tal-kompjuter ta’ Top System jew fi kwalunkwe każ din il-kumpannija ma tinvokax tali stipulazzjonijiet quddiem il-qorti tar-rinviju. Is-Selor għalhekk għandu d-dritt, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, li jikkorreġi l-iżbalji fil-programmi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalhekk, issa hemm lok li jiġi analizzat jekk din id-dispożizzjoni tippermettix lil xerrej ta’ programm tal-kompjuter jipproċedi għad-dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm bl-għan li jikkorreġi l-iżbalji fih. Ser nibda din l-analiżi billi nagħti ċerti kjarifiki dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Kif indikajt diġà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-punt 5 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, programm tal-kompjuter, miktub mill-programmatur f’lingwaġġ ta’ programmazzjoni li jista’ jinftiehem mill-bniedem, sussegwentement għandu jiġi alterat f’forma li tinftiehem mill-kompjuter, jiġifieri lejn il-lingwaġġ tal-magna. Din l-operazzjoni ssir bl-għajnuna ta’ programm speċjali, il-kumpilatur, u ġġib l-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>kumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Il-verżjoni tal-programm fil-lingwaġġ ta’ programmazzjoni tissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>kodiċi sors<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u l-verżjoni fil-lingwaġġ tal-magna, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>kodiċi oġġett<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Din ma hijiex traskrizzjoni sempliċi tal-programm f’kodiċi binarju, iżda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>traduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> tal-istruzzjonijiet ifformulati b’mod funzjonali u astratt fil-kodiċi sors lejn istruzzjonijiet konkreti għall-komponenti ta’ proċessur ta’ kompjuter li għandu arkitettura partikolari. Ċerti programmi miktuba f’lingwaġġi ta’ programmazzjoni li joqorbu iktar lejn il-lingwaġġ tal-magna (lingwaġġi msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>ta’ livell baxx<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>) ma jiġux ikkumpilati, iżda assemblati. Dan huwa proċess analogu għal dak tal-kumpilazzjoni u, peress li d-Direttiva 91/250 ma tagħmilx differenza bejn dawn iż-żewġ proċessi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-programmi kkumpilati u l-programmi assemblati għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod mill-perspettiva tal-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-programmi tal-kompjuter normalment jitqassmu biss fil-forma ta’ kodiċi oġġett. Issa, il-kodiċi oġġett ma jistax jinftiehem mill-bniedem. Għaldaqstant, ix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter, sa fejn ikun jixtieq isir jaf il-kontenut tal-programm u jagħmillu modifiki, b’mod partikolari sabiex jikkorreġi żbalji, għandu jipproċedi għal alterazzjoni tal-kodiċi oġġett li għandu f’forma ta’ programm li jinftiehem mill-bniedem, jiġifieri fformulat f’lingwaġġ ta’ programmazzjoni. Din l-operazzjoni, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, tikkonsisti fir-riproduzzjoni, permezz tal-istruzzjonijiet għall-proċessur miktuba fil-kodiċi oġġett, tal-istruzzjonijiet funzjonali tal-programm. Għalhekk, id-dekumpilazzjoni hija tip ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>inġinerija inversa<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> (<HT TYPE="ITALIC">reverse engineering</HT>), jiġifieri operazzjoni li permezz tagħha wieħed jista’ jasal sabiex jiskopri l-kostruzzjoni ta’ għodda kumplessa billi jitlaq mill-prodott lest, applikata għall-programmi tal-kompjuter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, id-dekumpilazzjoni ma tippermettix li jiġi riprodott il-kodiċi sors oriġinali tal-programm tal-kompjuter inkwistjoni. Fil-fatt, matul il-proċess ta’ kumpilazzjoni, ċerta informazzjoni li tinsab fil-kodiċi sors, mhux essenzjali għall-funzjonament tal-proċessur tal-kompjuter, tintilef u l-proċess ta’ dekumpilazzjoni ma jippermettix ir-restituzzjoni tagħha. Barra minn hekk, l-istess kodiċi sors jista’ jagħti riżultati differenti wara kumpilazzjoni, skont il-parametraġġ tal-kumpilatur. Il-prodott tad-dekumpilazzjoni jikkostitwixxi għalhekk it-tielet verżjoni tal-programm, spiss imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>kważi-kodiċi sors<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Xorta jibqa’ l-fatt li l-programm iddekumpilat b’dan il-mod jista’ jiġi kkumpilat mill-ġdid f’kodiċi oġġett li jaħdem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dekumpilazzjoni bħala element tal-monopolju tal-awtur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Mistoqsija dwar jekk id-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter hijiex koperta mid-drittijiet esklużivi tal-awtur, kif iddefiniti fl-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250, il-partijiet ikkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-kawża wieġbu b’mod unanimu fl-affermattiv. Il-Kummissjoni ppreżentat tweġiba ddettaljata f’dan ir-rigward. Fil-fehma tagħha, essenzjalment, għalkemm id-dekumpilazzjoni bħala tali ma hijiex intiża direttament minn dawn id-dispożizzjonijiet, ċertu numru ta’ atti li flimkien jikkostitwixxu l-proċess ta’ dekumpilazzjoni, bħar-riproduzzjoni u l-alterazzjoni tal-programm tal-kompjuter, huma suġġetti b’mod ċar għall-monopolju tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Jien naqbel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/250, il-protezzjoni prevista minn din id-direttiva għandha tapplika għall-espressjoni f’kull forma ta’ programm tal-kompjuter. Issa, kif qieset diġà l-Qorti tal-Ġustizzja, kemm il-kodiċi sors kif ukoll il-kodiċi oġġett jikkostitwixxu żewġ forom ta’ espressjoni tal-istess programm tal-kompjuter, fejn it-tnejn huma protetti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120502">2 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>SAS Institute</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑406/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:259">EU:C:2012:259</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, il-passaġġ minn forma għall-oħra jeħtieġ riproduzzjoni u alterazzjoni tal-programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dekumpilazzjoni, din tikkonsisti f’alterazzjoni mill-programm fil-forma tal-kodiċi oġġett (protett) lejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>kważi kodiċi sors<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Dan tal-aħħar jikkostitwixxi riproduzzjoni tal-programm li tirriżulta mill-alterazzjoni tiegħu, fejn din l-alterazzjoni tikkonsisti fit-traduzzjoni tal-lingwaġġ tal-magna f’lingwaġġ ta’ programmazzjoni. Tali riproduzzjoni hija suġġetta b’mod espliċitu għad-dritt esklużiv tal-awtur tal-programm skont l-Artikolu 4(b) tad-Direttiva 91/250.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan huwa kkonfermat mid-dsatax-il [mill-għoxrin] premessa ta’ din id-direttiva, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>r-riproduzzjoni, traduzzjoni, adattament jew trasformazzjoni mhix awtorizzata tal-forma taċ-ċifrarju li fih kopja ta’ programm tal-kompjuter tkun saret disponibbli tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet esklussivi ta’ l-awtur<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Finalment, l-aħħar konferma li d-dekumpilazzjoni taqa’ taħt l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250 tista’ tinsab fl-Artikolu 6(1) tagħha. Fil-fatt, l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>Dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, jirreferi għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu <HT TYPE="ITALIC">skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(a) u (b)</HT><QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE> tal-imsemmija direttiva. Għalhekk, din hija definizzjoni indiretta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens tad-Direttiva 91/250, definizzjoni li tirreferi b’mod espliċitu għad-drittijiet esklużivi tal-awtur ta’ programm tal-kompjuter elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi konkluż li d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter taqa’ taħt drittijiet esklużivi tal-awtur ta’ tali programm previsti fl-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-inklużjoni tad-dekumpilazzjoni fil-kamp tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni magħmula fil-punt preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet timplika li t-tweġiba għall-mistoqsija dwar jekk id-dekumpilazzjoni tibbenefikax mill-eċċezzjoni (jew, fi kliem aħjar, mil-limitazzjoni) prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandha tkun fl-affermattiv. Jien naqbel mal-Kummissjoni dwar dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, ix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter għandu d-dritt iwettaq l-atti kollha elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250, peress li dawn l-atti huma neċessarji għall-użu ta’ dan il-programm, inkluż biex jiġu kkorreġuti żbalji. Għaldaqstant, loġikament, għalkemm id-dekumpilazzjoni jew l-atti li jikkomponuha, bħar-riproduzzjoni u l-alterazzjoni tal-kodiċi, jidħlu fil-kamp protett skont l-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva, dawn l-atti għandhom neċessarjament jidħlu wkoll fil-kamp kopert mill-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, imressqa minn Top System, li tgħid li d-dekumpilazzjoni tidħol fl-isfera tal-monopolju tal-awtur skont l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250, iżda hija eskluża mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, ma tistax tintlaqa’. Il-kostruzzjoni u l-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jindikaw b’mod ċar li dawn iż-żewġ interpretazzjonijiet ma humiex kumulabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, Top System issostni li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 għandu jeħtieġ interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva li hija differenti minn dik li pproponejt iktar ’il fuq. Fil-fatt, skont din il-kumpannija, l-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva jifforma tip ta’ <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> u huwa l-unika dispożizzjoni li tikkonċerna d-dekumpilazzjoni. In-natura ta’ <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> ta’ din id-dispożizzjoni teskludi d-dekumpilazzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250. Issa, peress li l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva jawtorizza d-dekumpilazzjoni biss għas-sempliċi għan li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-programmi tal-kompjuter maħluqa indipendentement, id-dekumpilazzjoni bl-iskop li jiġu kkorreġuti żbalji fi programm tal-kompjuter, magħmula mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur, hija pprojbita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-argument ma jistax ma jiġix ikkritikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif indikajt diġà, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 ma jelenkax l-atti differenti li jkopri. Din id-dispożizzjoni hija limitata għar-riferiment għall-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva, billi teżenta mill-obbligu li tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>l-atti msemmija<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> fl-imsemmi Artikolu 4(a) u (b), peress li huma neċessarji għall-użu ta’ programm tal-kompjuter. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni ma tinkludi l-ebda riżerva dwar l-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/250 jikkonċerna żewġ kategoriji speċifiċi fost l-atti koperti mill-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva, jiġifieri r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>riproduzzjoni taċ-ċifrarju<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>t-traduzzjoni tal-forma tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, u dan meta l-atti jkunu indispensabbli biex tinkiseb l-informazzjoni neċessarja għall-interoperabbiltà ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement ma’ programmi oħra, jiġifieri skop differenti minn dak previst fl-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għalhekk ma hemm xejn li jindika li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 huwa <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> fir-rigward tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva. Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom kamp ta’ applikazzjoni differenti, minħabba li jikkonċernaw żewġ xenarji differenti. L-Artikolu 5(1) jikkonċerna l-atti neċessarji għall-użu ta’ programm tal-kompjuter, inkluża l-korrezzjoni ta’ żbalji, filwaqt li l-Artikolu 6 jikkonċerna l-atti neċessarji sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ programmi maħluqa indipendentement. Għalhekk, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet huma indipendenti minn xulxin u ma għandhom l-ebda relazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> u <HT TYPE="ITALIC">lex generalis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-argument ta’ Top System li jgħid li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 huwa l-unika dispożizzjoni li tippermetti d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter għandu għalhekk jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-implikazzjoni tax-xogħol preparatorju tad-Direttiva 91/250</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-konklużjoni, li tgħid li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 ikopri d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter bl-iskop li jiġu kkorreġuti fih żbalji, ma hijiex ikkontradetta, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Top System, mit-tagħlim li jirriżulta mix-xogħol preparatorju ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>B’hekk, jien ma naqbilx mal-argumenti ta’ Top System, żviluppati b’mod partikolari fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jgħidu li x-xogħol preparatorju tad-Direttiva 91/250 juri li d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter protett hija possibbli biss fiċ-ċirkustanzi u għall-finijiet iddefiniti fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, id-dokumenti ċċitati minn Top System jindikaw li kien ċar sa mill-bidu tax-xogħol li d-drittijiet esklużivi tal-awturi, iddefiniti fl-Artikolu 4(a) u (b) tal-imsemmija direttiva, kienu jkopru d-dekumpilazzjoni tal-programm protett. Issa, peress li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 jippermetti lil xerrej leġittimu li jwettaq l-atti kollha elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva, meta dan ikun neċessarju