Brussell, 9.4.2025

COM(2025) 160 final

2025/0086(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fi Programmi tal-Unjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-UE u l-Iżvizzera huma marbutin mill-qrib minn perspettiva ekonomika, storika, kulturali, soċjali u politika. L-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Iżvizzera, filwaqt li l-Iżvizzera hija r-raba’ l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE. Aktar minn 1,5 miljun ċittadin tal-UE jgħixu fl-Iżvizzera u ftit inqas minn 450 000 ċittadin Żvizzeru jgħixu fl-UE. Kuljum ftit mijiet ta’ eluf ta’ ħaddiema transfruntiera jaqsmu l-fruntiera bejn l-UE u l-Iżvizzera fiż-żewġ direzzjonijiet.

L-UE u l-Iżvizzera huma marbuta flimkien permezz ta’ diversi ftehimiet bilaterali. Permezz tal-ftehimiet dwar il-moviment liberu tal-persuni, it-trasport fuq l-art, it-trasport bl-ajru, il-kummerċ fi prodotti agrikoli u r-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità, l-Iżvizzera tieħu sehem fis-suq intern tal-UE 1 . Permezz tal- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, l-Iżvizzera hija wkoll pajjiż assoċjat ma’ Schengen. Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera dwar it-theddid transfruntiera għas-saħħa żdiedet.

L-Iżvizzera tradizzjonalment kienet ukoll sieħeb b’saħħtu fir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-pajjiż ikkollabora mal-Unjoni Ewropea fuq bosta programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni ffukati b’mod partikolari fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. Mill-1987, l-universitajiet Żvizzeri u s-settur privat ipparteċipaw b’mod attiv fil-programmi qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. Fl-istess sena, daħal fis-seħħ l-ewwel ftehim bilaterali dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika 2 . L-Iżvizzera tibqa’ impenjata bis-sħiħ f’diversi inizjattivi Ewropej, inklużi l-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari (CERN), l-Aġenzija Spazjali Ewropea, il-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST), u l-Eureka. Kienet assoċjata wkoll mal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom fil-perjodu 2014-2020 3 u pparteċipat f’attivitajiet relatati mal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Fużjoni għall-Enerġija bejn l-2014 u l-2020 abbażi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għal Orizzont 2020 u l-Euratom. Barra minn hekk, l-Iżvizzera qabel kienet membru tal-programm Erasmus tal-UE 4 .

Filwaqt li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera hija mill-qrib, din ġiet imxekkla wkoll minn diversi problemi strutturali li ilhom jeżistu. Biex isolvu dawk il-problemi, bejn l-2014 u l-2021, l-UE u l-Iżvizzera wettqu negozjati dwar Ftehim Qafas Istituzzjonali. Il-Ftehim Qafas Istituzzjonali kien kieku jipprovdi wkoll il-qafas ta’ governanza għal ftehimiet addizzjonali f’oqsma relatati mas-suq intern li fihom tipparteċipa l-Iżvizzera, inklużi ftehimiet li għalihom kienu ġew awtorizzati negozjati mill-Kunsill, b’mod partikolari dwar is-sikurezza tal-ikel (2003 u 2008) u l-elettriku (2006). Barra minn hekk, kien kieku jipprovdi l-qafas ta’ governanza għall-ftehim dwar is-saħħa, li n-negozjati għalih kienu ġew awtorizzati mill-Kunsill fl-2008.

In-negozjaturi laħqu ftehim dwar abbozz ta’ test tal-Ftehim Qafas Istituzzjonali fil-livell tekniku f’Novembru 2018. B’reazzjoni għar-rifjut tal-Kunsill Federali li japprova l-abbozz tat-test, in-negozjati dwar il-ftehimiet l-oħra waqfu ħesrem peress li kemm il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Frar 2019, kif ukoll il-Parlament Ewropew, fir-rakkomandazzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019, għamlu l-konklużjoni ta’ ftehimiet ġodda dwar l-aċċess għas-suq intern jew kundizzjonijiet imtejba skont il-ftehimiet eżistenti kundizzjonali fuq il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas Istituzzjonali. Fis-26 ta’ Mejju 2021, minkejja tentattivi ulterjuri biex jinstabu soluzzjonijiet, il-Kunsill Federali Żvizzeru ddeċieda li jtemm unilateralment in-negozjati dwar il-Ftehim Qafas Istituzzjonali. Id-Deċiżjoni unilaterali tal-Iżvizzera waqqfet temporanjament il-kooperazzjoni bilaterali fl-oqsma tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni.

Wara l-waqfien tan-negozjati dwar il-Ftehim Qafas Istituzzjonali, il-Kummissjoni Ewropea u l-Iżvizzera bdew taħditiet esploratorji f’Marzu 2022 biex jiddiskutu l-futur tar-relazzjonijiet tagħhom. Dawn it-taħditiet wasslu għal Fehim Komuni li rreġistra l-fehim politiku taż-żewġ naħat dwar it-triq ’il quddiem għal negozjati fil-futur u identifika l-komponenti u l-parametri ta’ pakkett wiesa’ ta’ negozjati, kif ukoll il-punti għal kompromess u s-soluzzjonijiet dwar punti istituzzjonali u settorjali ewlenin. Il-proċess esploratorju kkonferma l-interess qawwi taż-żewġ naħat li jagħtu ħajja ġdida lill-kooperazzjoni tagħhom fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Fehim Komuni afferma l-intenzjoni li jiġi stabbilit, bħala parti mill-pakkett usa’, qafas legali li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-QFP attwali 2021–2027 u fil-ġenerazzjonijiet ta’ wara tal-programmi tal-Unjoni, inklużi l-programmi qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Ewropa Diġitali, u l-Erasmus+. Barra minn hekk, il-Fehim Komuni kkonferma l-intenzjoni taż-żewġ naħat li jerġgħu jinvolvu ruħhom fin-negozjati dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim eżistenti tal-GNSS bejn l-UE u l-Iżvizzera (Galileo u EGNOS) u li jibdew diskussjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-UE.

