19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 370/5


LINJA GWIDA (UE) 2021/1829 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Ottubru 2021

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2017/2335 dwar il-proċeduri għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2021/47)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu, jeħtieġ li jiġu pprovduti aktar dettalji dwar l-istandards minimi għar-reviżjoni tal-mikrodejta dwar il-kreditu u d-dejta dwar ir-riskju tal-kreditu (minn hawn’ il quddiem ‘dejta ta’ kreditu’) u d-dejta ta’ referenza tal-kontroparti. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) kollha jittrażmettu lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) reviżjonijiet irrapportati minn aġenti li jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (1).

(2)

Il-Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/38) (2) tipprevedi li l-iżbalji fit-tagħrif statistiku rrapportat jiġu riveduti u kkoreġuti u d-dejta riveduta tiġi trażmessa lill-BĊE. Sabiex tittejjeb il-kwalità ġenerali tad-dejta, huwa xieraq li jiġu pprovduti aktar dettalji fir-rigward tat-tipi u l-frekwenzi tar-reviżjonijiet li għandhom jiġu trażmessi lill-BĊE.

(3)

Id-dati ta’ referenza li għalihom tirreferi l-ewwel dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE wara li BĊN jiddeċiedi li jipparteċipa fil-qafas taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-AnaCredit, kif ukoll l-ambitu tal-kopertura tas-sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE u r-restrizzjonijiet applikabbli fuq il-kondiviżjoni tad-dejta mill-BĊNi li jirċievu, għandhom jiġu ċċarati. Dan għandu jgħin ukoll biex jiġi żgurat trattament ugwali tal-BĊNi parteċipanti u l-BĊNi li jistgħu jipparteċipaw fil-qafas taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-AnaCredit fil-futur.

(4)

Huwa xieraq li tiġi pprovduta kjarifika tal-metodu komuni ta’ trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE għall-BĊNi kollha. Il-BĊNi għandhom għalhekk jittrażmettu d-data lill-BĊE bl-użu ta’ format ta’ trażmissjoni elettronika armonizzat miftiehem u speċifikat mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

(5)

Sabiex il-BĊNi jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw l-emendi għad-dispożizzjonijiet dwar ir-reviżjonijiet għad-dejta ta’ kreditu u d-dejta ta’ referenza tal-kontroparti rrapportata mill-aġenti li jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) b’mod effettiv, u biex tiġi żgurata kwalità tad-dejta suffiċjenti, dawk l-emendi għandhom japplikaw fl-1 ta’ April 2022.

(6)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din il-Linja Gwida tistabbilixxi l-obbligi ta’ rapportar għal BĊNi fir-rigward tat-trażmissjoni lill-BĊE ta’ dejta ta’ kreditu u dejta ta’ referenza tal-kontroparti miġbura skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13). B’mod partikolari, din il-Linja Gwida tistabbilixxi dan li ġej:

(a)

obbligi speċifiċi relatati mal-ġbir u t-trażmissjoni ta’ dejta ta’ kreditu u dejta ta’ referenza tal-kontroparti;

(b)

il-proċeduri u l-istandards għat-trażmissjoni ta’ dik id-dejta lill-BĊE;

(c)

derogi u frekwenza mnaqqsa ta’ rapportar għall-ġbir ta’ dejta ta’ kreditu u ta’ referenza tal-kontroparti mill-BĊNi;

(d)

qafas għall-BĊNi biex jipparteċipaw, fuq bażi volontarja, f’arranġamenti għat-trażmissjoni u l-kondiviżjoni ta’ ċerti subsettijiet ta’ dejta ta’ kreditu u dejta ta’ referenza tal-kontroparti relatata, bil-għan li jiġu stabbiliti jew imtejba ċirkwiti ta’ feedback mal-aġenti li jirrapportaw (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ukoll il-‘qafas taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-AnaCredit’);

(e)

rekwiżiti ta’ ġestjoni tal-kwalità tad-dejta (DQM) għal BĊNi.”;

2.