għall-użu tal-programm, inkluża l-korrezzjoni ta’ żbalji, dan jinkludi neċessarjament id-dekumpilazzjoni. B’hekk, id-diskussjoni kollha matul il-proċess leġiżlattiv tad-Direttiva 91/250, li wassal għaż-żieda, mal-abbozz inizjali tal-Kummissjoni, tal-Artikolu 6 attwali ta’ din id-direttiva, kienet tirrigwarda d-dekumpilazzjoni magħmula <HT TYPE="ITALIC">lil hinn</HT> mill-użu normali ta’ programm tal-kompjuter u, għalhekk, lil hinn mill-kuntest tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva. Fil-fatt, kienet inkwistjoni d-dekumpilazzjoni għall-finijiet tal-interoperabbiltà ta’ programmi maħluqa minn awturi indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa żbaljat li jiġi sostnut, kif tagħmel Top System, li l-kwistjoni tad-dekumpilazzjoni hija definittivament eskluża mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/250. Fil-fatt, sabiex id-dekumpilazzjoni titneħħa mill-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, din ikollha titneħħa wkoll mill-Artikolu 4(a) u (b) tagħha, u dan ineħħiha totalment mill-isfera esklużiva tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni oħra li tista’ tiżguralu protezzjoni mid-dekumpilazzjoni. Issa, tali konklużjoni tkun assurda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt, dak li juri x-xogħol preparatorju tad-Direttiva 91/250, huwa li l-idea inizjali li tiġi inkluża eċċezzjoni għad-dekumpilazzjoni għall-finijiet tal-interoperabbiltà f’paragrafu speċifiku tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva (distint mill-paragrafu 1 tiegħu) ġiet abbandunata favur il-ħolqien ta’ artikolu ġdid, iktar elaborat, iddedikat għal din l-eċċezzjoni. Madankollu, dan bl-ebda mod ma jaffettwa l-portata tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-Kunsill illimita ħafna l-portata ta’ din l-eċċezzjoni l-ġdida. B’mod partikolari, huwa abbanduna l-idea, ippreżentata inizjalment mill-Kummissjoni, li tiġi permessa d-dekumpilazzjoni għall-finijiet tal-manutenzjoni tal-programm maħluq ġdid, interoperabbli mal-programm iddekumpilat. Fil-fehma tiegħi, dan huwa spjegat mill-fatt li, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 91/250, ma jistax ikun hemm deroga minn din l-eċċezzjoni b’mezzi kuntrattwali, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa l-każ għall-Artikolu 5(1). Għalhekk, l-għan kien li l-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur jiġu protetti minn abbuż. Xorta jibqa’ l-fatt li, f’dan il-każ, id-dekumpilazzjoni titwettaq b’għanijiet li ma humiex marbuta mal-użu normali tal-programm<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Barra minn hekk, kif ser nispjega sussegwentement, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, fil-fehma tiegħi, ma jippermettix id-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter għall-finijiet tal-manutenzjoni tal-programm iddekumpilat, ħlief għall-korrezzjoni ta’ żbalji fis-sens strett (ara l-punti 75 u 76 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>B’hekk, naqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li tgħid li x-xogħol preparatorju tad-Direttiva 91/250 ma jippermettix li jinsiltu konklużjonijiet differenti minn dawk li jirriżultaw mill-interpretazzjoni letterali u sistemika tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Proposta għal risposta</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għalhekk, nipproponi li l-ewwel domanda preliminari tingħata r-risposta li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jipproċedi għal dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm meta din tkun neċessarja sabiex jiġu kkorreġuti żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ fejn l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 kellu jiġi interpretat bħala li jippermetti lil xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jipproċedi għal dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm meta din tkun neċessarja sabiex jiġu kkorreġuti żbalji, din id-dekumpilazzjoni għandhiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva jew ukoll rekwiżiti oħra.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 jintroduċi eċċezzjoni għad-drittijiet esklużivi tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter li tippermetti d-dekumpilazzjoni tiegħu meta din tkun neċessarja sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-imsemmi programm ta’ programm ieħor maħluq indipendentement. Din l-eċċezzjoni hija akkumpanjata minn ċertu numru ta’ kundizzjonijiet u ta’ projbizzjonijiet, elenkati f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Konformement mal-analiżi tiegħi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, b’mod partikolari, il-punti 52 sa 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 huwa awtonomu fir-rigward tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari tal-paragrafu 1 ta’ dan l-aħħar artikolu. L-eċċezzjoni li jistabbilixxi