Il-Ftehim Komuni ġie approvat mill-Kunsill Federali Żvizzeru u mill-Kummissjoni Ewropea f’Novembru 2023. Iż-żewġ naħat impenjaw ruħhom li jużawh bħala bażi biex ifittxu l-mandati ta’ negozjar tagħhom u rreġistraw l-ambizzjoni tagħhom li jikkonkludu n-negozjati matul l-2024.

Konsegwentement, fil-20 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza negozjati dwar il-pakkett wiesa’ ta’ miżuri identifikati u definiti matul it-taħditiet esploratorji. L-objettiv ġenerali ta’ dawn in-negozjati kien li jimmodernizzaw u jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Iżvizzera, jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji tal-UE u tal-Iżvizzera li joperaw fis-suq intern, u jissalvagwardjaw id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fl-Iżvizzera, inkluż il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini ta’ Stati Membri differenti. Dan jippermetti liċ-ċittadini, lin-negozji u lir-riċerkaturi miż-żewġ naħat jibbenefikaw bis-sħiħ mill-prossimità ġeografika, mill-valuri kondiviżi, u mir-rabtiet ekonomiċi bejn l-UE u l-Iżvizzera. B’mod parallel, il-Kunsill Federali wettaq il-ħidma preparatorja korrispondenti fuq in-naħa Żvizzera. Wara t-tlestija tal-proċessi rilevanti fl-Iżvizzera, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta deċiżjoni fit-12 ta’ Marzu 2024, li tawtorizza lill-Kummissjoni tniedi negozjati dwar il-pakkett wiesa’ ta’ miżuri, flimkien ma’ direttivi ta’ negozjati dettaljati.

Id-Direttivi ta’ negozjati kkonfermaw li, bħala parti mill-pakkett, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinnegozja ftehim awtonomu li jiddeskrivi t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni. Dan il-ftehim jenħtieġ li jiżgura bilanċ ġust bejn il-kontribuzzjonijiet tal-Iżvizzera u l-benefiċċji derivati mill-parteċipazzjoni f’dawn il-programmi, kif ukoll jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal kull wieħed minn dawk il-programmi u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Il-protokolli għall-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera ma’ programmi speċifiċi tal-Unjoni jenħtieġ li jistabbilixxu l-lista ta’ programmi li fihom tipparteċipa l-Iżvizzera għal kull ġenerazzjoni ta’ programmi. Skont id-direttivi ta’ negozjar, jenħtieġ li l-ftehim jippermetti wkoll il-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni futura tal-Iżvizzera ma’ programmi oħra tal-Unjoni permezz ta’ protokoll jew protokolli, li jiġu adottati permezz ta’ proċedura simplifikata minn Kumitat Konġunt stabbilit skont il-ftehim.

In-negozjati dwar il-pakkett wiesa’ tnedew fit-18 ta’ Marzu 2024 mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, u l-President tal-Konfederazzjoni Żvizzera ta’ dak iż-żmien, Viola Amherd. Il-Kummissjoni wettqet in-negozjati f’konsultazzjoni mal-Kunsill, inkluż il-Kunsill Affarijiet Ġenerali, u l-Grupp ta’ Ħidma dwar l-EFTA maħtur mill-Kunsill bħala l-kumitat speċjali għall-fini tan-negozjati mal-Iżvizzera. Ingħatat l-attenzjoni dovuta għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2023 u l-Kummissjoni żammet lill-Parlament Ewropew infurmat kif xieraq dwar il-proċess tan-negozjati skont l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Wara disa’ xhur ta’ negozjati intensi, il-Presidenti von der Leyen u Amherd ħabbru t-tlestija b’suċċess tad-diskussjonijiet dwar l-elementi kollha tal-pakkett wiesa’ fl-20 ta’ Diċembru 2024. Il-pakkett wiesa’ jinkludi l-aġġornament tal-ħames ftehimiet li diġà jagħtu lill-Iżvizzera aċċess għas-suq intern tal-UE 5 ; ftehim ġdid dwar is-sikurezza tal-ikel li se jistabbilixxi Żona Komuni ta’ Sigurtà tal-Ikel li tkopri d-dimensjonijiet kollha tal-katina alimentari; ftehim ġdid dwar is-saħħa li se jippermetti lill-Iżvizzera tieħu sehem fil-mekkaniżmi u l-korpi tal-UE li jindirizzaw theddid transfruntier serju għas-saħħa, b’mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Reazzjoni; ftehim ġdid dwar l-elettriku li se jippermetti l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fis-suq intern tal-elettriku tal-UE; ftehim ġdid dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja permanenti u ġusta tal-Iżvizzera għall-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni, li jirrifletti l-livell ta’ sħubija u kooperazzjoni bejn il-partijiet; u ftehim ġdid li se jippermetti lill-Iżvizzera tipparteċipa f’diversi programmi tal-Unjoni miftuħa għall-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi terzi, jiġifieri Orizzont Ewropa, Riċerka u Taħriġ tal-Euratom, ITER/F4E (Fużjoni għall-Enerġija), Ewropa Diġitali, Erasmus+, kif ukoll EU4Health, programm li għandu l-għan li jikkomplementa l-kooperazzjoni stabbilita fil-ftehim dwar is-saħħa bejn l-UE u l-Iżvizzera li ż-żewġ sħab innegozjaw bħala parti mill-istess pakkett wiesa’. Minbarra l-elementi elenkati hawn fuq, il-pakkett wiesa’ jinkludi wkoll protokoll separat dwar il-kooperazzjoni parlamentari.