Fl-Artikolu 2, huwa miżjud il-punt (24) li ġej:

“(24)

‘perjodu ta’ produzzjoni’ tfisser il-perjodu bejn it-trażmissjoni ta’ dejta mill-BĊNi lill-BĊE skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u l-għeluq taċ-ċiklu tal-produzzjoni kif indikat fil-kalendarju tar-rapportar kif imsemmi fl-Artikolu 19a;”;

3.

Fl-Artikolu 5(4), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

id-data ta’ referenza li fuqha d-dejta ta’ kreditu u d-dejta ta’ referenza tal-kontroparti relatata mal-aġenti osservati jiġu rrapportati lill-AnaCredit;”;

4.

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Rikonoxximenti ta’ akkwisti u żbalji

1.   Kif jirċievi l-aġġornamenti msemmija fl-Artikolu 12, il-BĊE għandu jwettaq kontrolli biex jivvalida, mingħajr dewmien, il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta u għandu jipprovdi lill-BĊNi b’rikonoxximent tal-akkwist u tal-iżbalji msemmija fl-Artikolu 9 tal-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (*1).

2.   Il-BĊNi għandhom jiżguraw li r-reviżjonijiet jiġu trażmessi lill-BĊE skont l-Artikolu 19.

(*1)  Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).”;"

5.

Fl-Artikolu 16d, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Qabel id-data tal-bidu rilevanti tal-parteċipazzjoni msemmija fl-Anness IV, il-BĊE għandu jittrażmetti sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE lil kull BĊN elenkat fl-Anness IV għal għanijiet ta’ ttestjar. Dik id-dejta għandha tintuża biss għall-għanijiet tal-ittestjar tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 16b(b) qabel l-implimentazzjoni tagħhom fid-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni tal-BĊN rilevanti u skont l-Artikolu 16e(9).

Il-BĊNi ma għandhomx jużaw id-dejta li jirċievu mill-BĊE għall-għanijiet ta’ ċirkwit ta’ feedback imsemmi fl-Artikolu 16e sakemm il-BĊN rilevanti ma jkunx sar BĊN parteċipanti u jkun irċieva l-ewwel sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE li jkun fih dejta li tirreferi għad-data ta’ referenza fl-aħħar jum tax-xahar li matulu tibda l-parteċipazzjoni.

2.   Mid-data tal-bidu rilevanti tal-parteċipazzjoni msemmija fl-Anness IV, il-BĊE għandu jittrażmetti sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE lil kull BĊN li jirċievi permezz ta’ trażmissjonijiet regolari, immedjatament wara l-ġenerazzjoni tal-kopja tad-deheb. L-ewwel sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE għandu jkun limitat għad-dejta li tirreferi għad-data ta’ referenza fl-aħħar jum tax-xahar li matulu tibda l-parteċipazzjoni. Kull sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback sussegwenti tal-BĊE wara dan għandu jkun limitat għal dawn li ġejjin:

(a)

dejta li tirreferi għall-aħħar data ta’ referenza disponibbli;

(b)

dejta rreġistrata f’massimu ta’ 12-il data ta’ referenza qabel it-trażmissjoni tas-sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE.

Għall-finijiet tal-punt (b), id-dejta li tirreferi għad-dati ta’ referenza li jippreċedu d-data ta’ referenza fl-aħħar jum tax-xahar li matulu tibda l-parteċipazzjoni għandha tiġi eskluża.”;

6.

Fl-Artikolu 16d, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’li ġej:

“4.   Il-BĊE għandu jittrażmetti lill-BĊNi li jirċievu kwalunkwe reviżjoni li jkun irċieva skont l-Artikolu 19 li għandha x’taqsam ma’ informazzjoni inkluża fi trażmissjonijiet regolari.”;

7.