l-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva għandha kamp ta’ applikazzjoni u skopijiet differenti mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) tal-istess direttiva u tiddefinixxi wkoll b’mod differenti l-atti li hija tawtorizza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 ma jistgħux japplikaw, la direttament u lanqas b’analoġija, għall-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jfissirx li l-applikazzjoni ta’ din l-aħħar eċċezzjoni ma għandha tissodisfa l-ebda rekwiżit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rekwiżiti l-oħra applikabbli</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, ċerti kundizzjonijiet u ċerti limitazzjonijiet huma inerenti għall-eċċezzjoni għad-drittijiet esklużivi stabbilita f’din id-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, b’mod partikolari, Janssens, M.-Ch., <HT TYPE="ITALIC">op.cit</HT>., p. 127.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Qabel kollox, din l-eċċezzjoni hija ta’ benefiċċju biss għax-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter. Dan il-punt ma jidhirx li jqajjem problema fil-proċedura fil-kawża prinċipali u għalhekk ma jeħtieġx żviluppi usa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-atti mwettqa, f’dan il-każ l-atti li jikkostitwixxu, flimkien, id-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-punti 45 sa 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, għandhom ikunu neċessarji sabiex jippermettu l-użu ta’ dan il-programm b’mod konformi mal-iskop tiegħu u, b’mod iktar preċiż, sabiex jiġu kkorreġuti żbalji. Din il-kundizzjoni teħtieġ il-kummenti li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi ddefinit il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>żball<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Fil-fatt, l-eżistenza nnifisha ta’ żball fi programm tal-kompjuter tista’ tikkostitwixxi suġġett ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtur u l-utent ta’ dan il-programm<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Fil-proċedura fil-kawża prinċipali, Top System tiċħad l-eżistenza ta’ żball fil-programm inkwistjoni, minkejja li l-qorti tar-rinviju ssemmi perizja li tikkonstata l-eżistenza ta’ tali żball.</P></NOTE>. Dak li, mill-perspettiva ta’ dan tal-aħħar, jista’ jikkostitwixxi żball, jista’ jkun funzjonalità jew karatteristika li jkun riedha l-awtur tal-imsemmi programm. Għalkemm id-Direttiva 91/250 ma tinkludix definizzjoni ta’ dan it-terminu, madankollu din tista’ tiġi dedotta mill-formulazzjoni u mill-iskop tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, l-atti mwettqa mix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter għandhom jippermettulu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>użu [ta’ dan il-programm] skond il-fini maħsub tiegħu, inkluża l-korrezzjoni ta’ żball<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>. Għalhekk, il-korrezzjoni ta’ żbalji taqa’ taħt użu tal-programm konformi mal-iskop tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-iskop tal-programm tal-kompjuter huwa dak iddefinit mill-awtur tiegħu jew, skont il-każ, dak miftiehem mill-fornitur u mix-xerrej tal-programm mal-akkwist tiegħu. Għalhekk, żball huwa funzjonament ħażin li jipprekludi l-użu tal-programm konformement ma’ dan l-iskop. Il-korrezzjoni ta’ tali żbalji biss tista’ tiġġustifika l-atti tal-utent, inkluża d-dekumpilazzjoni, imwettqa mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-ebda modifika jew titjib tal-programm fir-rigward tal-iskop inizjali tiegħu ma jikkostitwixxu korrezzjoni ta’ żbalji li tiġġustifika tali atti. Dan jinkludi b’mod partikolari l-aġġornament tal-programm b’rabta mal-progress teknoloġiku. Fi kliem ieħor, l-obsolexxenza teknika tal-programm tal-kompjuter ma tikkostitwixxix żball fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-programmi tal-kompjuter ma jikkostitwixxux biss kategorija ta’ xogħlijiet utilitarji, iżda, barra minn hekk jaqgħu taħt settur għall-iżvilupp teknoloġiku partikolarment rapidu, huwa normali li dawn isiru obsoleti maż-żmien. Issa, ir-rimedju għal din l-obsolexxenza permezz tal-aġġornament tal-programmi tal-kompjuter, jew saħansitra permezz tas-sostituzzjoni tagħhom bi programmi ġodda, jaqa’ taħt l-isfruttament normali ta’ dawn il-programmi bħala oġġetti protetti mid-drittijiet tal-awtur u, konsegwentement, bħala prerogattivi tal-proprjetarji ta’ dawn id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-intervent tal-utent tal-programm tal-kompjuter għandu jkun neċessarju mill-perspettiva tal-għan li għandu jintlaħaq. F’dan il-każ, il-kwistjoni hija jekk u sa fejn id-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter hija neċessarja sabiex jiġu kkorreġuti żbalji fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ċertament jeżistu żbalji li jistgħu jiġu kkorreġuti mingħajr l-aċċess għall-kodiċi sors