Filwaqt li l-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni (il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-Programmi tal-Unjoni (“il-Ftehim”)) jifforma parti integrali mill-pakkett usa’ nnegozjat bejn iż-żewġ sħab fl-2024, il-Kummissjoni ddeċidiet li tħaffef il-proposta għall-iffirmar tagħha bl-għan li tibda l-applikazzjoni proviżorja tagħha - f’konformità mal-Artikolu 18 jekk tiġi ffirmata qabel il-15 ta’ Novembru 2025 - b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025. Dan l-approċċ se jippermetti li jingħata effett lill-arranġamenti tranżitorji li l-Kummissjoni tat lill-Iżvizzera matul in-negozjati tal-pakkett usa’, għall-proċeduri ta’ għoti li jimplimentaw l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-2025. Minħabba s-sinifikat tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera, l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Ftehim hija fl-interess tal-UE. Fl-istess ħin, dan ma jaffettwax l-approċċ ta’ pakkett wiesa’ stabbilit mill-Fehim Komuni u kkonfermat mid-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill, peress li l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni jinkludi klawżola ta’ estinzjoni, li tipprevedi li l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim tieqaf jekk l-Iżvizzera ma tlestiex il-proċeduri tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-pakkett sa tmiem l-2028. Barra minn hekk, il-konklużjoni tal-Ftehim hija prevista bħala parti mill-pakkett usa’, li jinkludi ftehimiet ewlenin oħra li kienu s-suġġett tan-negozjati li saru fl-2024. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tagħmel proposta separata għal dak l-għan.

Minħabba li l-Iżvizzera se tipparteċipa wkoll fil-programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom, u fl-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, din il-proposta hija akkumpanjata minn Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-programmi tal-Unjoni (għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom).

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

F’termini ta’ kontenut, il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni huwa simili għal ftehimiet oħra li l-Unjoni Ewropea kkonkludiet matul dawn l-aħħar snin ma’ sħab bħar-Renju Unit, New Zealand u l-Kanada u għalhekk huwa konsistenti mal-politika tal-Unjoni f’dan il-qasam. Madankollu, il-Ftehim fih ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-integrazzjoni tiegħu fil-pakkett wiesa’ li minnu dan il-Ftehim huwa parti integrali, b’mod partikolari sabiex jipprovdi għar-rabta bejn il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programm EU4Health u l-Ftehim il-ġdid bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-saħħa.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Ftehim li huwa parti minn pakkett wiesa’ tal-ftehimiet bejn l-UE u l-Iżvizzera jirrispetta bis-sħiħ it-Trattati u jippreserva l-integrità u l-awtonomija tal-ordni legali tal-Unjoni. Huwa jippromwovi l-valuri, l-objettivi u l-interessi tal-Unjoni, u jiżgura l-konsistenza, l-effettività u l-kontinwità tal-politiki u tal-azzjonijiet tagħha.

Il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni tirrispetta bis-sħiħ l-atti bażiċi li jiddefinixxu l-programmi u r-regolamenti eżistenti tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni finanzjarja bħar-Regolament Finanzjarju 6 .

2.BAŻI LEGALI

Il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi kwalunkwe programm jew attività tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li huma miftuħa għall-parteċipazzjoni tagħha, u jkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma skont it-TFUE, b’mod partikolari fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, l-isport u l-kultura, kif ukoll oqsma oħra ta’ interess komuni bħat-trasformazzjoni diġitali u l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa. In-negozjati dwar il-Ftehim tnedew u ġew iffinalizzati fl-istess ħin bħal dawk dwar il-pakkett wiesa’. Il-Ftehim huwa intrinsikament marbut mal-elementi l-oħra tal-pakkett wiesa’. F’dan ir-rigward, il-Ftehim jipprevedi d-dħul fis-seħħ tiegħu soġġett għat-twettiq tal-proċeduri interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ tlettax-il strument ieħor tal-pakkett. Dan jinkludi klawżola ta’ estinzjoni, li tipprevedi li l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim tieqaf jekk l-Iżvizzera ma tlestix il-proċeduri tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-pakkett sa tmiem l-2028. Il-Ftehim fih ukoll dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa tkun marbuta mill-qrib mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-Saħħa. Barra minn hekk, jistgħu jittieħdu miżuri ta’ kumpens skont il-Ftehim f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim dwar il-kontribut tal-Iżvizzera għall-koeżjoni. Minħabba r-rabtiet intrinsiċi ma’ ftehimiet ewlenin oħra tal-pakkett usa’, il-Ftehim jenħtieġ li jiġi konkluż fl-istess ħin bħall-ftehimiet l-oħra tal-pakkett u bħala parti integrali minn dak il-pakkett.

Peress li dan il-Ftehim jipprevedi assoċjazzjoni ma’ diversi programmi tal-Unjoni, u huwa parti minn pakkett wiesa’ ta’ ftehimiet marbuta, l-objettiv ewlieni tiegħu huwa rifless fil-bażi legali li tipprevedi l-istabbiliment ta’ assoċjazzjoni li tippermetti lill-Unjoni tidħol f’impenji fl-oqsma kollha koperti mit-Trattati. Għalhekk, il-bażi legali sostantiva xierqa għad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija l-Artikolu 217 TFUE. Jenħtieġ li dan jiġi distint mill-każ ta’ ftehimiet reċenti ma’ New Zealand, il-Kanada u r-Repubblika tal-Korea, dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni tagħhom ma’ Orizzont Ewropa, li kienu bbażati fuq l-Artikolu 212 tat-TFUE fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni aktar limitat tagħhom.

Il-bażi legali proċedurali hija l-Artikolu 218(5) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 218(8) TFUE, it-tieni subparagrafu, li jipprevedi votazzjoni b’unanimità fil-Kunsill.

Għalhekk, il-bażi legali għad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta hija l-Artikolu 217 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 218(5) TFUE u l-Artikolu 218(8) TFUE, it-tieni subparagrafu.