Fl-Artikolu 16e, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’li ġej:

“4.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-BĊNi li jirċievu ma għandhom jaqsmu l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin mal-aġenti li jirrapportaw:

(a)

dejta ta’ kreditu jew dejta ta’ referenza tal-kontroparti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sett ta’ dejta l-aktar reċenti taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE riċevut mill-BĊN;

(b)

l-attributi operazzjonali tas-sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE;

(c)

informazzjoni dwar strumenti fejn id-debitur u l-kreditur huma partijiet tal-istess entità legali.”;

8.

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Trażmissjoni

1.   Il-BĊNi għandhom jittrażmettu t-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida b’mod elettroniku, bl-użu tal-mezzi speċifikati mill-BĊE. Il-format tal-messaġġ statistiku żviluppat għal dan l-iskambju elettroniku ta’ tagħrif statistiku għandu jkun il-format miftiehem mis-SEBĊ.

2.   Fejn ma japplikax il-paragrafu 1, il-BĊNi jistgħu jużaw mezzi oħra għat-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku bil-kunsens minn qabel tal-BĊE.”;

9.

l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, il-punt (g) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(g)

l-istrumenti kollha huma marbuta ma’ kontropartijiet li huma rreġistrati fis-sistema RIAD u msemmija mill-identifikatur korrispondenti tal-kontroparti (kodiċi RIAD) ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-aġenti tar-rappurtar.”;

(b)

il-paragrafu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“13.   Il-BĊNi għandhom jistabbilixxu u jimmoniterjaw il-mekkaniżmi meħtieġa għall-aġenti tar-rappurtar biex jirrevedu u jikkoreġu kwalunkwe dejta ta’ kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti rrappurtati li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-DQM tal-AnaCredit, sabiex il-BĊNi jkunu jistgħu jittrażmettu reviżjonijiet disponibbli skont l-Artikolu 19.”;

10.

L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Reviżjonijiet

1.   Il-BĊNi għandhom jittrażmettu lill-BĊE r-reviżjonijiet kollha tad-dejta ta’ kreditu u d-dejta ta’ referenza tal-kontroparti rrapportati minn aġenti li jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) hekk kif ikunu ġew ipproċessati kif ġej:

(a)

għal rapportar ta’ kull xahar, il-BĊNi għandhom jibgħatu reviżjonijiet għat-tnax-il data ta’ referenza tar-rapportar immedjatament qabel id-data ta’ referenza tar-rapportar li għaliha ġiet irrapportata dejta matul il-perjodu ta’ produzzjoni rilevanti;

(b)

għal rapportar trimestrali, il-BĊNi għandhom jibgħatu reviżjonijiet għall-erba’ dati ta’ referenza tar-rapportar immedjatament qabel id-data ta’ referenza tar-rapportar li għaliha ġiet irrapportata dejta matul il-perjodu ta’ produzzjoni rilevanti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-perjodu ta’ produzzjoni rilevanti għandu jkun il-perjodu ta’ produzzjoni li matulu l-BĊN sar konxju għall-ewwel darba dwar l-iżbalji jew l-informazzjoni nieqsa.

2.   Il-BĊNi għandhom jittrażmettu reviżjonijiet lill-BĊE skont l-istandards minimi għar-reviżjonijiet stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13).

3.   Il-BĊNi għandhom jitrażmettu lill-BĊE reviżjonijiet irrapportati minn aġenti li jirrapportaw għal dati ta’ referenza qabel id-dati ta’ referenza stabbiliti fil-paragrafu 1 fejn japplikaw it-tnejn li ġejjin:

(a)

il-BĊE jkun ta kunsens minn qabel;

(b)

reviżjonijiet bħal dawn se jtejbu l-kwalità tad-dejta u jiżguraw konsistenza mad-dejta maħżuna fid-databases nazzjonali.

4.   Il-BĊNi għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti mal-aġenti li jirrapportaw li jippermettu lill-BĊNi jibtħatu dejta lill-BĊE mingħajr dewmien.

