|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1683 |
18.6.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1683
tas-17 ta’ Ġunju 2024
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Latvjana tar-Regolament (UE) 2023/915 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Latvjana tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 (2) fiha l-iżbalji fil-punti 1.8.1, 1.8.1.2, 2.1, 3.1.4.1, 3.2.4.1 u 3.2.12 tal-Anness I li jaffettwaw is-sustanza tad-dispożizzjonijiet. |
|
(2) |
Għalhekk, il-verżjoni bil-lingwa Latvjana tar-Regolament (UE) 2023/915 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/915, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/315/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 103, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/915/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1683/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)