Il-Ftehim ikopri wkoll il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera f’attivitajiet skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-“Trattat Euratom”) li għandhom x’jaqsmu mal-fużjoni nukleari, il-fissjoni u t-taħriġ. L-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom huma soġġetti għal Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Iżvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-Programmi tal-Unjoni, li hija ppreżentata flimkien ma’ din il-proposta skont proċedura separata.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI, U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

•Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli

•    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli

•Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-Ftehim se jkollu impatt fuq il-baġit tal-UE permezz tal-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera ma’ Orizzont Ewropa, il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom, l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-programmi tal-Enerġija mill-Fużjoni, Ewropa Diġitali, Erasmus+ u EU4Health. Il-Ftehim jistabbilixxi kundizzjonijiet ġusti u bbilanċjati li jikkonċernaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Iżvizzera għall-programmi tal-Unjoni li fihom tipparteċipa u tipprovdi għall-kostijiet amministrattivi għall-ġestjoni ta’ dawn il-programmi. Il-Ftehim jinkludi klawżola ta’ reċiproċità, li tiżgura li l-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jkollhom, kemm jista’ jkun, aċċess biex jipparteċipaw fil-programmi ekwivalenti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Iżvizzera, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni domestika tal-Iżvizzera.

Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ppreżentata ma’ din il-proposta tistabbilixxi l-implikazzjonijiet indikattivi għall-baġit.

5.ELEMENTI OĦRAJN

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mhux applikabbli

•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

•Spjegazzjoni ddettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni jistabbilixxi l-qafas legali għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji. Jiżgura wkoll li ma tingħata l-ebda setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet lill-Iżvizzera fir-rigward tal-programmi li fihom tipparteċipa l-Iżvizzera.

Il-Ftehim jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom, u jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Il-Ftehim jistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet oħra għall-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni, bħal dispożizzjonijiet dwar il-mobbiltà ta’ persuni li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi tal-Unjoni. Il-Ftehim jinkludi l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni u t-terminazzjoni tal-Ftehim. Dan jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jiżguraw li dawk il-każijiet ma jaffettwawx l-impenji legali assunti ma’ entitajiet Żvizzeri.

Il-Ftehim jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tiegħu b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2025, jekk iffirmat qabel il-15 ta’ Novembru 2025, bl-għan li tinbeda l-kooperazzjoni fl-oqsma koperti mill-Ftehim fid-data speċifikata għal kull programm. Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-Programm EU4Health, dik id-data hija marbuta mad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Saħħa.

Il-Protokoll I ikopri l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, mill-1 ta’ Jannar 2025, u Erasmus+ mill-1 ta’ Jannar 2027. Il-Protokoll I jkopri wkoll il-programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għall-ITER. Il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom huwa kwistjoni li taqa’ taħt it-Trattat Euratom. Huwa għalhekk kopert mir-Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom li huwa ppreżentat flimkien ma’ din il-proposta taħt proċedura separata.

Orizzont Ewropa (2021–2027) 7 huwa l-programm ewlieni tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-Protokoll I jipprevedi l-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera mal-programm Orizzont Ewropa kollu kemm hu. Il-Pilastru I tal-programm primarjament għandu l-għan li jsaħħaħ il-bażijiet tax-xjenza u tat-teknoloġija tal-UE stess, jibni l-kapaċitajiet Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni u jattira l-għarfien u t-talenti lejn l-Ewropa. Il-Pilastru II għandu l-għan li jindirizza l-Isfidi Globali u jsaħħaħ il-kompetittività industrijali Ewropea, spiss permezz ta’ proġetti ta’ natura multidixxiplinari jew interdixxiplinari. Il-Pilastru III jiffoka fuq il-kompetittività u l-kapaċitajiet innovattivi tal-UE. L-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera tkopri wkoll il-partijiet tal-programm li jiffukaw fuq it-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

L-Iżvizzera hija mistennija li tkun assoċjata ma’ Erasmus+, il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, mill-1 ta’ Jannar 2027. L-objettiv tal-programm huwa li jappoġġa, permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha. Dan jinkludi azzjonijiet iffukati fuq il-mobbiltà, il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-iżvilupp tal-politika. L-ispeċifiċità tal-programm meta mqabbel ma’ programmi oħra tal-Unjoni hija li l-akbar parti tal-baġit tiegħu hija ġestita f’ġestjoni indiretta.

Il-Protokoll I jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-assoċjazzjoni mal-Erasmus+. F’konformità mal-bażi legali tal-programm 8 , dawn il-kundizzjonijiet jinkludu n-nomina ta’ Awtorità Nazzjonali, l-istabbiliment ta’ Aġenzija Nazzjonali, u l-ħatra ta’ Korp Indipendenti tal-Awditjar. Il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programm tiddependi fuq il-valutazzjoni ex ante pożittiva tal-Aġenzija Nazzjonali tagħha u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja. B’deroga mill-kundizzjonijiet finanzjarji skont dan il-Ftehim, u limitata għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027, il-kontribuzzjoni operazzjonali tal-Iżvizzera se tammonta għal 70 % tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni definit fil-ftehim.

Fir-rigward tal-Programm Ewropa Diġitali 9 , l-Iżvizzera se tkun assoċjata ma’ kważi l-elementi kollha tal-programm ħlief l-Objettiv Speċifiku 3 dwar iċ-Ċibersigurtà u l-Objettiv Speċifiku 6 dwar is-Semikondutturi fejn l-ebda pajjiż terz ma jista’ jiġi assoċjat (minbarra l-Istati taż-ŻEE-EFTA). Għalhekk, l-Iżvizzera se tkun assoċjata mal-Objettivi Speċifiċi SO1 (Computing ta’ Prestazzjoni Għolja), SO2 (Intelliġenza Artifiċjali), SO4 (Ħiliet Diġitali Avvanzati) u SO5 (It-tħejjija għall-użu u l-Aħjar Użu tal-Kapaċitajiet Diġitali u l-Interoperabbiltà). L-entitajiet Żvizzeri se jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-sejħiet li għalihom huma eliġibbli.