5.   Il-BĊE għandu jipproċessa r-reviżjonijiet u jaħżinhom fid-database kondiviż mingħajr dewmien żejjed wara li jkunu ġew riċevuti mill-BĊNi. Il-BĊE għandu jinforma lill-BĊNi konċernati dwar l-eżitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta.”;

11.

L-Artikolu 19a li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 19a

Kalendarju ta’ rapportar

Sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena, il-BĊE għandu jikkomunika d-dati eżatti tat-trażmissjoni għas-sena segwenti lill-BĊNi fil-forma ta’ kalendarju ta’ rapportar. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku skont din il-Linja Gwida skont dak il-kalendarju ta’ rapportar.”;

12.

L-Annessi III u IV għal-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38) huma emendati b’mod konformi mal-Anness għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-jum tan-notifika tagħha. Madankollu, huma għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 1(10) ta’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ April 2022.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).

(2)  Il-Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Novembru 2017 dwar il-proċeduri għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2017/38) (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 66).


ANNESS

L-Annessi III u IV tal-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38) huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness III huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS III

Attributi tad-dejta għall-finijiet ta’ ċirkwiti ta’ feedback

Attributi tad-data li jikkonsistu fis-settijiet ta’ dejta trażmessa mill-BĊE skont l-Artikolu 16d u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni ta’ dejta għall-għan li jiġu pprovduti ċirkwiti ta' feedback lill-aġenti li jirrapportaw

Attributi tad-dejta

Settijiet ta’ dejta (minimi jew ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE  (1))

BĊNi li jipparteċipaw  (2) li ma jagħtux kunsens għall-qsim tad-dejta skont l-Artikolu 16c(1)

Data ta' referenza  ((*1))

Pajjiż tal-BĊN

Sett tad-dejta minimu

N.A.

Pajjiż tal-kreditur

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

ES ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni

Debitur: Isem

Sett tad-dejta minimu

N.A.

Debitur: Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI)

Sett tad-dejta minimu

N.A.

Debitur: pajjiż

Sett tad-dejta minimu

N.A.

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-prinċipali aħħarija

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

IT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni

Forma legali

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Settur istituzzjonali

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Status tal-proċeduri legali u Data tal-bidu tal-proċeduri legali

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

SK u ES ma jagħtux kunsens għall-kondiviżjoni taż-żewġ attributi

AT ma tagħtix kunsens għall-kndiviżjoni taż-żewġ attributi meta jirreferu għal “miżuri legali oħrajn”

Dejta dwar l-istrument

Identifikatur ta' aġent osservat

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kuntratt

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-istrument

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Tip ta’ strument

Sett tad-dejta minimu

N.A.

Munita

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni

Data ta' bidu

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT u ES ma jagħtux kunsens għall-kondiviżjoni

Strument fiduċjarju

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe dejta relatata mal-istrumenti li għalihom il-valur ta’ dan l-attribut huwa “Strument Fiduċjarju”, jiġifieri fil-każ ta’ strumenti mqiegħda f’kapaċità fiduċjarja li huma rrapportati minn aġent (osservat) li jirrapporta li m’huwiex il-kreditur tal-istrument.

Data ta' maturità finali legali

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT u ES ma jagħtux kunsens għall-kondiviżjoni

Ammont ta' impenn fil-bidu

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Għan

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni

Rikors

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe dejta relatata mal-istrumenti tat-tip “Riċevibbli kummerċjali” meta l-valur ta’ dan l-attribut huwa “L-ebda rikors”

PT ma jagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe dejta relatata ma’ strumenti ta’ fatturament meta l-attribut huwa “L-ebda rikors” u l-attribut “Arretrati” huwa 0 jew jeżisti imma huwa tard b’inqas minn 90 jum.

Dejta finanzjarja

Identifikatur ta' aġent osservat

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kuntratt

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-istrument

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Ammont nominali dovut

Settijiet tad-dejta minimi

N.A.

Ammont li mhux fuq il-karta tal-bilanċ

Settijiet tad-dejta minimi

N.A.

