|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/400 |
27.1.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Novembru 2025
li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex idaħħal korrezzjoni fit-tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Ġermanja fir-Reġistru tal-Unjoni
(C/2026/400)
IL-KUMMISSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u Nru 1193/2011 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) li tiddetermina regoli tranżitorji fl-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4), id-Deċiżjoni 2011/278/UE tkompli tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021. L-allokazzjonijiet notifikati kollha msemmija f’din id-deċiżjoni huma relatati mal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020. |
|
(2) |
Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/448/UE (5) dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2013–2020, skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (6), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (7) u 2011/278/UE fir-rigward tal-lista ta’ setturi u ta’ subsetturi meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (“il-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju”). |
|
(4) |
Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (8), C(2014) 123 (9), C(2014) 674 (10) u C(2014) 1167 (11), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali u t-tabelli riveduti tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-Ġermanja nnotifikat korrezzjoni fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha tal-fażi 3 tal-EU ETS, permezz ta’ ittra bid-data tat-3 ta’ Lulju 2025. Fil-każ tal-installazzjoni DE-1255, ġie kkoreġut l-istatus tal-ġeneratur tal-elettriku. |
|
(6) |
Il-bidliet notifikati fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja huma f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, l-amministratur ċentrali jenħtieġ li jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tal-Unjoni, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
B’dan, l-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni qed jingħata struzzjonijiet biex idaħħal il-bidliet fit-tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Ġermanja stabbilita fl-Anness I fir-Reġistru tal-Unjoni.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Wopke HOEKSTRA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Latvja, tan-Netherlands, tal-Portugall, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, ta’ Franza, tal-Litwanja, tal-Ungerija u tas-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Lussemburgu, tas-Slovenja u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, ta’ Spanja, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Polonja, tar-Rumanija u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS I
Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali għall-perjodu 2013–2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
ID tal-installazzjoni (NE&C) |
ID tal-istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni) |
Isem l-operatur |
Isem l-installazzjoni |
Kwantità li trid tiġi allokata |
Kwantità li trid tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni |
|||||||
|
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|||||
|
DE000000000001255 |
1255 |
EVH GmbH |
Heizwerk Dieselstraße (HW Dieselstraße) |
17 750 |
15 885 |
14 073 |
12 318 |
10 617 |
8 973 |
7 381 |
5 847 |
92 844 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/C/2026/400/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)