Ċerti azzjonijiet taħt il-Programm Ewropa Diġitali, speċifikament dawk li jaqgħu taħt l-Objettiv Speċifiku 1 (Computing ta’ Prestazzjoni Għolja) u l-Objettiv Speċifiku 2 (Intelliġenza Artifiċjali), għandhom implikazzjonijiet diretti fuq l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Konsegwentement, dawn l-azzjonijiet ġew ristretti skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament dwar il-Programm Ewropa Diġitali, bil-Programm ta’ Ħidma 2025–2027 jiddeskrivi termini u kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni.

Għal dan l-għan, intbagħat kwestjonarju lill-awtoritajiet Żvizzeri rilevanti fit-13 ta’ Jannar 2025, li se jkollhom jimlew. Il-Kummissjoni se tevalwa t-tweġibiet Żvizzeri biex tiddetermina jekk l-entitajiet stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħux jiġu inklużi fl-ambitu tal-eliġibbiltà għall-azzjonijiet ikkonċernati. Dan il-kwestjonarju huwa fil-biċċa l-kbira identiku għal dak ippreżentat lill-Iżvizzera f’termini tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2021/695 f’Diċembru 2024, bid-differenza primarja tkun l-enfasi tal-kriterju tar-reċiproċità fuq il-Programm Ewropa Diġitali u kunsiderazzjonijiet settorjali addizzjonali fil-parti tal-investiment dirett barrani.

Il-Protokoll II ikopri l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fl-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Fużjoni għall-Enerġija. Peress li din il-kwistjoni taqa’ taħt it-Trattat Euratom, hija koperta mir-Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom, li hija ppreżentata flimkien ma’ din il-proposta taħt proċedura separata.

Il-Protokoll III dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-Programm EU4Health jistipula li l-Iżvizzera tista’ tipparteċipa bħala pajjiż assoċjat u tikkontribwixxi għal partijiet speċifiċi tal-Programm EU4Health stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/522. Il-partijiet speċifiċi huma relatati mat-tħejjija għall-kriżijiet kif kopert mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-Saħħa. Skont il-Protokoll III, l-Iżvizzera se tipparteċipa fil-Programm EU4Health mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-Saħħa, għall-bqija tad-durata tal-Programm EU4Health jew sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027, skont liema jkun l-iqsar.

It-test tal-Ftehim huwa ppreżentat lill-Kunsill flimkien mal-proposta għal deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja.

F’konformità mat-Trattati, hija l-Kummissjoni li għandha tiżgura l-iffirmar tal-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

2025/0086 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fi Programmi tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fit-12 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera għal pakkett wiesa’ ta’ miżuri relatati mar-relazzjonijiet bilaterali mal-Konfederazzjoni Żvizzera, li jinkludi dispożizzjonijiet istituzzjonali u dwar l-għajnuna mill-Istat fi, u, fejn meħtieġ, adattamenti speċifiċi għal ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera f’oqsma relatati mas-suq intern, ta’ ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni u ftehim li jifforma l-bażi għall-kontribut permanenti tal-Iżvizzera lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni 10 . Il-Kunsill kien awtorizza wkoll lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ftehimiet ġodda dwar l-elettriku, is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel, dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fl-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali tal-Unjoni u għall-Ferroviji, u dwar l-emenda tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport bl-ajru biex ikun jista’ jsir il-kabotaġġ.

(2)Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, pakkett wiesa’ ta’ ftehimiet li jinkludi Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fi Programmi tal-Unjoni (“il-Ftehim”), kif ukoll Protokolli dwar l-għajnuna istituzzjonali u mill-Istat u li jemendaw id-dispożizzjonijiet għal ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera f’oqsma relatati mas-suq intern li fihom tipparteċipa l-Iżvizzera, ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja regolari tal-Iżvizzera lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fl-Unjoni Ewropea, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-saħħa, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-elettriku, Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli li jistabbilixxi Żona Komuni ta’ Sigurtà Alimentari, u Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali.

(3)Il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi kwalunkwe programm, attività jew servizz tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li huma miftuħa għall-parteċipazzjoni tagħha, u jkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma, b’mod partikolari fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-fużjoni u l-fissjoni nukleari, u l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, l-isport u l-kultura, kif ukoll oqsma oħra ta’ interess komuni bħat-trasformazzjoni diġitali u l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa. Barra minn hekk, il-Ftehim huwa intrinsikament marbut mal-elementi l-oħra tal-pakkett wiesa’. F’dan ir-rigward, il-Ftehim jipprevedi l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa li huwa marbut mill-qrib mal-Ftehim dwar is-Saħħa; jistgħu jittieħdu miżuri ta’ kumpens skont il-Ftehim f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja regolari tal-Iżvizzera lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fl-Unjoni Ewropea. 

(4)In-negozjati dwar il-Ftehim tnedew u ġew iffinalizzati fl-istess ħin bħal dawk dwar il-pakkett wiesa’. L-Artikolu 17 tal-Ftehim jipprevedi li d-dħul fis-seħħ tiegħu huwa marbut mad-dħul fis-seħħ ta’ diversi strumenti li huma parti mill-pakkett. Il-Ftehim jipprevedi wkoll applikazzjoni proviżorja, li, madankollu, għandha tieqaf sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2028 jekk l-Iżvizzera ma tkunx lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 17 tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jiġi konkluż fl-istess ħin mal-elementi l-oħra tal-pakkett wiesa’ u bħala parti integrali minn dak il-pakkett. Għalhekk, jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-Ftehim tkun imsejsa fuq il-bażi legali li tipprevedi l-istabbiliment ta' assoċjazzjoni li tippermetti lill-Unjoni tidħol f'impenji fl-oqsma kollha koperti mit-Trattati.

(5)Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(6)Bl-għan li tiżdied il-firxa tal-kooperazzjoni tagħhom, il-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet għandhom japplikawh b’mod proviżorju, f’konformità mal-proċeduri u l-leġiżlazzjoni interni rispettivi tagħhom, mill-1 ta’ Jannar 2025, sakemm id-data tal-iffirmar tiegħu ma tkunx wara l-15 ta’ Novembru 2025, f’liema każ il-Partijiet għandhom japplikaw il-Ftehim b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2026.