Arretrati għall-istrument

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

ES ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ dan l-attribut jekk jirrelata ma’ strumenti li huma tard sa u jinkludu 90 jum

AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ dan l-attribut jekk huwa ffiltrat mid-data ta’ skadenza

Data ta' skadenza għall-istrument

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT u ES ma jagħtux kunsens għall-kondiviżjoni.

ES titratta dan l-attribut bħala attribut operattiv sabiex jiġu esklużi strumenti li huma tard sa u jinkludu 90 jum.

Ammont ittrasferit

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Imgħax akkumulat

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Dejta dwar il-kontroparti-strument

Identifikatur ta' aġent osservat

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kuntratt

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-istrument

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kontroparti: kreditur, servizjant, oriġinatur

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kontroparti: debitur

Sett tad-dejta minimu

N.A.

Rwol tal-kontroparti (attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Identifikatur ta' aġent osservat

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kuntratt

(attribuit operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-istrument

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kontroparti  (3)

Sett tad-dejta minimu

N.A.

Ammont ta’ obbligazzjonijiet in solidum

Sett tad-dejta minimu

N.A.

Dejta tal-kontabilità

Identifikatur ta' aġent osservat

(Attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kuntratt

(Attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-istrument

(Attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Tħassir akkumulat

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni

Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta

Identifikatur ta' aġent osservat

(Attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-protezzjoni

(Attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni

(Attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Tip ta' protezzjoni

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni

Dejta dwar l-istrument-protezzjoni rċevuta  (4)

Identifikatur ta' aġent osservat

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-kuntratt

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-istrument

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

Identifikatur tal-protezzjoni

(attribut operattiv)

Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE

 

”

2.

L-Anness IV huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS IV

Parteċipazzjoni fil-qafas taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-AnaCredit

Il-BĊNi li ġejjin huma kkunsidrati BĊNi parteċipanti għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, mid-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni indikata. Wara l-1 ta’ April 2020 u qabel id-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni, il-BĊNi jirċievu s-sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE għal għanijiet ta’ ttestjar skont l-Artikolu 16d(1).

BĊNi

Data tal-bidu tal-parteċipazzjoni

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

L-1 ta’ Lulju 2021

Banco de España

L-1 ta’ Diċembru 2022

Banca d’Italia

L-1 ta’ Lulju 2021

Oesterreichische Nationalbank

L-1 ta’ Lulju 2021

Banco de Portugal

L-1 ta’ Lulju 2021

Národná banka Slovenska

L-1 ta’ Lulju 2021

”.

((*1))  Il-BĊNi jagħmlu estrazzjoni ta’ dawn l-attributi minn RIAD, biss jekk ikunu mmarkati bħala “F” li jfisser liberu, jiġifieri mhux kunfidenzjali u jistgħu jsiru pubbliċi jew “R” li jfisser li, minbarra l-użi permessi skont l-Artikolu 10(2)b, valur ta’ attribut jista’ jiġi maqsum mal-aġent li jirrapporta li pprovda dik l-informazzjoni, u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni ta’ kunfidenzjalità applikabbli, ma’ aġenti oħra li jirrapportaw, jiġifieri rilaxx ristrett biss, skont il-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16).

(1)  Ara d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2.

(2)  Il-BĊNi li jipparteċipaw huma indikati mill-kodiċi ISO tal-Istat Membru tagħhom.

(3)  Fil-livell nazzjonali, fit-trażmissjoni regolari, il-BĊN li jirċievi jaqsam ma’ aġenti li jirrapportaw residenti l-kodebituri biss (identifikatur u ammont tal-obbligazzjoni in solidum) li għandhom self mal-aġenti li jirrapportaw residenti.

(4)  Il-BĊNi jistgħu jużaw dawn l-attributi sabiex jimmarkaw fiċ-ċirkwiti ta’ feedback l-istrumenti marbuta ma’ elementi ta’ protezzjoni.