|
2.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/31 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8798 — TA Associates/OTPP/Flexera Holdings)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 39/09)
|
1. |
Fis-26 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
TA Associates, L.P. u OTPP jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Flexera Holdings LP. kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — AT Associates, L.P.: investimenti ta’ ekwità privata permezz ta’ diversi fondi f’ċerti industriji, inklużi s-servizzi tan-negozju, tal-konsumatur, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u teknoloġiji ġodda. — OTPP: l-amministrazzjoni ta’ benefiċċji tal-pensjoni u investimenti ta’ assi tal-pjanijiet tal-pensjoni f’isem għalliema attivi u rtirati fil-Provinċja ta’ Ontario. — Flexera Holdings LP: il-forniment ta’ prodotti ta’ software u servizzi lill-manifatturi ta’ apparati tal-IoT, lill-pubblikaturi tas-softwer u lill-klijenti ta’ intrapriżi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8798 — TA Associates/OTPP/Flexera Holdings Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.