(7)Għalhekk, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(8)Skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim, l-applikazzjoni proviżorja għandha tieqaf mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2028 jekk l-Iżvizzera, sa dik id-data, ma tkunx lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 17 tal-Ftehim.

(9)L-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huma soġġetti għal proċedura separata skont dak it-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet għajr dawk li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-“Trattat Euratom”), tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-Programmi tal-Unjoni (“il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim. 11

Artikolu 2

Soġġett għar-reċiproċità, il-Ftehim, fir-rigward ta’ kwistjonijiet għajr dawk li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom, għandu jiġi applikat proviżorjament f’konformità mal-Artikolu 18 tal-Ftehim. 12

Artikolu 3 

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

“DĦUL” - GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU FUQ IN-NAĦA TAD-DĦUL TAL-BAĠIT

1.ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Unjoni (Orizzont Ewropa, Erasmus+, EU4Health 13 , Ewropa Diġitali).

2.LINJI BAĠITARJI:

Orizzont Ewropa

Linja tad-dħul (Kapitolu/Artikolu/Partita): 6 0 1 0 — Orizzont Ewropa — Dħul assenjat

Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata:

Id-dħul jiġi assenjat għal-linja tan-nefqa li ġejja (Kapitolu/Artikolu/Partita):

L-Artikolu sħiħ 01 01 01 (01 01 01 01, 01 01 01 02, 01 01 01 03, 01 01 01 11, 01 01 01 12, 01 01 01 13, 01 01 01 71, 01 01 01 72, 01 01 01 73, 01 01 01 74, 01 01 01 76)

L-Artikolu sħiħ 01 02 01 (01 02 01 01, 01 02 01 02, 01 02 01 03)

L-Artikolu sħiħ 01 02 02 (01 02 02 10, 01 02 02 11, 01 02 02 12, 01 02 02 20, 01 02 02 30, 01 02 02 31, 01 02 02 40, 01 02 02 41, 01 02 02 42, 01 02 02 43, 01 02 02 50, 01 02 02 51, 01 02 02 52, 01 02 02 53, 01 02 02 54, 01 02 02 60, 01 02 02 61, 01 02 02 70)

L-Artikolu sħiħ 01 02 03 (01 02 03 01, 01 02 03 02, 01 02 03 03)

L-Artikolu sħiħ 01 02 04 (01 02 04 01, 01 02 04 02)

Artikolu 01 02 05

Linja baġitarja 20 XX Nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni Ewropea.

L-Erasmus+

Linja tad-dħul (Kapitolu/Artikolu/Partita): 6 0 1 0 — Erasmus+ — Dħul assenjat

Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata:

Id-dħul jiġi assenjat għal-linja tan-nefqa li ġejja (Kapitolu/Artikolu/Partita):

L-Artikolu sħiħ

Erasmus+ (Intestatura 2: 07.030101, 07.030102, 07.0302, 07.0303, 07.010201.xx, 07.010275)

Erasmus+ (Intestatura 6: 15.020102, 14.020150, 14.010175, 15.010175).

Linja baġitarja 20 XX Nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni Ewropea

EU4Health

Titolu 6: Dħul, kontribuzzjonijiet u ribassi relatati mal-politiki tal-Unjoni, Kapitolu 6 1: Il-koeżjoni, ir-reżiljenza u l-valuri, l-Artikolu 6 1 1: L-irkupru u r-Reżiljenza, u l-punt:

6113 Il-Programm EU4Health - Dħul assenjat

Id-dħul jiġi assenjat għal-linji dwar in-nefqa li ġejjin:

Linja baġitarja

Titlu

06 01 05 73– Intestatura 2b

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali — Kontribuzzjoni mill-programm EU4Health

06 01 05 01– Intestatura 2b

Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm EU4Health

06 06 01– Intestatura 2b

Il-Programm EU4Health

20 02 01 01 – Intestatura 7

Aġenti kuntrattwali

20 04 01– Intestatura 7

Sistemi ta’ informazzjoni

Ewropa Diġitali

Linja tad-dħul (Kapitolu/Artikolu/Partita): 6 0 2 2 — Programm Ewropa Diġitali — Dħul assenjat

Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata: 19 296 000

Id-dħul jiġi assenjat għal-linja tan-nefqa li ġejja (Kapitolu/Artikolu/Partita):

02 01 30 01

Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm Ewropa Diġitali

02 01 30 73

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali — Kontribuzzjoni mill-Programm Ewropa Diġitali

02 04 02 10

Programm Ewropa Diġitali — Computing ta’ prestazzjoni għolja

02 04 03 00

Programm Ewropa Diġitali - Intelliġenza Artifiċjali

02 04 04 00

Programm Ewropa Diġitali - Ħiliet

02 04 05 01

Programm Ewropa Diġitali - It-tħejjija għall-użu

02 04 05 02

Programm Ewropa Diġitali - It-tħejjija għall-użu / l-Interoperabbiltà

Linja baġitarja 20.XX

Nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni Ewropea

3.IMPATT FINANZJARJU 14

◻    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

◻    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul

☑    Il-proposta għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul assenjat



L-effett huwa kif ġej: 

Orizzont Ewropa

(miljuni ta’ EUR għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja tad-dħul

Impatt fuq id-dħul

Perjodu ta’ XX xhur li jibda minn jj/xx/ssss (jekk japplika)

Is-sena N (2025)

6 0 1 0

1 934,043

36 xahar li jibdew fl-01/01/2025

636,724

Sitwazzjoni wara l-azzjoni

Linja tad-dħul

2025

2026

2027

6 0 1 0

636,724

640,836

656,483

Linja tan-nefqa

2025

2026

2027

Artikoli 01 01 01: 01 02 01; 01 02 02; 01 02 03; 01 02 04; 01 02 05

621,194

622,171

631,234

20 XX

15,530

18,665

25,249

L-Erasmus+

(miljuni ta’ EUR għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja tad-dħul