tal-programm, kemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>manwalment<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> mill-utent, kif ukoll bl-għajnuna ta’ software ddedikat. Madankollu, il-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-kawża jidher li jaqblu dwar il-fatt li din il-korrezzjoni teħtieġ l-iktar ta’ spiss l-introduzzjoni ta’ modifiki fil-kodiċi nnifsu tal-programm. Sa fejn il-kodiċi oġġett ma jistax jinftiehem mill-bniedem, tali korrezzjoni teżiġi aċċess għall-kodiċi sors ta’ oriġini jew it-traduzzjoni tal-kodiċi oġġett f’kodiċi sors (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>kważi-kodiċi sors<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punt 41 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>). Għalhekk tqum il-mistoqsija li ġejja: f’liema ċirkustanzi dan il-bżonn jiġġustifika d-dekumpilazzjoni tal-programm mix-xerrej leġittimu tiegħu?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Top System issostni li tali każijiet huma rari u eċċezzjonali ħafna. Skont din il-kumpannija, fil-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet, jew ix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter ikollu diġà l-kodiċi sors, jew il-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur ikun jista’ jipprovdilu aċċess, jew il-proprjetarju, permezz ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni, ikun inkarigat mill-korrezzjoni ta’ żbalji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Jien neskludi l-ipoteżi li tgħid li x-xerrej leġittimu għandu l-verżjoni mhux ikkumpilata jew diġà ddekumpilata tal-programm, jiġifieri l-aċċess għall-kodiċi sors. Huwa evidenti li, f’din is-sitwazzjoni, dekumpilazzjoni ma hijiex neċessarja. L-iktar kwistjoni problematika, hija r-relazzjoni bejn dan ix-xerrej u l-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq il-programm tal-kompjuter u l-obbligi reċiproċi tagħhom. Madankollu, hawn ma hijiex inkwistjoni n-neċessità tad-dekumpilazzjoni tal-programm għall-korrezzjoni ta’ żbalji, iżda l-kundizzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, jiġifieri l-assenza ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali li jipprekludu dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Bħala tfakkira, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 japplika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>[f]l-assenza ta’ disposizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. Fi kliem ieħor, il-kuntratt tal-akkwist tal-programm jista’ jorganizza l-użu tal-programm, inkluża l-korrezzjoni ta’ żbalji, billi jillimita l-possibbiltà għax-xerrej li jwettaq atti suġġetti għall-monopolju tal-proprjetarju għall-finijiet ta’ din il-korrezzjoni. Din il-limitazzjoni tista’ tasal sa projbizzjoni assoluta tal-korrezzjoni ta’ żbalji mix-xerrej<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Tali possibbiltà teżisti, fil-fehma tiegħi, minkejja l-formulazzjoni tas-sbatax-il [tat-tmintax‑il] premessa tad-Direttiva 91/250 (ara l-punti 31 sa 34 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. F’tali każ, l-eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma tapplikax u l-atti tax-xerrej huma limitati għal dawk awtorizzati skont il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk il-kuntratt bejn il-partijiet ma jinkludix tali limitazzjoni, ix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter huwa, fil-fehma tiegħi, liberu li jwettaq l-atti elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250, inkluża d-dekumpilazzjoni tal-programm, meta din tirriżulta neċessarja, b’mod partikolari, sabiex jiġu kkorreġuti żbalji. Dan ix-xerrej ma għandux<?PAGE NO="17"?> obbligi oħra fil-konfront tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq il-programm. Għalhekk, la huwa marbut jitlob lill-proprjetarju jikkorreġi l-iżbalji, la li jitlob l-aċċess għall-kodiċi sors tal-programm, u lanqas li jadixxi qorti sabiex din tordna lill-proprjetarju jwettaq dan l-att jew ieħor. Min-naħa l-oħra, għalkemm tali obbligi ma jirriżultawx mill-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva, wieħed irid iżomm f’moħħu li d-dekumpilazzjoni hija proċess li fih ix-xogħol, li jiswa l-flus u b’effetti imprevedibbli. Għalhekk, fil-prattika, l-utenti ma għandhomx jirrikorru għal din it-teknika ħlief bħala l-aħħar istanza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Din il-karatteristika tad-dekumpilazzjoni hija enfasizzata minn diversi awturi. Ara, b’mod partikolari, Bing, J., <HT TYPE="ITALIC">op.cit</HT>., p. 423 u 424.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Naturalment, hija l-qorti kompetenti li, f’każ ta’ tilwima, għandha tiddetermina l-kontenut eżatt tad-drittijiet u tal-obbligi kuntrattwali tal-partijiet għall-kuntratt ta’ xiri ta’ programm tal-kompjuter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Għalkemm il-korrezzjoni ta’ żball spiss tkun teħtieġ il-modifika ta’ framment żgħir tal-kodiċi ta’ programm tal-kompjuter, is-sejba ta’ dan il-framment tista’ teħtieġ id-dekumpilazzjoni ta’ parti sostanzjali tal-programm, jew saħansitra tal-programm kollu. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jikkunsidra tali dekumpilazzjoni bħala li ma hijiex neċessarja għall-korrezzjoni tal-iżball, peress li dan jagħmel il-korrezzjoni impossibbli u jċaħħad l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 minn effett utli. Għalhekk, ix-xerrej leġittimu tal-programm tal-kompjuter għandu d-dritt, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, li jiddekumpila l-programm sa fejn neċessarju mhux biss għall-korrezzjoni ta’ żball <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT>, iżda wkoll għat-tfittxija ta’ dan l-iżball u tal-parti tal-programm li għandha tiġi mmodifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Finalment, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 ma jsemmi l-ebda restrizzjoni dwar l-użu ta’ informazzjoni miksuba permezz tad-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva. Madankollu, minn dan ma jirriżultax li x-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter li jkun ipproċeda għad-dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm bl-għan li jikkorreġi żbalji fih, huwa liberu li sussegwentement juża l-prodott ta’ din il-kumpilazzjoni għal finijiet oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 4(b) tad-Direttiva 91/250 jissuġġetta għall-monopolju tal-awtur mhux biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>it-traduzzjoni, addattament, arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, iżda wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>[i]r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, jiġifieri, fil-każ tad-dekumpilazzjoni, il-kodiċi sors li jirriżulta minn din id-dekumpilazzjoni. B’hekk, kull riproduzzjoni tal-imsemmi kodiċi sors bi skop ieħor minbarra l-korrezzjoni ta’ żbalji hija suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(ċ) ta’ din id-direttiva jipprojbixxi d-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq dan il-programm, u dan japplika wkoll għall-kopji tal-kodiċi sors li jirriżulta mid-dekumpilazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, konformement mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/250, l-informazzjoni li ma tikkostitwixxix il-programm fil-veru sens tal-kelma, jiġifieri forma tal-espressjoni tiegħu, ma hijiex protetta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Irrid nindika li, fil-fehma tiegħi, din l-interpretazzjoni ma tagħtix lill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter inqas protezzjoni minn dik mogħtija mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/250 fl-ipoteżi ta’ dekumpilazzjoni għall-finijiet tal-interoperabbiltà ta’ programmi maħluqa indipendentement. Fil-fatt, moqri fid-dawl tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, l-Artikolu 6(2) tagħha jista’ jiġi interpretat biss fis-sens li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> tindika biss l-elementi ta’ programm tal-kompjuter li huma protetti bis-saħħa tal-imsemmija direttiva, jiġifieri l-forom tal-espressjoni tiegħu u mhux l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>[i]deat u prinċipji li jservu ta’ bażi<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> għal dawn l-elementi. Barra minn hekk, infakkar li, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 91/250, id-dekumpilazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva ma tistax tiġi eskluża permezz ta’ kuntratt, għall-kuntrarju tad-dekumpilazzjoni mwettqa għall-finijiet tal-korrezzjoni ta’ żbalji.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Għalhekk, nipproponi li t-tieni domanda preliminari tingħata r-risposta li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter, skont din id-dispożizzjoni, minn xerrej leġittimu, sabiex jikkorreġi żbalji fih, ma hijiex suġġetta għar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, tali dekumpilazzjoni tista’ ssir biss sa fejn neċessarju għal din il-korrezzjoni u fil-limiti tal-obbligi kuntrattwali tax-xerrej.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għalhekk nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti r-risposti li ġejjin għad-domandi preliminari magħmula mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal‑<DATE ISO="19910514">14 ta’ Mejju 1991</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jipproċedi għal dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm meta din tkun neċessarja sabiex jiġu kkorreġuti żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter, skont din id-dispożizzjoni, minn xerrej sabiex jikkorreġi żbalji fih, ma hijiex suġġetta għar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, tali dekumpilazzjoni tista’ ssir biss sa fejn neċessarju għal din il-korrezzjoni u fil-limiti tal-obbligi kuntrattwali tax-xerrej.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>