Impatt fuq id-dħul

Perjodu ta’ XX xhur li jibda minn jj/xx/ssss (jekk japplika)

Is-sena N (2027)

6 0 1 0

181,1

12 -il xahar li jibdew fl-01/01/2027

181,1

Linja tad-dħul

2027

6 0 1 0

181,1

Linja tan-nefqa

2027

Artikoli :

07.030101, 07.030102, 07.0302, 07.0303, 07.010201, 07.010275

174,1

20 XX

7,0

EU4Health

(miljuni ta’ EUR sa pożizzjoni deċimali waħda)

Linja tad-dħul

Impatt fuq id-dħul 15

Perjodu ta’ 24 xahar, li jibda mill-01/01/2026

Sena N

Artikolu 6113

47 738 16

01/01/2026 17

31/12/2027

Linja tad-dħul

2026 18

2027

Artikolu 6113

23,869

23,869

(miljuni ta’ EUR sa pożizzjoni deċimali waħda)

Linja tan-nefqa

Titlu

Allokazzjoni tal-2026

06 01 05 73

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali — Kontribuzzjoni mill-programm EU4Health

0,684

06 01 05 01

Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm EU4Health

0,292

06 06 01

Il-Programm EU4Health

22,425

20 02 01 01

Aġenti kuntrattwali

0,234

20 04 01

Sistemi ta’ informazzjoni

0,234

Ewropa Diġitali

(miljuni ta’ EUR sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja tad-dħul

Impatt fuq id-dħul

Perjodu ta’ XX xhur li jibda minn jj/xx/ssss (jekk japplika)

Is-sena N (2025)

6 0 2 2

59,875

36 xahar li jibdew fl-01/01/2025

19,296

Sitwazzjoni wara l-azzjoni

Linja tad-dħul

2025

2026

2027

6 0 2 2

19,296

18,793

21,786

Linja tan-nefqa

2025

2026

2027

Artikoli

02 01 30

02 04 02

02 04 03

02 04 04

02 04 05

18,826

18,245

20,948

20 XX

0,470

0,548

0,838

4.MIŻURI KONTRA L-FRODI

L-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikjedi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk, il-prevenzjoni u s-sejba tal-frodi hija obbligu ġenerali tas-Servizzi kollha tal-Kummissjoni fil-qafas tal-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom li jinvolvu l-użu tar-riżorsi.

Kull frodi jew irreguralitajiet li jinvolvu l-fondi tal-UE għandhom impatt partikolarment negattiv fuq ir-reputazzjoni tal-Kummissjoni u fuq l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE. L-Istrateġija attwali tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (COM(2019)196) ġiet adottata fid-29 ta’ April 2019, biex tissostitwixxi l-Istrateġija tal-2011. Dan huwa dokument ta’ politika li jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-frodi fid-dawl tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. L-objettivi ewlenin tas-CAFS tal-2019 huma 1) “it-titjib ulterjuri tal-fehim tad-disinji tal-frodi, tal-profili tal-frodaturi u tal-vulnerabbiltajiet sistemiċi marbuta mal-frodi li tolqot il-baġit tal-UE” (ġbir u analiżi tad-data), u 2) “it-titjib tal-koordinazzjoni, tal-kooperazzjoni u tal-proċessi fil-ġlieda kontra l-frodi, partikolarment fost is-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi” (koordinazzjoni, kooperazzjoni u proċessi). L-istrateġija hija akkumpanjata minn Pjan ta’ Azzjoni li ġie rivedut f’Lulju 2023 u li, bħall-predeċessur tiegħu, ifittex li jsaħħaħ il-partijiet kollha taċ-ċiklu kontra l-frodi: il-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-korrezzjoni.

Il-prinċipji gwida u l-istandards fil-mira tas-CAFS tal-2019 huma:

•    it-tolleranza żero għall-frodi;

•    il-ġlieda kontra l-frodi bħala parti integrali mill-kontroll intern;

•    il-kosteffettività tal-kontrolli;

•    l-integrità professjonali u l-kompetenza tal-persunal tal-UE;

•    it-trasparenza dwar kif jintużaw il-fondi tal-UE;

•    il-prevenzjoni tal-frodi, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-programmi ta’ nfiq kontra l-frodi;

•    il-kapaċità ta’ investigazzjoni effettiva u l-iskambju f’waqtu ta’ informazzjoni;

•    il-korrezzjoni rapida (inkluż l-irkupru ta’ fondi ffrodati u sanzjonijiet ġudizzjarji/amministrattivi);

•    il-kooperazzjoni tajba bejn l-atturi interni u esterni, b’mod partikolari bejn l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, u bejn id-dipartimenti tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kollha tal-UE kkonċernati;

•    il-komunikazzjoni interna u esterna effettiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi.

L-Artikoli 11 sa 14 tal-Ftehim fihom dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-Ġestjoni Finanzjarja Tajba, li tinkludi wkoll miżuri kontra l-frodi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikabbli orizzontalment biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-Programmi jew fl-attivitajiet tal-UE koperti fil-Protokolli futuri li potenzjalment għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt fl-ambitu tal-Ftehim biex il-Konfederazzjoni Żvizzera tiġi assoċjata ma’ għadd ta’ programmi jew attivitajiet tal-Unjoni. Huma applikabbli wkoll għall-Protokolli, peress li l-Protokolli u l-Annessi jikkostitwixxu parti integrali minnhom.

B’mod partikolari, l-Artikoli 11 u 12 tal-Ftehim jipprevedu d-dettalji u l-proċessi meħtieġa kif ukoll jippermettu l-eżekuzzjoni bla żbalji tal-kompiti mill-korpi sabiex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-UE (il-Kummissjoni Ewropea jew minn persuni oħra b’mandat mill-Kummissjoni Ewropea, li jinkludu l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)). Fl-implimentazzjoni tal-Programmi jew tal-attivitajiet koperti mill-Protokolli tal-Ftehim, il-prinċipju jibqa’ l-istess: l-interessi finanzjarji tal-UE jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi miżuri relatati mal-prevenzjoni, mad-detezzjoni, mal-korrezzjoni u mal-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, inkluż il-frodi, għall-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett u, fejn xieraq, għall-impożizzjoni tal-penali amministrattivi.

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Kif previst b’mod espliċitu fl-Artikolu 11(4) tal-Ftehim, ir-rieżamijiet u l-awditi jistgħu jitwettqu wkoll wara s-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ Protokoll, il-waqfien tal-applikazzjoni jew it-terminazzjoni tal-Ftehim.

Il-Ftehim jiżgura l-possibbiltà li l-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, fit-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera ta’ entità Żvizzera li tkun parti għal ftehim ta’ finanzjament rilevanti jew ta’ parti terza ta’ entità Żvizzera li timplimenta l-ftehim ta’ finanzjament skont kuntratt, f’konformità ma’, u sal-punt previst fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti u kuntratt applikabbli ieħor. Meta jeżerċitaw dmirijiethom fit-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera, il-Kummissjoni Ewropea u l-OLAF għandhom jaġixxu b’mod kompatibbli mal-liġi Żvizzera.

Rieżamijiet u awditi jistgħu jitwettqu mill-uffiċjali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew minn persuni oħrajn maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Meta jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom fit-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera, il-Kummissjoni Ewropea jew persuni oħrajn maħtura mill-Kummissjoni Ewropea għandhom jaġixxu b’mod kompatibbli mal-liġi Żvizzera.

L-awtoritajiet Żvizzeri għandhom jikkooperaw, f’konformità mal-istrumenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali applikabbli mal-awtoritajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż it-tressiq quddiem il-ġustizzja ta’ allegati awturi u kompliċi tar-reati kriminali msemmija. It-talbiet ippreżentati skont l-istrumenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali applikabbli jistgħu jinkludu kif applikabbli talbiet magħmula fir-rigward ta’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet tal-UPPE. Dan jippermetti kooperazzjoni mal-UPPE kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali.

Barra minn hekk, il-Ftehim jipprevedi mekkaniżmu effettiv biex jiżgura l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fit-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

5.RIMARKI OĦRA

Il-metodu għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Unjoni huwa definit fl-Artikolu 7 dwar il-kundizzjonijiet finanzjarji suplementati mill-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim u l-Anness I dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni finanzjarja tal-Ftehim.

Fir-rigward tal-EU4Health, id-distribuzzjoni stmata tal-kontribuzzjoni tal-pajjiż assoċjat għal-linji baġitarji differenti tal-programm hija bbażata fuq is-sehem relattiv ta’ kull linja baġitarja fuq il-baġit tal-programm fil-baġit tal-UE (approprjazzjonijiet C1, abbażi tal-ipprogrammar finanzjarju 2021–2027, inkluż żieda stmata mill-multi – l-Artikolu 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali). Ammont indikattiv tal-kontribuzzjoni tal-pajjiż assoċjat se jservi wkoll biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi deċentralizzati (Persunal estern/Nefqa maniġerjali oħra).

(1)    Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, il-Ftehim dwar it-Trasport ta’ Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq, il-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni, il-Ftehim dwar Għarfien bejn Xulxin rigward Stima ta’ Konformità, il-Ftehim dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, iffirmati kollha fil-21 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1).
(2)    Il-Ftehim Qafas għal kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Konfederazzjoni Żvizzera (ĠU L 313, 22.11.1985, p. 6–8) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Frar 1987 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas għal kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju tal-Iżvezja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tal-Awstrija (ĠU L 71, 14.3.1987, p. 29–29).
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2014 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 19-20).
(4)    Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jistabbilixxi kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qafas tal-programm Erasmus (ĠU L 332, 3.12.1991, p. 52–60).
(5)    Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, il-Ftehim dwar it-Trasport ta’ Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq, il-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni, il-Ftehim dwar Għarfien bejn Xulxin rigward Stima ta’ Konformità, il-Ftehim dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, iffirmati kollha fil-21 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1).
(6)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, p 1).
(7)    Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1).
(9)    Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1-34).
(10)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/995 tat-12 ta’ Marzu 2024 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar dispożizzjonijiet istituzzjonali fi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera relatati mas-suq intern, dwar ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fi programmi tal-Unjoni u dwar ftehim li jifforma l-bażi għall-kontribuzzjoni permanenti tal-Konfederazzjoni Żvizzera għall-koeżjoni tal-Unjoni (ĠU L, 2024/995, 26.3.2024).
(11)    It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU, L […].
(12)    Id-data minn meta l-Ftehim se jiġi applikat b’mod proviżorju se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(13)    Il-Protokoll III dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-Programm EU4Health jistipula li l-Iżvizzera tista’ tipparteċipa bħala pajjiż assoċjat u tikkontribwixxi għal partijiet speċifiċi tal-Programm EU4Health stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/522. Il-partijiet speċifiċi huma relatati mat-tħejjija għall-kriżijiet kif kopert mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-Saħħa.
(14)    Iċ-ċifri kollha għas-snin 2026 u 2027 li huma kkwotati f’din it-taqsima huma indikattivi, u jikkorrispondu għall-aħħar stimi disponibbli.
(15)    L-ammont huwa stima bbażata fuq il-formula jew fuq il-metodu definit fit-Taqsima 4.
(16)    L-ammont totali huwa kemxejn differenti mill-ammont totali fit-tabella ta’ hawn taħt minħabba l-arrotondament tal-ammonti annwali sa punt deċimali wieħed.
(17)    L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-Programm EU4Health mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-Saħħa, għall-bqija tad-durata tal-Programm EU4Health jew sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027, skont liema jkun l-iqsar.
(18)    L-ammont huwa bbażat fuq il-pakkett ta’ Tħejjija għall-Kriżijiet ipprogrammat fil-Programm ta’ Ħidma EU4Health għall-2024.